Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-iskejjel fejn hemm defibrillator?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi tal-iskejjel fejn hemm defibrillator, kif se nsemmi: Lista 'A' - Skejjel tal-Istat Lista 'B' - Skejjel tal-Knisja u Indipendenti

Skejjel Pubbliċi – għalliema u ħaddiema – taħriġ fl-ewwel għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema u ħaddiema fl-iskejjel pubbliċi mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni u jagħti l-informazzjoni għal kull skola pubblika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm hemm għalliema u ħaddiema fl-iskejjel pubbliċi mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) hu kif muri fiż-żewġ tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi: Tabella 'A' - Skejjel tal-Istat Tabella 'B' - Skejjel tal-Knisja u Indipendenti

Skejjel pubbliċi – policy – l-ewwel għajnuna lit-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy dwar l-ewwel għajnuna fl-iskejjel pubbliċi f’każ ta’ inċident lil tfal li jkollhom bżonn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 32475 dwar Regolamenti dwar l-Ewwel Għajnuna fuq il-Post tax-Xogħol li japplikaw għal kull post tax-xogħol. Rigward l-ewwel għajnuna fl-iskejjel, infurmat li f'każijiet iktar gravi fl-iskejjel hemm l-Għalliema/First Aiders mħarrġa sabiex jamministraw l-epipen (f'każ ta' allerġiji), inhalers (f'każ ta' asthma), rectal suppository (f'każ ta' aċċessjonijiet), AED (f'każi gravi tal-qalb). Barra minn hekk diversi għalliema jingħataw il-faċilità li jattendu għal kors tal-First Aid f'Lulju u Settembru. F'każijiet fejn ikun hemm bżonn li l-istudent jittieħed l-isptar il-First Aider tal-iskola takkumpanjah.
Leg 12 PQ #32557 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta’ Malta – studenti li segwew il-kors tal-mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti segwew il-kors tal-mediċina fl-Università ta' Malta fis-snin 2011, 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm minn dawn l-istudenti (għal kull sena) kienu ta' nazzjonalità barranija? Kemm hemm studenti jsegwu l-kors tal-mediċina preżentament? Kemm minn dawn l-istudenti li qed isegwu l-kors bħalissa huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li segwew/qed isegwu l-kors tal-mediċina fl-Università ta’ Malta u kemm minnhom kienu/huma ta’ nazzjonalità barranija, sena b’sena mis-sena akkademika 2010/11 sal-preżent, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt: Nazzjonalità2010/12011/22012/32013/42014/52015/62016/7 EU/EEA (Total)254264125156162154 Maltin (Total)419440388500513521568 Barra l-EU/EEA (Total)44596468798486 Total488541516693748767808

Marsa – Korsa taż-Żwiemel – ħwienet jew stalls

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32361 jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi individwi u jew kumpaniji oħra li għandhom ħanut jew stall apparti dawk imsemmija f'din it-tweġiba parlamentari u li joffru xi tip ta' servizz ieħor? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' servizz u ħlas isir jew kien isir minn dawn l-individwi / kumpaniji għall-konċessjonijiet tagħhom u kemm ħalsu kull sena u lil min iħallsu jew kienu jħallsu mill-2013 sal-ġurnata li titwieġeb din d-domanda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li iva, jingħata tip ta' servizz ieħor li l-informazjoni dwaru qed tingħata lill-Onor. interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali. Il-ħlas isir lil Malta Racing Club.

