Billi kwantita' kbira ta' nies huma favur curfew fuq il-ħin li tfal jistgħu jibqgħu barra unaccompanied skond survey li sar dan l-aħħar, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid hux se jieħu passi fuq dan?
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu/rċieva kummenti wara l-ħruġ tal-White Paper Lejn Ġustizzja Aħjar u Eħfef?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru rċieva tletin kumment bil-miktub mingħand diversi organizzazzjonijiet privati u pubbliċi u minn individwi sija fil-professjoni u kemm le.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' multiple entry visas li nħarġu lil Libjani biex jidħlu Malta fl-2004 u din is-sena sad-data li tiġi
mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ġew maħruġa 2,197 multiple entry visa lill-persuni ta' nazzjonalita' Libjana, filwaqt li matul din is-sena, sas-27 ta' Ottubru, inħarġu 1,660.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet on line għal ħruġ ta' ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mewt din is-sena, is-sena l-oħra u
fl-2003?
Response (BORG, TONIO)
Applikazzjonijiet on line għal ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mwiet saru possibli mit-23 ta’ Jannar 2003.
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ applikazzjonijiet on line minn din id-data sat-30 ta’ Settembru 2005 kienu kif jidher hawn taħt:
SenaTwelidŻwieġMewt
Mit-23/01/03 – 31/12/033,062974497
20043,3741,196539
Mill-01/01/2005 – 30/09/20052,795989402
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li nedew quality service charter? Kemm hemm pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa hemm Kunsill Lokali wieħed, dak ta' Santa Venera, li nieda Quality Service Charter.
Qed isiru laqgħat bejn il-Quality Charter Support Unit ta' l-Uffiċċju ta' l-Prim Ministru u erba' Kunsilli Lokali oħra li wkoll urew l-intenzjoni tagħhom li jniedu il-Quality Service Charter tagħhom.
Jista’ il-Viċi PM jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir id-devoluzzjoni tal-libreriji lokali fil-Marsa, Raħal Ġdid, Gudja, Għaxaq, Sta Lucija u Tarxien?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-pożizzjoni tal-Kunsilli Lokali msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu fuq id-devoluzzjoni rispettivi u proposti huma dawn:
1. Marsa:
Tlett snin ilu l-Kunsill Lokali tal-Marsa kien għamel talba lill-MEPA għal permess biex civic centre, li kellu jinkludi librerija, jinbena fuq sit ta' art li kienet ġiet devoluta lilhom, liema talba għadha fi stadju ta' appell.
2. Paola:
Minħabba li hemm diġa waħda distrettwali fil-lokal, il-Kunsill Lokali ta’ Paola jħoss li ma għandux jitlob id-devoluzzjoni ta’ librerija reġjonali.
3. Santa Lucija:
Dan il-Kunsill Lokali għandu l-ħsieb li jitlob devoluzzjoni ta’ librerija, iżda peress li m`hemmx waħda, jixtieq isib post adekwat fejn jista’ jigħata dan is-servizz.
4. Gudja:
Id-delega tad-devoluzzjoni tal-librerija tal-Gudja diġa' kienet ngħatat lill-Kunsill Lokali ta' dik il-lokalita'.
5. Għaxaq:
L-amministrazzjoni tal-librerija ta' Ħal Għaxaq diġa' kienet devoluta lill-Kunsill Lokali ta' dik il-lokalita'.
