Ministeru għall-Affarijiet Barranin — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma tax xogħol legali u ma talabx konsulenzi lill-persuna li qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija jew id-ditta legali tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta' performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba pajjiżna huwiex ser jieħu sehem fil-laqgħa li ser isir Ġinevra fil-25 ta’ April 2017 marbuta mal-aħħar rapport tal-Ġnus Magħquda dwar il-faqar? Jekk iva ser issir xi kontribuzzjoni?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Ġinevra fil-25 ta' April 2017 ser issir il-laqgħa intitolata "Forum Reġjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli", li Malta ser tipparteċipa fiha.
Dan il-Forum għandu jservi ta' pjattaforma ewlenija fejn ser tiġi diskussa l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u l-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli. L-eżitu ta' dan il-Forum ser jiġi ppreżentat bħala kontribut reġjonali għall-Forum Politiku Għoli li sussegwentement ser jittella' f' New York f'Lulju 2017. Waqt il-Forum f'Ġinevra, l-Istati Membri m'huma mistennija jħabbru l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Director for Corporate Services – impenji uffiċjali barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-impenji uffiċjali barra minn Malta tad-Director for Corporate Services fil-Ministeru tiegħu minn meta ħadet il-ħatra? Minn meta ħadet il-ħatra jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-raġuni għal dan is-safar? X’safar sar u lejn liema pajjiżi sar? Kemm tħallset u xi spejjeż għamlet f’dan is-safar? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti taż-żjara fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qegħda tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ingaġġ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (VELLA, GEORGE)
Nnforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qegħda tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt iċ-ċerimonja tal-kunċert li sar f’San Paolo Fuori le Mura fis-17 ta’ Diċembru 2016 jekk id-delegazzjoni ta’ Mons. Arċisqof ingħatatx trattament skont il-protokoll jew le? Jekk le għaliex? Jista’ jgħid jekk kenux mistiedna l-funzjonarji Maltin kollha li jaħdmu fis-Santa Sede u x’tip ta’ stedina saret?
Response (VELLA, GEORGE)
Dwar it-trattament mogħti lid-delegazzjoni tal-E.T. Mons. Arcisqof, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin m’għandux ġurisdizzjoni fuq materji ta’ Protokoll fl-Italja.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inviti ma nħarġux mil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Staff – reduced hours u teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu b’reduced hours jew għandhom faċilitajiet ta’ teleworking?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp Diplomatiku li rriżenjaw mill-kariga tagħhom jew inkella applikaw għall-unpaid leave mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu 2013 s'issa rriżenjaw 26 Membru tal-Korp Diplomatiku mill-gradi ta' Ambaxxatur, First Counsellor, Counsellor, First Secretary u Second Secretary.
39 ħadu l-unpaid leave.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — każijiet ta' inġustizzja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ inġustizzja ġie ttrattat, solvut, investigat u deċiż minn xi entità li taqa’ taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ l-Ministru jgħid minn min kien magħmul il-Bord jew entità li trattat tali każijiet ta’ inġustizzja? Jista’ jelenka (mingħajr ismijiet) l-ammont ta’ flus ordnati li għandhom jitħallsu (jew li diġà tħallas) u/jew xi rimedju ieħor ordnat/mogħti fl-ewwel 12-il każ biss għal kull entità/Bord fil-Ministeru tiegħu li qed jinvestiga l-inġustizzji?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma għandu l-ebda entità li taqa' taħtu li tittratta, issolvi, tinvestiga u tiddeċiedi każijiet ta' inġustizzja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema gradi qed jirreferi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara Marzu 2013 il-Ministeru tiegħi ma tax xogħol legali jew konsulenzi lill-avukat imsemmi jew lid-ditta legali tiegħu.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li talab kienet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kellu kawża waħda fil-konfront tiegħu fl-aħħar ħames snin.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-positions of trust fil-Ministeru tiegħi huma :
Chief of Staff
Private Secretary
Personal Assistant & Head Customer Care
Co-ordinating Officer
2 Secretariat Officers
Secretariat Messenger
Driver/Security
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-irwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Meta beda l-impjieg tiegħu u f'liema skala jinsab u jekk kenitx saret sejħa pubblika għal dak il-post?
Response (VELLA, GEORGE)
L-uffiċċjal li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant għandu rwol ta' First Secretary, li hu ekwivalenti għal skala 9 fis-Servizz Pubbliku. L-impjieg tiegħu beda fl-1 ta' Marzu 2012, fir-rwol ta' Second Secretary wara sejħa pubblika li saret fil-5 ta' April 2011.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm interns mal-Ministeru tiegħu? Kif intgħażlu? Kemm jaħdmu u kemm jitħallsu? X’durata għandu l-kuntratt tagħhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 12 il-intern jaħdmu mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Dawn ġew ingaġġati wara
outreach
fl-Università ta’ Malta fejn l-istudenti tal-aħħar sena ġew imħajjra jibgħatu s-CV tagħhom lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Uffiċċjali għolja mill-Ministeru kellhom laqgha ma’ kull student individwali, u minn fosthom intgħażlu l-aħjar 18-il student. Minnhom s’issa irriżenjaw sitta minħabba li sabu xogħol
full-time
jew għażlu li jkomplu l-istudji tagħhom.
Huma marbutin li jaħdmu 20 siegħa fil-gimgħa u jitħallsu r-rata ta’ €5.77 fis-siegħa. Il-ħlas tagħhom ma jistax jeċċedi l-ammont ta’ €6,000 bħala total matul il-kuntratt tagħhom. Il-kuntratt jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2017.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għal kull membru tal-Ministeru jew għal xi kategorija partikolari.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret lill-Ministeru tiegħu għal għajnuna konsolari bejn Lulju u Diċembru 2016?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Lulju u Diċembru 2016 saru 29 talba lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għal għajnuna konsolari li kienu ta' ċertu rilevanza.
Barra minn hekk, il-Ministeru ta għajnuna f'każijiet ta' skadenzi ta' viżi u passaporti, legalizzazzjoni ta' dokumenti uffiċċjali, u tagħrif dwar is-sigurta' f'pajjiżi li fihom ikunu se jsiefru ċittadini Maltin.
Matul il-perijodu msemmi, il-Ministeru rċieva ukoll medja ta' ħames talbiet fil-ġimgħa mill-Konsli Onorarji għal għajnuna konsolari oħra. Dawn kienu jvarjaw minn telf ta' passaporti, awtentikazzjoni ta' dokumenti u ħruġ ta' viżi għal informazzjoni oħra bħal, per eżempju, ta' x'wieħed ikollu bżonn biex jiżżewweġ f'Malta.