intrapriżi privati — ingaġġ ta' Persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm intrapriżi privati li mhux qed jilħqu l-perċentwali stabilità mil-liġi għal dak li jikkonċerna t-tħaddim ta' persuni b'diżabilità? X'passi qed jittieħdu biex dak stabilit mil-liġi fil-fatt jiġi assigurat? F'dawk il-każijiet meta dak stabilit ma jintlaħaqx, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm qed jitħallsu flus minn dawk li mhux qed jimxu mal-liġi? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk hemmx entitajiet governattivi (korporazzjonijiet, awtoritajiet, jew entitajiet oħra), li wkoll qed jiġu mġegħla jħallsu, għaliex ma jilħqux il-kriterjai stabilit mil-liġi? Jekk iva liema huma dawn l-istess entitajiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Marzu 2017 kien hemm 665 intrapriża privata li ma kenitx qed tilħaq il-perċentwali stabbilita mil-liġi għal dak li jikkonċerna t-tħaddim ta' persuni b'diżabilità. Il-Lino Spiteri Foundation li llum hija l-entità responsabbli li tipprovdi għajnuna lill-intrapriżi biex jidentifikaw persuni b'diżabilità addattati għax-xogħol mitlub minnhom, qed tipprovdi kull assistenza meħtieġa għal dan il-għan. Dawk l-intrapriżi li ma laħqux il-perċentwali ġew mitluba jħallsu l-kontribuzzjoni kif stabbilit fil-liġi. Il-ħlas dovut f’każijiet fejn il-perċentwali hekk kif stabbilita mil-liġi ma ntlaħqitx kienu kif jidhru hawn taħt: · Fl-2015 il-kontribuzzjoni kienet ta’ €800 għal kull persuna b'diżabilità inqas fl-impjieg. · Fl-2016 il-kontribuzzjoni kienet ta’ €1,600 għal kull persuna b'diżabilità inqas fl-impjieg. · Fl-2017 il-kontribuzzjoni ser tkun €2,400 għal kull persuna b'diżabilità inqas fl-impjieg. L-ammont ta’ kontribuzzjoni għal kull intrapriża jasal sa massimu ta’ €10,000 fis-sena. L-ebda entità governattiva (korporazzjonijiet, awtoritajiet jew entitajiet oħra) ma ġiet mġegħla tħallas il-kontribuzzjoni għaliex is-settur pubbliku fit-totalità tiegħu jissodisfa l-kwota ta’ tnejn fil-mija stabbilita fil-liġi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li wara Marzu 2013 ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xogħol legali jew talbet konsulenza mill-individwu kkonċernat jew mid-ditta legali tiegħu.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport - konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 31811.

Skejjel tal-Istat – applikazzjoni għal leave minn għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema fl-iskejjel tal-Istat li applikaw għal-leave biex jippruvaw impieg alternattiv minn Settembru 2016 sa Marzu 2017? Jista’ jgħid ukoll x'suġġetti jgħallmu dawn l-għalliema? Kemm minnhom ingħataw dan il-leave u kemm kien in-numru ta' dawk li ma ngħatawx dan il-leave? Jista’ jgħid għaliex kien hemm għalliema li ma ngħatawx dan il-leave?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Settembru 2016 u l-aħħar ta’ Marzu 2017 kien hemm ħames (5) għalliema mill-iskejjel tal-istat li applikaw għal-leave biex jippruvaw impjieg alternattiv. Bħala suġġetti tnejn (2) kienu jgħallmu l-e-Learning Centre, tnejn (2) l-Ingliż u waħda (1) l-ġeografija. Dan il-leave ingħata lil tliet (3) għalliema u tnejn (2) ġew rifjutati. Ir-raġuni li dan il-leave ma ngħatax kienet li, minħabba n-nuqqas ta’ għalliema fis-suġġett, ma kienx hemm għalliema biex jieħdu posthom u l-Ministeru ma jħossx li huwa ġust li jħalli lit-tfal tal-klassi mingħajr għalliema.

Ftehim Kollettiv għall-gradi tal-għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġi ffirmat il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-gradi tal-għalliema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-negozjati bejn il-Ministeru u l-MUT jinsabu temporanjament weqfin fuq talba li saret mill-MUT sakemm jinħatar President ġdid għaliha.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – taħriġ professjonali lill-għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Edukazzjoni joffrix taħriġ professjonali lill-għalliema biex jagħrfu b’mod speċjali s-sintomi ta’ studenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali? Jekk iva, x’taħriġ ingħataw is-sena l-oħra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 32422.

Studenti li ġew excluded

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ġew excluded mill-iskola mis-sena skolastika 2014-2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Għal kemm-il ġranet dawn l-istudenti tkeċċew mill-iskola tagħhom u għal liema raġuni ġew imkeċċija dawn l-istudenti? Minn liema skejjel ġew excluded dawn l-istudenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li ġew excluded mill-iskola fl-iskejjel tal-Istat mis-sena skolastika 2014-15 sal-lum kien kif se nsemmi: Sena skolastika 2014/15 - 241 student Sena skolastika 2015/16 - 262 student Sena skolastika 2016/17 (sal-lum) - 277 student In-numru ta’ ġranet ta’ exclusion ivarja minn jum wieħed skolastiku ta’ student wieħed fi skola waħda għal 137 jum ta’ tkeċċija akkumulati mferrxa fuq numru ta’ studenti fi skola waħda, sena sena. In-numru ta’ studenti li ġew excluded mill-iskola fl-iskejjel mhux tal-Istat mis-sena skolastika 2014-15 sal-lum kien kif se nsemmi: Sena skolastika 2014/15 - 56 student Sena skolastika 2015/16 - 74 student Sena skolastika 2016/17 (sal-lum) - 64 student In-numru ta’ ġranet ta’ exclusion ivarja minn nofs jum tal-iskola għal 25 ġurnata. Fost ir-raġunijiet li għalihom ġew excluded, b’mod ġenerali, kien hemm minħabba ġlied, bullying, kliem dispreġġjattiv, ħażin jew oxxen, nuqqas ta’ rispett lejn l-iskola, ksur tar-regolamenti tal-iskola, ksur tar-regoli ta’ dixxiplina, tħarbit ta’ lezzjonijiet u tal-programm edukattiv tagħhom u ta’ sħabhom l-istudenti, użu mhux proprju ta’ apparat ta’ sigurtà u mġiba ħażina u/jew agressiva.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — ingaġġ ta' persuni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32147 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li ġew ingaġġati (mhux persons of trust jew persuni f’positions of trust) bejn Marzu 2013 u s-27 ta’ Marzu 2017 maqsuma bit-tip ta’ kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u bir-rwol li ddaħħlu fih, huwa skont kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola Primarja taż-Żejtun — LSAs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jattendu l-Iskola Primarja taż-Żejtun fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li sal-5 ta’ April 2017, fl-iskejjel primarji taż-Żejtun kien hemm: Skola Primarja ‘A’ - sitta u erbghin (46) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm wieħed u tletin (31) LSA. Skola Primarja ‘B’ - ħamsa u tletin (35) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant. Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm dsatax (19)-il LSA. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ Learning Support Assistant.

