B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31692, jista' l-Ministru jgħid:
a. xkien jisimhom dawn l-entitajiet kummerċjali; u
b. fejn ġew mogħtija s-sit minn fejn qed jaħdmu dawk l-entitajiet industrijali li l-Ministru poġġa l-informazzjoni tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata mill-Malta Enterprise peress li din hija kkunsidrata kunfidenzjali kif koperti bil-kunfidenzjalita’ imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-fabbriki tal-manifattura li matul dawn it-tliet snin żiedu l-investiment jew liema huma l-fabbriki ġodda li bdew joperaw f'Malta matul dawn it-tliet snin? Kemm kien l-investiment tagħhom f'kull każ? Kemm ingħatat għajnuna lil kull fabbrika mill-Malta Enterprise, mill-Malta Industrial Parks jew minn entità oħra governattiva? Kemm kien in-numru ta' impjiegi ġodda maħluqa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-artijiet allokati mill-Malta Industrial Parks mill-2013 ‘l hawn, sena b’sena u l-ħlas mitlub għal dawn l-allokazzjonijiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ħallasx għall-parti mir-restawr li sar jew qed isir fuq il-proprjetà li hemm fil-Baċir Numru 1 fil-Kottonera, liema proprjetà ngħatat lill-iżviluppatur biex jużaha bħala parti mill-American University of Malta? Jekk sar restawr mill-Gvern jew xi awtorità tiegħu, kemm sewa dan ir-restawr sa issa u kemm hu mistenni li jiswa b'kollox? Jista' jgħid jekk dan hux qed isir b'ko-finanzjament ta' fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Skola M A Refalo Sixth Form College — xogħlijiet ta' ristrutturar
Question
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 32032, jista’ l-Ministru jgħid fiex se jintefqu l-€150,000 biex jiġi rranġat sular mill-iskola Sixth Form ta' Għawdex biex jintuża minn Barts? Għal kemm snin se jintuża minn Barts Medical School dan is-sular? Kemm se jkunu qed iħallsu Barts lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew lill-Iskola Sixth Form ta' Għawdex biex jiġi utilizzat dan is-sular f'din l-iskola?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol jinkludi upgrading tal-laboratorji u refurbishing tal-parti tas-Sixth Form li Barts ħa jkunu qegħdin jużaw sakemm titlesta l-iskola ġewwa l-isptar t'Għawdex. Il-ħlas huwa arranġament kummerċjali bejn il-Malta Enterprise u Barts u d-dettajli fuq dan ma jistgħux jiġu mogħtija.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Performance Bonuses
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Awtorità tal-Ippjanar — applikazzjoni biex titwaqqa l-Freedom Press u bini tal-madwar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru tal-applikazzjoni li saret mal-Awtorità tal-Ippjanar biex titwaqqa’ l-Freedom Press u l-bini tal-madwar? Jista' jgħid min għamel ix-xogħol ta' twaqqigħ, taħmil u ġarr ta' materjal? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ingħatax b'tender jew b'direct order? Kemm sewa b'kollox dan ix-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Freedom Press tifforma parti mis-sit li għadda b'ċens għand operatur privat. Għalhekk il-Gvern ma kellu l-ebda rwol fix-xogħolijiet imsemmija u mhux fil-pussess tal-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid u jispjega x-xogħol li se jsir fl-Iskola Sir M.A. Refalo Sixth Form fir-Rabat Għawdex biex parti minnha tintuża minn Barts? Kemm hu maħsub li se jiswa dan ix-xogħol? Lil min ingħata x-xogħol u kif ingħata: b'direct order jew b’tender? Għaliex dan ix-xogħol se jsir u jitħallas minn Malta Enterprise u mhux minn Vitals Global Healthcare li suppost a spejjeż tagħhom kellhom jibnu l-iskola sa Settembru 2016?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet jikkonsistu f’upgrading u refurbishing tal-parti tal-iskola li Barts ħa jkunu qed jagħmlu użu minnha. Dan ix-xogħol mistenni jiswa madwar €150,000. It-tender ħa tkun ippublikata fil-jiem li ġejjin. Il-ħlas huwa arranġament kummerċjali bejn il-Malta Enterprise u Barts u d-dettalji huma kunfidenzjali.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — ingaġġ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol imwiegħed fil-Crafts Village ta' Ta' Qali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess għaż-żvilupp tal-Crafts Village ġie approvat mill-PA.
