Offerti ta' maħfra mill-gvern — Ħlas lura ta' taxxa
Question
Minn meta Malta saret indipendenti, kemm saru offerti ta' maħfra mill-gvern lil ċittadini li baqgħu lura fil-ħlas tat-taxxa u li ġew mitluba jikkonformaw mal-liġi? Kemm kien l-ammont totali? X'kienu t-termini ta' kull offerta li saret mill-gvern u f'liema sena? Kemm kien l-ammont totali ta' taxxa li ġew imħallsa lill-gvern kull meta saret offerta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Minsitru jgħarraf lill-Kamra kemm kien l-għadd ta' taxpayers li ma mlewx il-formola ta' l-income tax fl-aħħar sentejn? Kemm minnhom ma ddikjarawx dħul minn interessi bankarji u investimenti oħra? Xi progress sar f'dan ir-rigward komparat maċ-ċifri mogħtija lill-media mill-Ministru tal-Finanzi fit-13 ta' Ġunju 2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'ospitalita', telefonati u safar (total) mill-ministeri tal-gvern fis-sena finanzjarja 1996, 1997 u 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk is-suldati li se jkunu qed jaħdmu l-Airport fuq barra tul il-Konferenza CHOGM għandhom water proof clothing bħal Gore-Tex? Veru li madwar 300 suldat li se jkunu qed jaħdmu fuq barra matul il-perijodu ta' din il-konferenza m'għandhomx water proof clothing? X'qed jagħmel jew x'se jagħmel il-gvern biex jindirizza din il-problema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Kumpanniji limited liability — Ħlas ta' income tax
Question
Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm tħallset income tax minn kumpanniji limited liability fit-totalita' tagħhom fis-sena 2004, u kemm tħallset mill-istess fl-ewwel disgħa xhur tas-sena 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'se tkun il-kontribuzzjoni tal-gvern ċentrali u ta' l-Unjoni Ewropea fuq proġetti parzjalment finanzjati mill-Unjoni Ewropea matul din is-sena amministrattiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-fondi użati mill-Programm Pre-Adeżjoni u Faċilita’ Tranżitorja jinsabu f’Tabella ‘A’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward il-Fondi Strutturali, id-Direttorat ta’ l-Awtorita’ tal-Pagament fil-Ministeru tal-Finanzi għamel ċertifikazzjoni waħda sa issa; din saret fit-30 ta’ Ġunju 2005. L-ammonti ċertifikati u sussegwentement rimborsati mill-Kummissjoni Ewropeja, għal kull Fond jinsabu f’Tabella ‘B’ li qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'konsiderazzjoni ngħatat jew se tingħata lis-suġġeriment tal-FOI li jkun hemm fluctuating peg mal-euro sabiex il-pajjiż ikun jista' jassorbi aħjar shocks internazzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-użu tal-fluctuation bands ta’ l-ERM II ġie kkunsidrat sew qabel ma ttieħdet id-deċiżjoi li l-valur tal-lira Maltija mal-Euro jibqa’ fiss f’April li għadda. Ir-raġunijiet ġew spjegati fit-tul waqt il-konferenza stampa li ngħatat fit-30 ta’ April. Ma ġara xejn minn dakinhar ‘l hawn li jinvalida dawk ir-raġunijiet.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm il-liċenzja ħarġet il-Malta Financial Services Authority din is-sena u s-sena l-oħra, maqsuma skond il-kategorija,
bħal banek, aġenziji eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' VAT migbur fis-sena 2004 u 2005 minn kull distrett elettorali bħala persentaġġ tat-total kollu nazzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ma tistax tingħata għax il-VAT ma tinġabarx bid-distretti elettorali imma skond (in-negozju) l-attivita’ ekonomika.
Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tad-diskussjonijiet sabiex Ryanair tibda topera minn u lejn Malta? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' sussidju qed jiġi kkunsidrat li jiġi offrut lil Ryanair biex tibda topera minn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-tweġiba li kien ta’ l-Ministru tat-Turiżmu għall Mistoqsija Parlamentari Numru 13778.
Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati ta' l-istħarriġ li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika dwar l-użu ta' l-internet mill-istudenti kif ukoll ta' kummenti, konklużjonijiet u materjal ieħor li waslet għalihom u nġabru mill-istess uffiċċju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-istħarriġ li għamel l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika dwar l-użu ta’ l-internet mill-istudenti.
Dan l-istħarriġ jinkludi:
a. Summary dwar dak li jagħmlu t-tfal u kif jaħsbuha l-ġenituri/guardians fuq:
i. l-użu tal-kompjuter
ii. l-aċċess għall-internet
iii. l-użu ta’ l-internet
iv. l-e mails
v. Chatting, u
vi. Laqgħat ma’ persuni li tkun saret konoxxenza tagħhom permezz ta’ l-internet.
b. Metodoloġija ta’ kif sar l-istħariġ
c. Riżultati
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-ufffiċċju tiegħu matul din is-sena investigax il-proċess ta' l-għażla ta' servizz ta' akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin tat-tarzna? Għaliex saret din l-investigazzjoni? X'irriżulta minn din l-investigazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan l-uffiċċju ma għamel l-ebda investigazzjoni tat-tip imsemmi fil-mistoqsija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Żieda fil-prezz tal-fuel
Question
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14741 u jgħid kemm hu kkalkolat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-għoli tal-prezz tal-fuel b’4ċ huwa stmat li jiswa lid-dipartimenti / entitajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi l-ammonti kif jidhru fit-Tabelli ‘A’ u ‘B’ rispettivament, liema Tabelli qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid taħt liema poter jew liġi d-dipartiment tat-taxxa qiegħed jesiġi lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tħallas arretrati ta' taxxa allegatament dovuta għal perijodu li jmur oltre 30 sena u għalhekk huma preskritti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma nistax nifhem x’utilita’ jista’ jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista’ jintuża aħjar, ma nħossx li hemm il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-gvern minn Jannar sa Settembru 2005? Kemm kien hemm minnhom li ngħataw xi forma ta' kuntratt għal perijodu definittiv?
Fil-każ ta' dawk li ġew ingaġġati b'kuntratt temporanju (inkluż konsulenti), jista' il-Prim Ministru jgħid fejn ġew impjegati, iż-żmien li għalih ġew impjegati u x'rimunerazzjoni għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ħaddiema li ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku minn Jannar sa Settembru 2005 hu ta’ 565, li minnu 121 kienu b’kuntratt definit. Minn dawn il-121 hemm uħud li kienu jaħdmu ma’ entitajiet parastatali.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi d-dettalji ta’ dawk li ġew ingaġġati b’kuntratt kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll lista oħra ta’ dawk il-persuni li ġew impjegati b’mod indefinit.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'interess ħa l-uffiċċju tiegħu f'riċerka li saret f'Malta in konnessjoni man-nawfraġju ta' San Pawl? X'involviment kien hemm ta' uffiċjali tiegħu, min kienu, meta u x'kien l-involviment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li xi snin ilu żewġ uffiċjali għolja ta’ l-Armata kienu iltaqgħu informalment ma’ l-awtur ta’ ktieb dwar in-nawfraġju ta’ San Pawl u ddiskutew miegħu l-effetti tar-riħ u kif seta jseħħ dan in-nawfraġju skond “Search and Rescue computer programme” li jintuża mill-Armata fix-xogħol tagħha ta’ Tiftix u Salvataġġ fuq il-baħar.