Skola Primarja ta’ Wied il-Għajn — LSAs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jattendu l-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn hemm tlieta u sittin (63) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jagħtu s-sapport meħtieġ lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm ħamsa u erbgħin (45) LSA. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.

MCAST – Student — stipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jikkwalifikax għal stipendju mill-MCAST u jekk iva, għalfejn ilu li applika minn Ottubru 2016 u sal-lum għadu ma rċieva l-ebda ħlas?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-istudent imsemmi għadu ma kkonkludiex l-applikazzjoni onlajn għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti. Kemm min-naħa tal-Uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kif ukoll min-naħa ta’ diversi uffiċċji fl-MCAST saru diversi tentattivi biex jingħata kull sapport lil dan l-istudent iżda l-proċess xorta għadu ma ġiex konkluż. L-istudent ġie kkuntattjat diversi drabi kemm b’laqgħat, telefonati, ittri u ittri elettroniċi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant illi l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Leg 12 PQ #32239 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Fergħat ta’ universitajiet barranin f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fergħat ta’ Universitajiet barranin f’Malta li joffru korsijiet li jwasslu għal degree u diploma? Kemm hemm studenti li qed jattendu u jsegwu korsijiet f'dawn il-fergħat ta’ Universitajiet barranin f’Malta? Kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin u kemm minn dawn huma ta’ nazzjonalità barranija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li hemm ħames fergħat ta’ Universitajiet barranin li għandhom liċenzja biex joperaw f’Malta. Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, infurmat li f’Marzu 2016 kien hemm: · fil-livell ta’ Degree (MQF Level 6), 131 student li minnhom erbgħa (4) kienu barranin. · fil-Livell ta’ Master (MQF level 7), 157 student li minnhom 116 kienu barranin .
Leg 12 PQ #32240 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed isegwu korsijiet fl-MCAST f’Malta u Għawdex fil-preżent? Kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin u kemm huma ta’ nazzjonalità barranija? Jista' jgħid kemm minn dawn qed isegwu korsijiet fiċ-ċentru tal-MCAST f'Għawdex? Kemm iggradwaw studenti mill-MCAST minn kemm ilha mwaqqfa l-MCAST?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-total ta’ studenti li qed isegwu korsijiet fl-MCAST f’Malta u Għawdex fil-preżent hu ta’ 6342. Minn dawn, 6005 student huma Maltin filwaqt li 337* huma ta’ nazzjonalità barranija. Fil-Kampus t’Għawdex jattendu 214* studenti li erbgħa (4)* minnhom huma ta’ nazzjonalità barranija (*statistika bbażata fuq korsijiet full-time aġġornata sal-aħħar ta’ Frar 2017). Dwar kemm iggradwaw studenti mill-MCAST minn kemm ilha mwaqqfa l-MCAST, it-totali huma kif ġej: MQF Level 1 MQF Level 2 MQF Level 3 MQF Level 4 MQF Level 5 MQF Level 6 N/A Transnational 402 5434 8604 9140 3758 1453 126 113 Il-kolonna N/A tirreferi għall-kors tal-‘Pathway course to Independent Living’. Il-kolonna ‘Transnational’ tirreferi għall-kwalifiki internazzjonali tal-Avjazzjoni jew Marittimu li ma jintrabtux ma’ livell tal-qafas Malti għall-kwalifiki.

LSA — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B'referenza għad-dettalji li ngħataw separatament, qiegħed ngħaddi informazzjoni dwar dan il-każ direttament lill-Onorevoli interpellant b'mod kunfidenzjali.