Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żejtun — Triq President Anton Buttigieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ f'parti minn Triq President Anton Buttigieg, fiż-Żejtun proprju dik li tagħti għal Triq Xrob l-Għaġin? Jista' il-Ministru jgħid min ingħata l-kuntratt u kemm se jiswa dan ix-xogħol? Jista' jgħid meta huwa stipulat li dan ix-xogħol jitlesta skond il-kuntratt maħruġ biex dawn il-familji li joqogħdu f'din in-naħa ma jbatux aktar inkonvenjent?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fl-inħawi ndikati għandu jibda għal nofs Ġunju. Il-kuntratt ingħata lil Vella Group u ser jiswa Lm11,800. Ix-xogħol mistenni jkun lest għal nofs Awwissu.

Attard — Triq iż-Żahar - xogħol ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' drenaġġ fi Triq iż-Żahar, Ħ'Attard?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.