Jista' l-Ministru jgħid fejn inkrew l-uffiċji għall-Awtorita Maltija dwar ir-riżorsi?
Kemm hi l-kera li qiegħda titħallas kull sena?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-kuntratt tal-kera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li parti minn sular fil-Millenia Building fi Triq Aldo Moro, Marsa (area ta' 840 metru kwadru) ser jinkera bħala uffiċċju għall-Awtorita' Maltija dwar ir-Riżorsi.
Il-kera li ser titħallas hija ta' Lm40 kull metru kwadru fis-sena.
Il-kuntratt għadu ma sarx.
Jista' l-Ministru jgħid min huma u x'inhi l-kariga tal-persuni li huma impjegati ma' l-Awtorita Maltija għar-riżorsi sal-lum?
X'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, kull wieħed separatament?
Jista' jekk hu l-każ il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-kuntratti li ingħataw dawn il-persuni?
Jista l-Ministru jgħid jekk qatt sarx testijiet ta' l-arja fi Triq il-Kanun, Ħal Qormi biex jiġi stabbilit il-ħsara li qed issir lil saħħet in-nies minħabba d-dħaħen li ħerġin minn ċumnija ta' industrija li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament u kunfidenzjalment? Jekk saru dawn it-testijet x'irriżulta? Jekk ma sarux, x'se jagħmel id-dipartiment biex tiġi assigurata li ma ssirx aktar ħsara lill-ambjent u lil saħħet in-nies fl-area milquta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Għalkemm id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għamel testijiet f'Ħal-Qormi, dawn ma sarux fi Triq il-Kanun.
Id-Dipartiment se jagħmel stħarriġ fuq l-industrija ndikata mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru testijiet ta' l-arja fi Triq Pawlu Farruġia Ħal Qormi jew kif kienet magħrufa qabel bħala Trejqet il-Wied, minħabba li numru ta' industriji li hemm?
Jekk sar x'irriżulta?
Jekk ma sarx, jista' l-Onor. Ministru jara li jittieħdu l-prekawzjonijiet li hemm bżonn biex tiġi assigurata saħħet ir-residenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Għalkemm id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għamel testijiet f'Ħal-Qormi, dawn ma sarux fi Triq Pawlu Farrugia.
Id-Dipartiment se jagħmel stħarriġ fuq fuq din it-triq.
Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fil-bankina tat-triq li mill-mina ta' Santa Liena tagħti għal Triq il-Polverista Bormla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra x'xogħol qiegħed jsir fulq il-Polverista f'Bormla u kemm flejjes huma previsti li ser jintefqu hemm f'dan il-proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fuq il-Polverista jikkonsisti f'restawr u manutenzjoni tas-swar fuq żewġ livelli. Ix-xogħol, li qed isir wara sejħa għall-offerti, hu stmat li ser jiswa madwar Lm74,000.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x-xogħol qiegħed jsir ġewwa Couvre Porte l-Birgu u kemm flejjes ser jintefqu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li se jsir xogħol li jikkonsisti f'pavimentar ta' l-art f'Belvedere, Couvre Porte il-Birgu. Ix-xogħol, li se jsir, wara sejħa għall-offerti, hu stmat li ser jiswa madwar Lm57,000.
Qed isir xogħol ieħor mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr li jikkonsisti f'intervent ta' konservazzjoni fuq il-bieb prinċipali.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31366 li ġiet riferita lilu mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u cioe, jista' l-Ministru jgħid ir-riżultati ta' investigazzjoni geoliġika madwar il-palazz Vilhena fl-Imdina permezz ta' course li sar lejn Novembru ta' 1998 biex jiġi mistħarreġ ċediment ta' l-art li ikkawża ħsara fil-palazz, u jekk m'humiex se jittieħdu passi biex issa tiġi rimedjata is-sitwazzjoni skond ir-riżultati ta' dan l-istħarriġ geologiku?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li bħala l-ewwel fażi kien ħareġ rapport fl-1998 b'data li nġabret mill-cores madwar il-Palazz Vilhena fl-Imdina. Dan ir-rapport kien fuq bażi ġeoloġika biss li minnu ma setgħax joħroġ eżattament il-moviment tal-palazz u ta' l-inħawi kif kien qiegħed isir. Bħalissa qegħdin isiru numru ta' ndaġni oħra biex jiġi stabbilit dan il-moveiment, sia minn x'hiex qed jiġi kkawżat, relatat maż-żmien tas-sena, jiġifieri dan jekk huwiex 'seasonal movement' jew moviment ikkawżat minn xi affarijiet oħra. Wara li jkun stabbilit dan kollu, wieħed ikun jista' jgħaddi għall-fażi ta' konsolidament strutturali biex dan il-moviment jitnaqqas jew jinżamm. Din l-analiżi qed issir b'kollaborazzjoni bejn l-Universita' ta' Bologna, il-kumpanija IRMA u t-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 31197 u cioe jista' jgħid billi kien hemm pjani li jmorru lura xi ħames snin għat-twaqqigħ prospettiv ta' bini li hemm bejn Triq il-Ġdida u Sqaq Vasolani, Msida, faċċata ta' Marimina Court fi New Street innifisha, tista' tgħarraf lill-Kamra x'sar f' dan ir-rigward, aktar u aktar billi għal xi żmien kien qed jinbena bini illegali fl-istess area, liema każ kienet ġiet infurmata dwaru l-Planning Authority tant li l-Enforcement Unit kienet ħarġet acknowledgement bid-data 24.09.96 dwar dan il-każ?
