Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas- Servizzi ġie mwaqqaf fid-29 t’April, 2016 u minn dakinhar sal-lum ma ngħata l-ebda xogħlijiet lill-Abela Advocates fosthom lill- Avukat Robert Abela.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħlas ta' performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Kontijiet printed — ħlas

Question

Billi skont risposta parlamentari preċedenti ngħad li operaturi tas-servizzi ta’ komunikazzjoni jistgħu jitolbu ħlas meta jibagħtu verżjoni printed tal-kontijiet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn l-operaturi infurmaw lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) biċ-charges li qed jitolbu, u jekk l-MCA tqisx dawn it-talbiet bħala ġustifikati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-operaturi tas-servizzi ta’ komunikazzjoni m’għandhomx l-obbligu li jinformaw lill-Awtorità dwar it-tariffi li japplikaw meta jibagħtu verżjoni tal-kont f’format li huwa stampat. Dawn it-tariffi jistgħu biss japplikaw skont il-parametri tad-deċiżjoni relatata maħruġa mill-Awtorità, li rreferejt għaliha fi tweġiba parlamentari preċedenti. Madanakollu, dawn it-tariffi jridu jkunu speċifikati fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti tal-klijenti. Dawn it-termini u l- kundizzjonijiet jinsabu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fil-ħwienet tal-operaturi u fuq is-siti elettroniċi tagħhom. L-Awtorità allura hija konxja tat-tariffi li qed jiġu applikati. S’issa l-Awtorità ma ħassitx il-ħtieġa li tintervjeni u/jew li tieħu miżuri ulterjuri fuq dan is-suġġett. L-Awtorità ser tibqa’ ssegwi l-iżviluppi f’dan ir-rigward u tirriserva d-dritt li jekk tħoss il-ħtieġa tieħu l-azzjoni regolatorja neċessarja skont il-poteri legali tagħha.

MCA – operaturi tal-komunikazzjoni — diskussjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni (MCA) ntalbitx tagħti l-kunsens tagħha, jew almenu li tindaga l-aħbar li kien hawn matul l-aħħar ġimgħat, fejn qed jingħad li hemm il-ħsieb jew għaddejjin id-diskussjonijiet biex operatur tal-komunikazzjoni jieħu over l-operat ta' operatur ieħor? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk s’issa l-MCA ħaditx xi pożizzjoni partikulari dwar dan?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazjoni (l-MCA) m’għandhiex il-poter legali li tindaga jew li tagħti kunsens għal xi takeover li jinvolvi operaturi tal-kommunikazjoni. Il-poter legali kif ukoll it-tħaddim tal-proċess sabiex jingħata kunsens għal xi takeover, kif inhi l-liġi llum, jappertjeni esklussivament lid-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. S’issa l-MCA għadha ma ġietx interpellata mid-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni sabiex tagħti l-opinjoni formali tagħha dwar xi każ ta’ takeover.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Ħaddiema b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

MCDMS – NIL MGA – 4 MMA – NIL MCA - 1 MALTA FREEPORT –NIL MITA – 5 GAMING AUTHORITY - NIL

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — ingaġġ ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nixtieq ninforma lill-Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.

Community Radios — liċenzji

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32068, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu awtorizzazzjonijiet mill-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni (MCA) għall-community radios bejn l-2013 u llum? Kemm minn dawn hu magħruf li bdew jittrasmettu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Matul il-perjodu indikat mill-Onorevoli interpellant, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) ħarġet numru ta’ liċenzji (awtorizzazzjonijiet) għall-installazzjoni jew l-użu ta’ apparat ta’ radjukomunikazzjoni lil community radios kif muri fit-tabella nru. 1. In-numru indikat jinkludi liċenzji ta’ natura permanenti (validi għal sena) u ta’ natura temporanja, kif ukoll liċenzji ġodda u liċenzji li l-validità tagħhom ġiet imġedda (licence renewals). SenaNru. ta’ liċenzji 201342 201444 201545 201646 2017 (sal-24 ta’ Marzu)19 Tabella Nru. 1 L-MCA tixtieq terġa tikkjarifika li l-liċenzji maħruġa minnha jawtorizzaw biss l-installazzjoni jew l-użu ta’ apparat ta’ radjukomunikazzjoni, u ma’ jagħtux id-dritt għal xandir. Il-liċenzji li jagħtu d-dritt għal xandir ta’ community radios jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Awtorità tax-Xandir. Għaldaqstant, il-parti tad-domanda li qed tistaqsi fuq in-numru ta’ stazzjonijiet li bdew jitrażmettu, l-Onorevoli interpellant għandu jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità tax-Xandir.

