Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Servizz tat-telefon

Question

Jista' il-Ministru jara li l-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-linja tat-telefon?

Response (GATT, AUSTIN)

Minħabba n-natura kummerċjali ta` Maltacom p.l.c., mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata t-tagħrif mitlub mil-Onor. Interpellant.

MIA — Runway

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'mezzi jintużaw fir-runway ta' l-ajruport ta' Malta biex jiġu kkontrollati l-qtajja’ ta' għasafar li jistgħu jkunu ta' periklu għall-ajruplani?

Response (GATT, AUSTIN)

Jintuzaw zewg sistemi illi bihom jigu kontrollati l-qtajja ta' ghasafar fuq l-ajruport. L-ghan ta' dawn is-sistemi huwa illi jgerrxu l-ghasafar minn fuq ir-runway. Dawn huma : 1. Apparat audiofoniku nstallat fuq wahda mill-vetturi tal-kumpanija. Dan l-apparat hekk imsejjah Bird Scaring Equipment jipproduci hsejjes illi jgerrxu l-ghasafar. 2. Skratac imsejjha Bird Scaring Cartridges li jipproducu hoss li jgerrex l-ghasafar. Ebda minn dawn is-sistemi ma huma ta' periklu ghal-ghasafar infushom.

MIA — Rapporti minn piloti ta' l-ajruplani

Question

Jista’il-Ministru ġentilment jgħid jekk mill-1999 'il hawn kienx hemm rapporti minn piloti ta' l-ajruplani li jkunu fl-ispazju ta’ l-ajru Malti u li ltaqgħu ma' qtajja’ ta' għasafar li setgħu kienu ta' periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Kien hemm seba' rapporti f'dan is-sens mill-1999 sal-2002.

Tarzna ta' Bormla — Ħaddiema Barranin

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin fit-Tarzna ta’ Bormla? Jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalita’ huma, xi grad għandhom u x’salarju għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa t-Tarzna ta` Bormla qegħda timpjega tliet ħaddiema barranin ta` Nazzjonalita Ngliza: ISEM GRAD SALARJU GROSS 1. Joseph P Moore Chief Executive LM118,727 2. David Kahlbom Production Executive LM 59,124 3. Chris Bell Commercial Executive LM 59,124 N.B. l. Is-salarji gross jinkorporaw l-Housing Allowance ta`: J.P. Moore LM15,000 p.a. C. Bell LM 5,850 p.a. D. Kahlbom LM 5,850 p.a. 2. Barra s-salarji, dawn l-Executives igawdu minn `fringe benefits` oħra li jikkonsistu f`biljetti tal-ajru, Term Assurance, Health Insurance, Relocation costa u karozza tal-kumpanija.

Malta Drydocks — Dipartimenti

Question

Jista’ il-Ministru jgħid f’kemm-il dipartiment hi maqsuma l-Malta Drydocks? Jista’ jgħid minn kemm il-ħaddiem (skond il-grad) hu magħmul kull dipartiment?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 6.