Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin jistudjaw fl-Universita’ ta’ Malta u f’xi istituzzjonijiet oħra bħall-ITS jew l-MCAST? Jista’ jagħti breakdown ta’ kull nazzjonalita’ u kors?
Jista’ jgħid kemm huwa l-ħlas normali li student barrani hu mistenni jagħmel għal kors universitarju f’Malta? Hemm studenti barranin li għandhom permess jaħdmu waqt l-istudji tagħhom f’Malta?
Kemm hemm studenti barranin akkommodati fir-residenzi uffiċjali bħall-university residence u taħt liema kundizzjonijiet student barrani jista’ jakkomoda ruħu hemmhekk?
X’miżuri jittieħdu sabiex jigi żgurat li studenti barranin li jistudjaw Malta jkollhom, attwalment, il-mezzi finanzjarji sabiex iżommu lilhom infushom hawn Malta? Huwa kkontemplat li jiddaħħlu miżuri bħalma hemm, per eżempju, l-Canada fejn studenti għandu jkollhom kont imħaddem mill-istituzzjoni li minnha jitħallsu pocket money regolari u spejjeż bħal kera, trasport, kotba, ecc.?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun jisimha l-iskola l-ġdida ta’ Pembroke? Jista’ jgħid x’qed isir fil-preparazzjoni tas-sit minħabba li dik iż-żona hija suġġetta għall-għargħar, tant hu hekk li bosta mir-residenti jsofru minħabba din is-sitwazzjoni? Jista’ jgħid jekk fil-pjanijiet għall-iskola humiex maħsuba xi water culverts biex tkun tista’ ssir xi forma ta’ diversion għall-ilma tax-xita – possibilment biex dan jiġi devjat u mwassal sal-water dens fuq ix-Xagħri ta’ Pembroke li jinsab parallel ma’ l-Impjant tar-Reverse Osmosis tal-Water Service Corporation?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li fl-iskola l-ġdida hemm maħsub li jinbena ġibjun li jilqa’ l-ilma kollu ta’ l-iskola. Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada hija nfurmata li kien hemm diskussjonijiet mad-Dipartiment ta’ l-Infrastruttura rigward culverts biex jilqa’ l-ilma ta’madwar. L-isem huwa Kulleġġ Santa Klara, skola primarja Pembroke/Swieqi.
B’riferenza għall-każ tat-tifla ta’ 13-il sena li ġiet mibgħuta sservi sentenza ta’ detenzjoni fil-ħabs ta’ Kordin, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-ministeru tiegħu f’dan il-każ u x’ħidma ssir normalment f’każijiet simili?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li ser u qed isir dak kollu possibli biex f'dan il-kaz kompless u diffiċli l-persuna konċernata tingħata l-appoġġ kollu possibbli. Naturalment, bħal f'kazi oħra, ħafna jiddependi mill-koperazzjoni tal-persuna konċernata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx jew humiex maħsuba xi inċentivi lejn inizjattivi ta’ ‘private public partnerships’ kif saru fil-każ ta’ l-art li ġiet mgħoddija lill-Luxol, f’Pembroke? Jekk l-iskola Bice Vassallo tingħalaq, jista' jgħid xi jsir mill-ftehim li sar bejn il-Luxol u l-istat? Jista' jgħid ukoll jekk l-istess kundizzjonijiet hux se japplikaw għall-iskola l-ġdida?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ftehim mal-Luxol Sports Association mhux dipendenti fuq l-iskola Bice Vassallo. Kif jaf l-Onor. Membru l-Gvern qed jibni skola primarja ġdida għal Swieqi/Pembroke.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwimiet industrijali din is-sena, liema kienu l-unions involuti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul din is-sena ġew reġistrati 70 tilwima industrijali.