Peress li din l-art li qed nitkellem dwarha li hi ta' 30 metru kwadru, qed twassal għal sitwazzjoni biex meta tkun ix-xita r-residenti tal-court ta' quddiemhom jimtlew kollha tajn fil-waqt li fis-sajf dejjem ikollhom problema tat-trabijiet, jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi nvestigat u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x' sejjer isir mill-ħaddiema li jaħdmu fil-Quality Control Kordin?
Il-mekaniżmu li jeżisti f'din is-sezzjoni x'sejjer isir minnu, se jinbiegħ?
Jekk iva kemm se jinbiegħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Quality Control, Kordin se jingħataw l-opportunita' ta' xogħol għal perjodu bi prova mal-Malta National Laboratories biex fl-aħħar ta' dan il-perjodu tittieħed id-deċiżjoni jekk ikunux jippreferu mpjieg mal-kumpanija jew jibqgħux mat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Il-makkinarju li hemm f'din is-sezzjoni ser ikun trasferit lil Malta National Laboratories Ltd., li hija kumpanija kollha kemm hi tal-Gvern.
Il-valur tal-makkinarju ser jiġi valutat matul ix-xahrejn li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux analiżi jew studju mill-konsulenti ta' l-ambjent f'dan l-aħħar tliet snin?
Jekk iva, jista l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra rapport ta' dan l-istudju?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema settur ta' l-ambjent qiegħda tirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq xogħol ta' konsulenza fuq il-Kavallier ta' San Ġakbu fis-snin 2000 u 2001? Min kienu dawn il-konsulenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-konsulenti u n-nefqa ta' flus fuq xogħol ta' konsulenza fuq il-Kavallier ta' San Ġakbu fis-snin 2000 u 2001 kien kif jidher hawn taħt:
Konsulenti Tip ta' Konsulenza 2000 2001
Lm Lm
England & England Architectural Consultancy 37677.59 24147.71
Paul Meilaq Mechanical Engineering Consultancy 1313.50 1837.61
Camilleri & Cuschieri Electrical Engineering Consultancy 1077.89 5622.10
Theatre Projects Theatre Consultancy 41078.69 8722.61
BD Atherson Fire Protection & Security Consultancy 1541.00 NIL
KPMG Advice and Assistance 7130.00 NIL
Michael Ellul Restoration Consultancy 1875.00 NIL
------------ -----------
TOTAL 91693.67 40330.03
------------ -----------
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li ser jintefqu flus fuq l-estensjonijiet tal-mollijiet sew dawk fiċ-Ċirkewwa kif wkoll dawk fl-Mġarr, Għawdex? Kemm intefqu s'issa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Issa li ġew konklużi l-investigazzjonijiet li saru dwar il-mewt ta' tlett ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ fiċ-Ċirkewwa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-inkjesta maġisterjali kif wkoll kopja ta' l-inkjesta dipartimentali dwar dan il-każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Valletta Rehabilitation Project se tieħux ħsieb il-proġett f'Pjazza E.S.Tonna, Floriana? X'hemm ippjanat li tagħmel il-VRP u meta hu maħsub li jinbeda/jintemm ix-xogħol? Kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta huwa responsabbli tal-paviment ġdid ta' Pjazza E S Tonna, Floriana. Il-proġett mistenni jiswa Lm15,237.