6. Tarxien:
Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien għandu l-ħsieb li jiftaħ waħda u qiegħed jidentifika post.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-aħħar parti ta' mistoqsija parlamentari 12541 u jgħid x'kienu l-marki u r-rimarki ġenerali li ngħata dan il-kunsill lokali fuq il-funzjonijiet tiegħu f'kull rapport, rapport rapport, sa l-aħħar ta' Marzu li għadda?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li fit-18 ta' Ottubru, 2005 persuna Għawdxija ġiet mibgħuta għaxart ijiem ħabs jew tħallas multa ta' Lm50 mit-tribunal lokali ta' Għawdex? Jista' jgħid għal liema raġuni ġiet mogħtija din is-sentenza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet immultata Lm50 disprezz għaliex hi bdiet iżżeblah u twaqqa' għaċ-ċajt it-Tribunal. Din il-persuna ġiet imwissija diversi drabi sabiex tieqaf qabel ma ġiet immultata. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-verbal li għamel il-Kummissarju tal-Ġustizzja dwar dan il-każ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li parti mill-proprjeta' li tinsab fi Triq il-Labour, Marsa - fejn hemm ix-showrooms ta' Paul & Rocco, Dhijlia Cons. u Redeemer Furniture - se titteħdilhom parti minnha biex issir estensjoni ta' triq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet ma għandu ebda talba għall-esproprju ta' xi proprjeta' fejn jinsabu is-showrooms imsemmija.
Peress li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha tistenna 11-il sena biex isir il-kuntratt ma' l-Uffiċċju Konġunt, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-problema ta' din il-persuna tiġi solvuta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-emfitewta applika biex jifdi ċ-ċens perpetwu rivedibbli fit-12 ta' Mejju 2003 u mhux ħdax-il sena ilu kif allegat mill-Onor. Interpellant u li l-Uffiċċju Konġunt wasal fi stadju avvanzat fil-verifikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-proprjeta' in kwistjoni. Wara dan il-proċess, id-Dipartiment ikun jista' jipproċedi bil-fidi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti jew quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja għal overspeeding? Kemm inqabdu bl-ispeed cameras u fejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena ġew mogħtija 567 taħrika mill-Pulizija dwar sewqan eċċessiv. 392 minn dawn inqabdu fl-speed cameras użati mill-Pulizija.
Infurmat ukoll illi l-informazzjoni li tirrigwardja l-Gwardjani Lokali qiegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet għal persuni li wżaw il-mobile phone waqt li kienu qed isuqu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena ġew mogħtija 1,100 taħrika mill-Pulizija dwar użu ta' mobile phone waqt sewqan.
Infurmat ukoll illi l-informazzjoni li tirrigwardja l-Gwardjani Lokali qiegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin matul dawn l-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14765 f'Seduta Nru. 305 tat-18 ta' Ottubru 2005.
Pulizija — Kontravvenzjonijiet għal dħaħen eċċessivi
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-Pulizija għal dħaħen eċċessivi minn vetturi fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005
sal-lum, sena b'sena? Kemm kienu f'Malta u kemm f'Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
SenaĊitazzjonijiet
2001186
2002132
2003184
2004237
2005*95
*sat-30 ta’ Settembru.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il il persuna ġew imħarka mill-Pulizija fuq sewqan bil-mod fuq l-outer lane f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-istatistika disponibbli, bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-31 ta' Awissu 2005 kien hemm 870 sewwieq li ġew imħarrka mill-Pulizija dwar sewqan fuq in-naħa ta' barra tal-karreġġata.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Għoti ta' art lill-kunsill lokali tal-Fgura
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li biċċa art li tinsab biswit is-swar tiġi devoluta lill-Kunsill Lokali tal-Fgura? Jista’ jgħid ukoll meta għamel din it-talba l-Kunsill u xi tweġiba jew tweġibiet ingħata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għad hemm xi diffikultajiet li jridu jingħelbu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-art in kwistjoni tistax tiġi allokata. It-talba tal-Kunsill Lokali Fgura, mibgħuta mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali saret f'April 2002.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il unit għadda l-uffiċċju konġunt lill-awtorita' tad-djar u lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Kemm kien stmat il-valur ta' kull unit? Fejn jinsabu dawn il-units?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt għadda lill-Awtorita tad-Djar u lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, dawk il-fondi li d-dettalji tagħhom qed jidhru f’ Tabelli A u B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'ġara mill-eżamijiet li kienu saru fil-korp tal-pulizija fis-sena 2003 biex jilħqu maġġuri? Għadhom jgħoddu r-riżultati ta' dawk l-eżamijiet?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet preċedenti dwar dan is-suġġett, dawn il-ħatriet isiru meta u kif ikunu jippermettu n-neċessitajiet in ġenerali tal-Korp tal-Pulizija.