Informat ukoll li l-Unions involuti kienu GWU, UHM, Rampa Union, UPAP, MUT, Union of Cabin Crew, EPOU, MUBE, UMASA, u PSEU.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni b'diżabilita' jirreġistraw illum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni b'dizabilita' li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Ottubru 2007 fuq l-ewwel Parti tar-Reġistru kien ta' 311 u 29 kienu qed jirreġistraw fuq it-Tieni Parti tar-Reġistru.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġi mimli l-post vakat minn għalliema tal-Year 2 fl-iskola primarja ta' Pembroke? Jista' jgħid x'ġara mit-tfal li f'dawn il-ġimgħat kienu mingħajr l-għalliema tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-7 ta' Jannar 2008 intbagħtet għalliema minflok dik li telqet u b'hekk it-tfal tal-klassi ma kellhom l-ebda problema fl-istudji tagħhom. Informat ukoll li t-tifel bi bżonnijiet speċjali kien qed jattendi programm ta' psychotherapy u ma kienx qed jattendi l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid meta jkun hemm kumpanija privata li tħaddem ħaddiema bil-kuntratt ta' tlett xhur tlett xhur, kemm-il darba din tista' ġġedded dan il-kuntratt qabel ma jsir tal-post? Huwa skond il-liġi li ħaddiem jagħmel aktar minn sena b'din il-kundizzjoni u qatt ma jsiru ħaddiema regolari?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Avviz Legali tal-51 ta’ l-2007 jirregola kuntratti ta’ servizz għal terminu ta’ żmien fiss. Il-liġi tistabbilixxi li kuntratt ta’ servizz għal żmien fiss għandu jinbidel f’kuntratt ta’ servizz għal żmien indefinit jekk l-impjegat kien impjegat taħt kuntratt jew kuntratti għal żmien fiss li waħdu jew flimkien jeċċedu perjodu ta’ mpjieg kontinwu għal aktar minn erbgħa snin u l-prinċipal ma jkollux raġunijiet li bihom ikun jista’ jiġġustifika li dak l-impjegat għandu jibqa’ fuq kuntratt għal żmien fiss.
Jista' l-Ministru jikkonferma li membru tal-bord akkademiku ta' l-Universita’ ta’ Malta ġie mġiegħel jirriżenja minħabba rregolaritajiet finanzjarji fl-Universita'? Jikkonferma wkoll li din il persuna sa ftit xhur ilu kienet il-Kap tas Segretarjat ta’ Ministru tal-Kabinett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kien hemm ħadd li ġie mġiegħel jirrizenja minħabba irregolaritajiet finanzjarji fl-Universita'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw bħala għalliema fl-aħħar gradwazzjoni li kien hemm ftit tal-ġimgħat ilu? Jista' jgħid jekk dawn hux kollha sabu mpjieg? Kemm iggradwaw biex igħallmu fl-iskejjel primarji? Jista' jgħid kemm kienu subien u kemm kienu bniet f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Primarji t-total ta' studenti li ggradwaw ftit tal-ġimgħat ilu u li ġew impjegati fl-iskejjel Primarji ta' l-Istat huwa ta' 37, 34 bniet u 3 subien. Fl-iskejjel Sekondarji t-total li ggradwaw u ġew impjegati huwa ta' 121, 35 subien u 86 bniet.
Informat ukoll li fl-aħħar gradwazzjoni (2007) kien hemm 132 student li gradwaw fil-kors tal-Bachelor of Education (Hons), maqsuma kif ġej:
Nisa 106
Rġiel 26
Total 132
Minnhom hemm 51 student li gradwaw Bachelor of Education (Hons) with Primary Education, maqsuma kif ġej:
Nisa 48
Rġiel 3
Total 51
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rakkmandazzjonijiet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla dwar il-Kwalita' fl-Edukazzjoni Ogħla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, ippubblika r-rapport tal- Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla, fuq is-sit elettroniku http://www.education.gov.mt/NCHEqualityassurance.htm.