Il-proġett ilu li nbeda u waqaf wara li l-Kunsill Lokali Floriana talbu tibdil fil-proposta li kienet ġiet approvata qabel. Din il-bidla tfisser spejjeż aktar ta' Lm6,066. Il-Gvern għalhekk qed jikkonsidra din il-proposta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jiswa ix-xogħlijiet fl-ospizio fil-Floriana? Meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol u f'hiex ikun ikkonsista?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li għaddej bħalissa fl-Ospizio jikkonsisti f'bini mill-ġdid ta' parti mill-casemates li kienet iġġarfet fil-gwerra. Dan ix-xogħol hu stmat li ser jiswa madwar Lm65,500 u hu maħsub li jintemm f'Lulju ta' din is-sena.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentaru nru. 31204, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti msemmija u x'inhu l-ammont li kull wieħed minnhom tħallas matul is-sena 2001? Dawn il-konsulenti jgawdu minn xi benefiċċju ieħor, apparti l-ħlas?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
Konsulent Tip ta' Konsulenza Ħlas fl-2001 Benefiċċji
Paul Meilaq Mechanical Engineering-
St. James Cavalier Lm 1837.61 NIL
(4.5% tax-
xogħol esegwit)
Camilleri & Electrical Engineering-
Cuschieri St. James Cavalier Lm 5622.10 NIL
(3% tax-
xogħol esegwit)
Richard Structural -
England St. James Cavalier Lm 24147.71 NIL
(7.5% fuq
l-ewwel
Lm2,000,000
tax-xogħol
esegwit u 7 % fuq
il-kumplament
tax-xogħol)
Theatre Theatre Consultancy - spejjeż tal-vjaġġi
Projects St. James Cavalier Lm 8722.61 u akkomodazzjoni
inklużi fil-ħlas
KPMG Consultancy- Lm 2438.00 NIL
Viset Project
Prof. Titiana Master Plan -
Kirova Conservation of Mdina Lm 12500.00 spejjeż tal-vjaġġi,
akkomodazzjoni u
trasport
KOCKS Master Plan -
Consult South Area (Nofsinhar) Lm 84443.00 NIL
Data tal-pubblikazzjoni:
29 ta’ Settembru 1998
Data ta' l-egħluq:
27 ta’ Ottubru 1998
estiża għal 10 ta’
Novembru 1998
Data tal-Letter of
Acceptance:
6 ta’ Jannar 2000
KOCKS Master Plan-
Consult North Area (Tramuntana) Lm 19666.42 NIL
Data tal-pubblikazzjoni:
20 ta’ Ġunju 1997
Data ta' l-egħluq:
22 ta’ Lulju 1997
estiża għal 5 ta’
Settembru 1997
Data tal-Letter of
Acceptance:
16 ta’ Marzu 1998
DORSCH Project Management
Consult Services - Drainage Lm514312.00 NIL
Data tal-pubblikazzjoni:
14 ta’ Novembru 1997
Data ta' l-egħluq:
18 ta’ Dicembru 1997
estiża għat-12 ta’
Frar 1998
Data tal-Letter of
Acceptance:
26 ta’ Frar 1999
AIS Environm. Environmental
Ltd. Assessment-Drainage Lm 27801.00 NIL
Data tal-pubblikazzjoni:
29 ta’ Settembru 1995
Addendum ieħor
ippubblikat fit-30 ta’
Lulju 1997
Data ta' l-egħluq:
7 ta’ Novembru 1995
estiża għal 5 ta’
Diċembru 1995 estiża
sad-29 ta’ Sett. 1997
Data tal-Letter of
Acceptance:
14 ta’ Lulju 1998
David Lyth Consultancy - Sponsorjat mill- kiri ta' karozza
Waste Management Commonwealth
għall-perjodu ta’
sena b’effett
mill-24 ta’
Settembru 2001
Joseph Sultana Adviser Lm 3302.00 NIL
John Micallef Consultant Lm 10000.00 NIL
Saviour Balzan Adviser Lm 5424.00 NIL
Anthony Adviser Lm 8438.00 Lm50 fix-xahar
Mallia allowance, fully
expensed car,
mobile phone,
bonuses u cost of
living increases
Ray Bondin Executive Lm 8438.00 Fully expensed
Co-Ordinator car, mobile phone
(Lm10. fix-xahar
e-talk), bonuses
u cost of living
increases