Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fit-taħdidiet li l-Gvern kellu għaddejjin mat-Trade Fair Corporation dwar ix-xiri ta' l-art tat-trade fair grounds?
Response (DALLI, JOHN)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant jeżisti diżgwid bejn id-diversi rappreżentanti ta` l-għaqdiet fi ħdan il-Korporazzjoni tal-Fieri rigward il-proposta tal-Gvern dwar għajnuna mitluba mill-Korporazzjoni għax-xiri tat-trade fair grounds. Dan id-diżgwid bejn il-partijiet ikkonċernati għadu ma ġiex riżolt u għaldaqstant it-taħdidiet li l-Gvern kellu mal-Korporazzjoni għadhom ma tkomplewx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tiswa l-emenda rigward is-single parent families hekk kif imħabbra fil-Budget li għadu kif inqara?
Response (DALLI, JOHN)
Din il-miżura hija b`effett mill-1 ta` Jannar, 1999 u għalhekk id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jkun jaf kemm familji ntlaqtu minnha meta jintbagħtu l-formoli tad-dħul relattivi. Id-database tad-dipartiment ma jindikax kemm familji jistgħu jintlaqtu minnha minħabba li informazzjoni dwar kemm it-taxpayers reġistrati miegħu ikollhom tfal dipendenti ma tinżammx.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1887 u 1889, jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-detentur tal-karta ta' l-identita' bin-numru 588448(m), li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandux f'ismu l-liċenzja ta' burdnar?
Response (DALLI, JOHN)
Il-persuna li għaliha qed issir riferenza fil-mistoqsija huwa soċju f`partnership `en nom collectif` liema partnership għandu liċenzja ta` burdnar.
Wieħed jista` jgħid li fil-każi ta` partnerships `en nom collectif` il-liċenzja ta` burdnar dejjem tinħareġ f`isem il-parnership u mhux individualment fuq is-soċji li jiffurmawh.
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li ġew jagħmlu f'pajjiżna żewġ persuni mill-World Bank u l-IMF minn Settembru 1998 'l hawn? X'kien il-ġudizzju tagħhom fuq is-sitwazzjoni finanzjarja fil-pajjiż? X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom dwar passi rimedjali għas-sitwazzjoni finanzjarja
Response (DALLI, JOHN)
Kif għedt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1149, ma` l-espert mill-Bank Dinji, li hu ekonomista ewlieni, iddiskutejna t-tibdil meħtieġ fir-rappurtar ta` l-istatistika finanzjarja biex dan ikun konformi mal-prattika internazzjonali u biex inkunu f`qagħda aħjar li naraw b`mod ċar u trasparenti d-diffetti strutturali fil-finanzi pubbliċi tagħna. Minn dan l-eserċizzju bdilna l-mod tal-preżentazzjoni tal-fond konsolidat kif ippreżentajnih fl-aħħar budget.
Ma` l-espert l-ieħor, li hu ekonomista rtirat li qabel kien jaħdem mal-Fond Monetarju Internazzjonali, iddiskutejna d-dħul mill-ġdid tat-taxxa fuq il-konsum.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn kemm nies hija komposta is-Sezzjoni tal-Klieb mal-Kontrollur tad-Dwana u kemm saru spezzjonijiet u sejbiet mill-istess sezzjoni fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (DALLI, JOHN)
Is-Sezzjoni tal-Klieb tad-Dwana hija komposta minn tmienja min-nies li wieħed minnhom huwa wkoll l-instructor.
Dwar id-dettalji mitluba fuq kemm saru spezzjonijiet u sejbiet mill-istess sezzjoni fis-sena 1995, 1996, 1997 u 1998 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni bħala `Table A` u `Table B`.
Wieħed irid jgħid ukoll illi:
a. Bejn Jannar 1995 u Awissu 1997 is-sezzjoni kienet komposta min uffiċjal u għaxar assistenti.
b. fis-sena 1997 kien hemm anki tibdil fis-sistema tat-Targetting biex l-Ispezzjonijiet ikunu ikkonċentrati fejn ikun l-aktar meħtieġ.
c. Il-figuri tas-sena 1998 jinkludu biss il-figuri sa Novembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm se jgħollew l-bunkering throughput fees u l-container security seals?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq lil-Onor. Membru jindika minfejn ħa l-impressjoni li se jgħollew il-`bunkering fees` kif jidhru fl-iskeda li tinsab ma` l-Att Nru. VIII ta` security seals` għaliex imkien ma ngħatat l-impressjoni li dan se jseħħ.
Għalhekk ma nistax ngħidlu b`kemm se jgħollew.
Jista' l-Minsitru jgħid b'liema mod qiegħed jiġi propost li l-gvern jipprivatizza l-kumpless White Rocks?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Privatizzazzjoni tal-Kumpless White Rocks se tkun parti mill-Programm tal- Privatizzazzjoni li l-Gvern qed jaħdem fuqu u li se jiddikjara ruħu fuqu fil-futur immedjat.
Jista' l-Ministru jgħid liema/jew jekk teżisti sistema kif jinħadem l-overtime fid-Dipartiment ta' l-Income Tax? Jaħseb il-Ministru li l-overtime f'dan id-dipartiment għandu jkun mqassam fuq kulħadd l-istess biex ma ssir diskriminazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Bħala regola meta jkun qed isir overtime fid-dipartiment dan isir fis-sezzjonijiet kollha iżda wħud mill-ħaddiema jintbagħtu jaħdmu f`sezzjonijiet oħra fejn hemm xogħol x`iwettqu. Impjegati oħra jingħataw xogħol speċifiku x`jagħmlu waqt l-overtime skond il-prijoritajiet stabbiliti mid-dipartiment.