Numru ta’ DNO’s għaż-żvilupp ta’ units inħarġu wkoll u sejrin jibdew jinbnew fil-ġranet li ġejjin.
Ir-Rapport ta' evalwazzjoni tal-Kuntratt għas-servizzi ta' konsulenza fid-disinn u supervizzjoni ġie approvat mid-DOC fit-28 ta' Frar.
It-tender għal Enabling Works ta' xogħlijiet ta' dranaġġ ġie ppublikat fid-29 ta' Frar 2017 u dan jagħlaq fl-14 ta' Marzu 2017.
Appik ukoll li joħroġ l-ewwel stadju ta' Tender b'Competitive Dialogue għax-xogħlijiet ta' infrastruttura neċessarji għal dan il-proġett.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Skola M A Refalo Sixth Form College — xogħlijiet ta' ristrutturar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31886 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa mistenni li se jqum ix-xogħol ta' ristrutturar tal-iskola Sir M A Refalo Sixth Form College Għawdex sabiex parti minn din l-iskola tkun tista' tintuża minn Barts Medical School? Jista' jgħid jekk dawn l-ispejjeż humiex se jitħallsu mill-Gvern jew inkella minn Vitals Global Healthcare? Kemm studenti huwa maħsub li se jagħmlu użu minn din l-iskola fl-ewwel sena tagħha?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-binja mistenni jiswa madwar €150,000. Il-ħlas huwa arranġament kummerċjali bejn il-Malta Enterprise u Barts d-dettalji fuq dan ma jistgħux jiġu mogħtija. Bħal ma jiġri f’Malta, numru ta’ studenti jiddeċiedu l-karriera li ħa jsegwu meta joħorġu r-riżultati akkademiċi. Għaldaqstant, għadu kmieni wisq biex ngħidu kemm ser ikun in-numru ta’ studenti fl-ewwel sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31192 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-fond li kien garantit sabiex jagħmel tajjeb għall-ammonti dovuti lil ex impjegati ta’ Kalaxlokk għadux fis-seħħ? Jikkonfermax li kien hemm individwi li bbenefikaw minn dan il-fond? Jista’ jgħid x'inhi l-proċedura li trid tiġi segwita minn dawk li għandhom dritt li jibbenefikaw?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — każijiet ta' inġustizzja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ inġustizzja ġie ttrattat, solvut, investigat u deċiż minn xi entità li taqa’ taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord jew entità li trattat tali każijiet ta’ inġustizzja? Jista’ jelenka (mingħajr ismijiet) l-ammont ta’ flus ordnati li għandhom jitħallsu (jew li diġà tħallas) u/jew xi rimedju ieħor ordnat/mogħti fl-ewwel 12-il każ biss għal kull entità/Bord fil-Ministeru tiegħu li qed jinvestiga l-inġustizzji?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda entitá li trattat kazijiet ta’ inġustizzja fi ħdan dan il-Ministeru.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Staff klerikali – degree mill-Università
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li għandhom degree mill-Università.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l’ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Junction tal-Marsa – rilokazzjoni tal-fabbriki li ser jitwaqqgħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid sa meta għandhom jiġu rilokati l-fabbriki li ser jitwaqqgħu minħabba l-Junction tal-Marsa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati dwar ir-rilokazzjoni tal-fabbriki li se jitwaqqgħu minħabba l-Junction tal-Marsa waslu fi stat avvanzat.