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti Għawdxin segwew korsijiet fl-MCAST f'Malta kull sena mill-1998/1999 sal-2006/2007 u kemm hemm studenti din is-sena akkademika ġdida? Jista' jagħtini l-istess tagħrif dwar il-fergħat ta' l-MCAST f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk:
Studenti Għawdxin fl-MCAST
Korsijiet f'Malta Korsijiet fl-MCAST Għawdex
Sena Skolastika Total Sena Skolastika Total Total Sħiħ
2001-2002 5 5
2002-2003 26 26
2003-2004 84 2003-2004 172 256
2004-2005 86 2004-2005 186 272
2005-2006 122 2005-2006 191 313
2006-2007 118 2006-2007 188 306
2007-2008 114 2007-2008 225 339
Jista' l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti Għawdxin mill-Universita' ta' Malta, minbarra l-fergħa ta' Għawdex fis-sentejn akkademiċi 2005/2006 u 2006/2007 u jgħid liema korsijiet segwew? Jista' jagħtini l-istess tagħrif dwar il-fergħa ta' Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti Għawdxin segwew korsijiet fl-Universita' ta' Malta kull sena mill-1998/1999 sal-2006/2007 u kemm hemm studenti din is-sena akkademika ġdida? Jista' jagħtini l-istess tagħrif dwar iċ-ċentru ta' Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti Għawdxin li segwew korsijiet fl-Universita' ta' Malta kull sena mill-1998/1999 sas-sena akkademika 2007/2008 kienu dawn li ġejjin:
M F Total
1998/1999 200 301 501
1999/2000 181 248 429
2000/2001 212 295 507
2001/2002 207 337 544
2002/2003 234 408 642
2003/2004 261 438 699
2004/2005 268 433 701
2005/2006 294 482 776
2006/2007 273 484 757
2007/2008 350 615 965
L-istudenti Għawdxin li segwew korsijiet fiċ-Ċentru ta' Għawdex kull sena mill-1998/1999 sas-sena akkademika 2007/2008 kienu dawn li ġejjin:
Total
1998/1999 61
1999/2000 44
2000/2001 80
2001/2002 74
2002/2003 49
2003/2004 46
2004/2005 42
2005/2006 74
2006/2007 89
2007/2008 164
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proċedura speċjali li permezz tagħha għalliem regolari jista' jmur jgħallem fi skola speċjali (special needs) u jekk fl-affermattiv jista' jispjega din il-proċedura x'tinvolvi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta jkun hemm vakanza għall-għalliem regolari fi skejjel speċjali tinħareġ sejħa għal dawk l-għalliema li jixtiequ jgħallmu f'dawn l-iskejjel. Din is-sejħa tinħareġ mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li taħtu jaqgħu dawn l-iskejjel.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29224 u jgħid mill-2005 lil hawn kemm iddaħħlu lecturers jew għalliema b'titlu ieħor fl-Universita' ta' Malta biex jgħallmu suġġett/i fil-Kors ta' l-Istudji ta' Traduzzjoni u Interpretazzjoni fil-Fakulta' ta' l-Arti? Jista' jgħid ukoll kemm-il kandidat kien hemm għal kull post u fuq liema kriterji ntgħażlu l-kandidati li ngħataw l-inkarigu ta' lecturer kif ingħad?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ġew ingaġġati tlett lecturers biex jgħallmu suġġett/i fil-kors ta' l-Istudji ta' Traduzzjoni u Interpretazzjoni fil-Fakulta' ta' l-Arti.
Kien hemm:
tmien kandidati għall-Malti
kandidat għall-Ingliz
erbgħa kandidati għall-Franċiz.
Il-kriterji li fuqhom intagħzlu l-kandidati kienu dawn li ġejjin:
'Relevant Qualifications'
'Experience'
'Aptitude & Suitability'
'Performance in Interview'
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li attendew l-School Girl Mother's Unitkull sena minn meta din twaqqfet u x'eta' kellhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat fil-Unit Għozza, (li qabel kienet magħrufa bħala School Girl Mothers' Unit) jmorru lura sas-sena skolastika 1989-90 kif jidher hawn taħt:
1989-90 12-il tfajla etajiet bejn 14 sa 16-il sena.
1990-91 15 14 sa 21 sena
1991-92 28 13 sa 20 sena
1992-93 20 14 sa 19 sena
1993-94 28 14 sa 20 sena
1997-98 73 14 sa 25 sena
Mis-sena 1998, ir-records bdew jinzammu skond is-sena tal-kalendarju.
1998 74 tfajla, etajiet bejn 13 sa 19-il sena.
1999 98 13 sa 19-il sena
2000 114 14 sa 19-il sena
2001 116 13 sa 21 sena
2002 131 13 sa 22 sena
2003 140 13 sa 24 sena
2004 153 14 sa 20 sena
2005 156 13 sa 20 sena
2006 176 13 sa 20 sena
2007 174 12 sa 20 sena sa l-aħħar ta' Novembru 2007.