MCA – kontijiet ta’ servizzi ta’ cable tv, mobile phones u servizzi oħra – kopji mhux elettroniċi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32069, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’charges approvat l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni (MCA) għall-kopji mhux elettroniċi tal-kontijiet, u lil liema operaturi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Id-deċiżjoni maħruġa mill-Awtorità fl-2016 intitolata Standard and Itemised Billing, tispeċifika li charges għal kontijiet stampati jistgħu jiġu mitluba f’każijiet fejn l-abbonat għandu konnessjoni għall-internet u allura jista’ jaċċessa l-kontijiet tiegħu b’mod elettroniku b’xejn. Dawn iċ-charges huma stabbiliti mill-operaturi. Id-deċiżjoni titlob li dawn iċ-charges ikunu raġonevoli u din id-deċizjoni tapplika għall-operaturi kollha li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Staff – reduced hours u teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?

Response (MALLIA, EMANUEL)

TELEWORK REDUCED HRS MCDMS 1 1 MGA 2 2 MMA 0 0 MCA 4 5 MALTA FREEPORT 0 2 GAMING MALTA 0 0 MITA 29 23

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — każijiet ta' inġustizzja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ inġustizzja ġie ttrattat, solvut, investigat u deċiż minn xi entità li taqa’ taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord jew entità li trattat tali każijiet ta’ inġustizzja? Jista’ jelenka (mingħajr ismijiet) l-ammont ta’ flus ordnati li għandhom jitħallsu (jew li diġà tħallas) u/jew xi rimedju ieħor ordnat/mogħti fl-ewwel 12-il każ biss għal kull entità/Bord fil-Ministeru tiegħu li qed jinvestiga l-inġustizzji?

Response (MALLIA, EMANUEL)

MCDMS gie mwaqqaf fid-29t’April, 2016. Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda entità li trattar każijiet ta’ inġustizzja fi ħdan dan il-Ministeru.

Community Radios — liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li jingħataw liċenzji (awtorizzazzjonijiet) ġodda, għal dak li jikkonċerna community radios? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar xi proċedura hi meħtieġa li tintuża biex jingħataw tali liċenzji?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) tikkonferma li liċenzji (awtorizzazzjonijiet) għal trasmissjonijiet bi skop ta’ xandir ta’ community radios jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Awtorità tax-Xandir. L-installazzjoni jew l-użu ta’ apparat ta’ radjukomunikazzjoni, inkluż apparat ta’ community radios huwa suġġett għal liċenzja maħruġa mill-MCA. Applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda jistgħu jsiru permezz tal-formula rilevanti li tinsab fuq is-sit elettroniku tal-MCA u f’każ li l-applikazzjoni tkun konformi man-normi neċessarji, l-MCA toħroġ il-liċenzja rispettiva. L-MCA tikkjarifika li liċenzja għall-installazzjoni jew l-użu ta’ apparat ta’ radjukomunikazzjoni, fejn mogħtija lil community radio, ma tagħtix id-dritt għax-xandir.

