Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġnus Magħquda — Monument tifkira ta' Arvid Pardo

Question

Joggħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili li jikkonsidra li jsir monument li jfakkar l-Arvid Pardo, il-moħħ wara l-liġi tal-Baħar tal-Ġnus Magħquda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed tittieħed konjizzjoni tal-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant għall-konsidrezzjoni aktar il-quddiem.

Valletta — Monument tifkira tal-Gran Mastru La Valette

Question

Jikkonsidra l-Ministru li ssir xi forma ta’ tifkira lill-Gran Mastru La Valette, forsi anke xi monument, peress li sal-lum ma jeżisti ebda monument, speċjalment fil-Belt Valletta li jfakkar lil din il-personalita’?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Japprezza l-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħdin infasslu l-proġetti u prioritajiet. Jista' jkun aktar floku li l-proġett isir mill-Kunsill Lokali milli mill-Gvern Ċentrali.