Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta – ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk reċentement numru ta’ ħaddiema Għawdxin impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta ġewx trasferiti minn Għawdex għal Malta? Jekk iva, kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li ġew trasferiti, fuq liema kriterju u fejn intbagħtu jaħdmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tradesmen minn Għawdex bdew jagħtu xi servizzi Malta, fejn kien hemm il-ħtieġa, skont l-esiġenzi tal-Korporazzjoni.

Meter Three Phase — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward l-metre three phase li hemm fir-residenza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS għamlet kuntatt mal-klijenta fejn din ġiet infurmata x’passi se jittieħdu sabiex tiġi ndirizzata l-problema tagħha.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7084, peress li saru diskussjonijiet mal-kunsill lokali u jidher li se jsir intervent mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qatt ma ġiet infurmata b’dan il-każ. Il-Ministeru talab lill-WSC sabiex tikkuntatja lill-individwu.

Tampered Smart Meters

Question

Peress li fl-20 ta’ Frar il-gazzetta “The Times of Malta” ikkwotatu jgħid li “consumers who used tampered smart meters are being given a six-week deadline to regularise their position or face the consequence”, jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni resqu ’l quddiem u mil-liema lokal ġejjin, maqsumin raħal b’raħal?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8213 (tmint elef, mitejn u tlettax).

Impjant ġdid tal-elettriku — kumpanija ta’ periti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3964, jista’ l-Ministru jgħid xi ħlasijiet pendenti hemm ma’ din il-kumpanija u għaliex għadhom pendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda bilanċ pendenti mal-Kumpanija msemmija.

Kont tad-dawl u l-ilma — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema bil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qiegħed jiġi investigat.

Enemalta — ħlas għal konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 966 u jgħid il-Korporazzjoni Enemalta kemm ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba parlamentari numru 3782.

Marsaxlokk – ħażna ta’ LNG

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi kontra x-xewqa tar-residenti ta' Birżebbuġia u Marsaxlokk, il-Gvern qiegħed jibqa’ jwebbes rasu biex l-LNG storage facility xorta jiġi ankrat fil-port ta' Marsaxlokk?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qegħdin jittieħdu l-ogħla livelli ta’ saħħa u sigurtà.

Delimara – bini ta’ power station

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jiġu affettwati proposti għall-iżvilupp ta' proprjetà u strutturi oħra fil-futur peress li se tiġi mibnija power station ġdida f'Delimara? X'tgħid is-Seveso Convention f'dan ir-rigward?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Awtorità kompetenti.

Delimara – estensjoni tal-power station

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema parametri u ma’ liema forma ta' skaletta se jkun marbut il-cost per unit generated mill-estensjoni tal-power station ta' Delimara hekk kif propost mill-gvern preżenti u fuq liema perijodu ta' snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-prezz se jkun fiss għall-ewwel ħames snin u indexed għas-snin ta’ wara.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija msemmija ma ngħatat l-ebda xogħol.

Kont tad-Dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li jidher li hemm xi żball jew ħsara fil-meter tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ARMS għamlet kuntatt mal-klijenta fejn din ġiet infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdha tinvestiga l-każ biex jaraw jekk xogħolijiet relatati li saru fil-viċinanza tar-residenza tagħha, setax kellhom effett fuq il-konsum personali tagħha.

Main tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitneħħa main tad-dawl tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ARMS ghamlet kuntatt mal-klijent fejn gie stabbilit li l-main tad-dawl mhux qieghed fi propjeta' tieghu u hu mhux sid il-kont.

Smart meters

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ smart meters illi hemm allegatament imbagħbsin a bażi ta’ geographical area, jew skont din il-klassifika: Għawdex, Malta North, Malta Central u Malta South; jew inkella skont is-sistema tar-reġjuni illi tintuża mill-kunsilli lokali; jew inkella skont il-geographical areas illi tuża l-Korporazzjoni Enemalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet mill-Enemalta u mill-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, u fid-dawl ta’ dan ma jkunx prudenti li tingħata din l-informazzjoni.

Il-Mellieħa — Triq ta' Masrija - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li għandu jsir fi Triq ta' Masrija l-Mellieħa fuq tiswijiet ta’ bankini wara li kienu għaddew xi servizzi tal-Korporazzjoni Enemalta minn kuntrattur privat isiru mill-aktar fis għax apparti l-inkonvenjent qed ikunukoll ta' periklu għar-residenti? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li wara li dan l-istess kuntrattur tqabbad mill-Korporazzjoni Enemalta dam ġimgħat biex reġa’ ta t-tarmak fuq it-triq imsemmija wara li kienu saru xi trinek?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fadal biss xogħolijiet żgħar ta’ ġonot ta’ cables u terminations prinċiparjament fuq bankini. L-asfatar dam ma ingħata peress li kellu jiġi rranġat il-permess ħalli l-kuntrattur jagħti asfalt tal-istess kwalita’ u speċifikazzjoni bħal ma hemm fuq il-post, ċjoè thick binding course ta’ 80mm.

Kont tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jipprova jikkuntatja l-ARMS Ltd biex jaqleb il-kont minn wieħed kummerċjali għal wieħed residenzjali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li l-ARMS investigat dan il-każ, intbagħtet formola lill-klijent biex il-post jiġi mniżżel bħala Premises not in use u t-teħid tal-qari tiġi skond din is-sistema.

Main tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq main tad-dawl u l-ilma tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment peress li qed ikollu kontijiet għoljin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ARMS għamlet kuntatt mal-klijent fejn ġie vverifikat il-qari tiegħu ma dak fis-sistema. Il-klijent ġie nfurmat ukoll sabiex jimla l-formola għat-Tibdil fin-numru ta’ persuni, sabiex il-kont ikun jirrifletti n-numru attwali ta’ residenti fid-dar.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma- Top Management Positions

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7737 u jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gradi li persuni kienu jokkupaw f’top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet taħt il-Ministeru, li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada fil-perjodu msemmi huma: Grad Chief Information Officer Gradi ta’ persuni li huma f’top management position mill-perjodu msemmi ‘l hawn huma: Grad Executive Head CEO Manager Corporate Services Divisional Manager Executive Directors

Enemalta — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpaniji jew individwi taw konsulenza lill-Korporazzjoni Enemalta mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2014? Għal kemm-il xahar se jkomplu jagħtu din il-konsulenza u x’inhi l-ispiża għal kull wieħed minnhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Qajjenza – tneħħija ta’ tankijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8349, jista' l-Ministru jagħti tagħrif li joriġina mill-passat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk s'issa ħarġux xi tenders għal dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Waħda mill-kundizzjonijiet ta’ din il-privatizzazzjoni tal-Gas Division tal-Enemalta kienet li l-kumpanija Gasco Energy Limited tintrabat li tieħu ħsieb id-‘decommissioning’ u t-tneħħija tal-Impjant tal-Gass tal-Qajjenza. Il-kumpanija lestiet id-‘degassing’ u qed tistenna xi permessi mill-MEPA biex tkun tista’ tibda t-tneħħija tat-tankijiet.