MCA – kontijiet ta’ servizzi ta’ cable tv, mobile phones u servizzi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni hux qed titlob li l-kontijiet kollha għal servizzi ta’ cable tv, mobile phones, u servizzi oħra, joħorġu kollha b'mod elettroniku, u jekk joħorġu f'forma ta’ hard copy, l-Awtorità qed tinsisti li jkun hemm tariffa apposta li trid titħallas over and above il-ħlas normalment dovut? Jekk inhu hekk, jista’ jagħti tagħrif dwar x’wassal għal din id-deċiżjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, fit-30 ta’ Marzu tal-2016, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) ppubblikat deċiżjoni, li tistabillixxi numru ta’ miżuri dwar l-aċċessibilità tal-kontijiet tal-internet, tat-televiżjoni u tat-telefonija fissa u mobbli. L-Awtorità ħasset il-ħtieġa li tippubblika din id-deċizjoni minħabba l-fatt li mhux kulħadd għandu abbonament għall-Internet, u għalhekk dawn l-abbonati ma setgħux jaċċessaw il-kontijiet tagħhom b’mod elettroniku. Konsegwenza ta’ dan, l-abbonati kien qed ikollhom iħallsu ammont addizzjonali sabiex jirċievu l-kontijiet ‘standard’ tagħhom f’format stampat. Għaldaqstant, permezz ta’ din id-deċizjoni, l-Awtorità, fost affarijiet oħrajn, stabilixxiet li abbonati li għandhom servizz ‘post-paid’ u li m’għandhomx abbonament għall-Internet, għandu jkollhom id-dritt li jirċievu l-kont tagħhom f’format stampat mingħajr ħlas addizzjonali. Din id-deċiżjoni tistabilixxi wkoll li dawk l-abbonati ‘post-paid’ li għandhom konnessjoni tal-internet, minbarra li jaċċessaw il-kontijiet tagħhom b’xejn b’mod elettroniku, għandu jkollhom ukoll id-dritt li jirċievu kopja tal-kont tagħhom f’format stampat bil-kundizzjoni li jekk japplikaw xi ħlasijiet dawn ikunu raġonevoli. Din id-deċiżjoni daħlet fis-seħħ fl-ewwel ta’ Lulju tal-2016

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Staff klerikali – degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (MALLIA, EMANUEL)

MCDMS ġie mwaqqef fid-29 t’April, 2016. Nil reply.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Konsulenzi minn Avukat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

MCDMS NIL GAMING MALTA NIL MMA NIL MGA NIL MCA NIL MITA NIL FREEPORT NIL

Qasam tal-Gaming — ħaddiema

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 31406, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent, kemm-il persuni hemm jaħdmu fil-Qasam tal-Gaming mal-265 kumpanija indikati minnu? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’ referenza għal mistoqsija numru 31889 nirreferu l-Onor. Interpellant għall-istatistika maħruġa regolarment mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, kif ukoll għall-Interim Performance Report maħruġ mill-Awtorità li jinsab fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità (http://www.mga.org.mt/consultations-publications). Kopja tal-Interim Performance Report qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Risposta għall-mistoqsija parlamentari 29764 hija kif ġej: Nru. Ta Direct Orders Ammont Malta Freeport Nil 5230 Malta Gaming Authority 19 1166946 Gaming Malta Nil MCA 24 253806.04 MITA 105 3495997.46 MMA Nil MCDMS 4 €62,843.01 * * B’referenza ghal MCDMS parti mic-cifra ndikata tinkludi spejjez ghal kiri ta’ karozzi li l-kuntratt tagħhom jiskadi fl-2017

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

MCDMS gie mwaqqaf fid- 29t’April, 2016. GAMING MALTA NIL MGA 1 MMA NIL FREEPORT NIL MCA 3 MITA NIL

Kumpaniji tal-Gaming — liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji tal-Gaming li kellhom liċenzja biex jaħdmu f’Malta sal-aħħar tal-2012? Jista’ jgħid kemm kienu jħaddmu nies dawn il-kumpaniji?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Sal-aħħar tal-2012 kien haw 275 kumpanija tal-Gaming liċenzjati ġewwa Malta b’ total ta’ 410 liċenzja. Sal-aħħar ta’ Jannar 2017 in-numru ta’ kumpaniji tal-Gaming kien ilaħħaq 265 b’ total ta’ 522 liċenzja. Is-settur illum il-ġurnata huwa wieħed aktar matur u konsolidat li wassal għal żieda fl-ammont ta’ liċenzji u tnaqqis fin-numru ta’ kumpaniji.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi ġie mwaqqaf fid-29 ta' April 2016, għalhekk l-informazzjoni miġbura hija minn April sa Diċembru 2016: Kiri ta' Karozzi 2016 Xiri 2016 MCDMS € 21,362.30 € 21,344 Freeport € 29,670 Nil Gaming Malta Nil Nil MGA € 7,476 € 35,175 MMA Nil € 9,989 MCA Nil €17,500* MITA € 44,882.58 Nil *Il-prezz tal-vettura kien €24,000 imma flus nħarġu €17,500 peress li sar part-exchange li kellu valur ta' €6,500