Sakemm hu possibli l-overtime jitqassam fuq l-impjegati kollha, iżda hemm ċirkostanzi fejn ċertu xogħol tekniku jrid isir minn nies tekniċi partikolari.
Peress li fid-diskors tal-Budget il-Ministru qal li l-impjegati tal-Gvern se jieħdu arretrati ta' Lm234 kull persuna, jista' l-Ministru jgħid għal-liema snin se jieħdu dawn l-arretrati ta' Lm78 fis-sena?
Response (DALLI, JOHN)
L-impjegati kollha tal-Gvern sejrin jirċievu Lm78 għal kull sena bejn l-1996 u l-1998.
Billi fl-estimi għall-1999 hemm li l-gvern se jdaħħal somma flus fuq mobile phone licences, jista' l-Ministru jelabora dwar dan?
Response (DALLI, JOHN)
Is-somma li tidher taħt `mobile phone licences` tinkludi d-drittijiet li l-kumpanija Vodafone għandha tħallas lir-Regolatur tat-Telekomunikazzjonijiet skond l-Att Nru. XXXIII ta` l-1997 imsejjaħ Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni.
Billi fl-estimi għall-1999 hemm li l-Gvern se jdaħħal somma flus aktar fuq sporting licences, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn humiex se jogħlew?
Response (DALLI, JOHN)
L-`isporting licences` mhumiex se jogħlew. Il-Gvern se jdaħħal somma flus aktar peress li xi `sporting licences` ta` l-1998 se jidħlu fl-1999. Il-proċess ta` tiġdid ta` dawn il-liċenzji ttardja sakemm ġie installat u implimentat il-programm kompjuterizzat u minħabba hekk it-tiġdid beda` fl-aħħar ta` Mejju 1998 flok f`Jannar 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun il-liċenzja l-ġdida li l-Gvern jidher, mill-estimi ta' l-1999, li se jintroduċi fuq il-mobile phones?
Response (DALLI, JOHN)
Is-somma li tidher taħt `mobile phone licences` tikkonsisti fi drittijiet li l-kumpanija Vodafone għandha tħallas lir-Regolatur tat-Telekomunikazzjonijiet skond l-Att Nru. XXXIII ta` l-1997 imsejjah Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm x'se tkun l-administrative charge fuq kull karozza li se tkun sottomessa għat-testijiet fuq motor vehicles? Kemm huwa maħsub li jsiru testijiet tul l-1999?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati fondi għar-re-egineering tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni?
Response (DALLI, JOHN)
L-ispejjeż neċessarji se joħorġu mid-diversi headings tal-vot rikurrenti tad-dipartiment skond in-natura tal-ispejjeż. Ma jeżisti ebda item speċifiku taħt il-vot tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Kif jaf l-Onor. Interpellant re-engineering tinvolvi diversi aspetti tal-operat tad-dipartiment. Permezz tiegħu tkun tista` ssir evalwazzjoni u analiżi tal-proċeduri wżati mid-dipartiment u tas-sistema teknoloġika u organizzattiva biex id-dipartiment ikun jista` jżid fl-effiċjenza tal-operat tiegħu. Dan l-eżerċizzju jinvolvi ħafna il-kontribut ta` konsulenti fil-qasam tat-tassazzjoni, management u l-informatika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm income tax arrears dovuti lill-Gvern bħalissa? Jista' jgħid kemm minn dawn l-arretrati ilhom dovuti: aktar minn 8 snin; aktar minn 7 snin; aktar minn 6 snin u tkompli l-istess sas-sena kurrenti?
Kemm hu ż-żmien ta' preskrizzjoni għal azzjoni legali biex jinġabru dawn l-arretrati mill-Gvern tal-ġurnata?
Response (DALLI, JOHN)
Skond l-assessments li ħarġu sas-16 ta` Novembru, 1998, jidher li hemm Lm166,096,973 dovuti lill-Gvern taħt arretrati ta` taxxa fuq id-dħul. Dan l-ammont jinkludi wkoll taxxa fuq kontijiet taħt oġġezzjoni (tax in dispute) fosthom numru kbir ta` stima `ex officio` u l-penali goffi li kienu ħarġu magħhom u li soltu jiġu mneħħija (fil-każijiet ta` Dikjarazzjoni spontanja) jew f`każijiet oħra mnaqqsa għall-ammont nominali meta l-oġġezzjoni tingħalaq. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija qed tingħata f`Tabella A.
Tabella A
Arretrati ta` taxxa fis-16 ta` Novembru 1998 skond id-data meta ġie dovut il-ħlas.
Ammont Dovut
Aktar minn 8 snin Lm45,731,946
Aktar minn 7 snin Lm4,771,929
Aktar minn 6 snin Lm7,207,474
Aktar minn 5 snin Lm4,830,900
Aktar minn 4 snin Lm15,409,422
Aktar minn 3 snin Lm12,695,745
Aktar minn sentejn Lm17,900,985
Aktar minn sena Lm26,357,377
Sena jew anqas Lm31,191,195
Total Lm166,096,973
Kif għedt f`risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1212 kontra dan il-bilanċ hemm ammont ta` Lm199 miljun f`taxxa li tħallset għal snin li għad ma ħarġux l-assessment għas-sena ta` stima relattiva. Ir-riżultat jista` jkun bilanċ dovut lill-Gvern jew bilanċ dovut lit-taxpayer.
Skond l-artiklu 47 ta` l-Att ta` l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, jistgħu jittieħdu passi għall-ħlas tat-taxxa f`kull żmien, f`perijodu ta` tmien snin mid-dati li fiha l-istima tat-taxxa ssir finali u konklussiva.
It-terminu għall-preskrizzjoni jkun miksur b`kull att ġudizzjarju preżentat mill-Kummissarju qabel ma jagħlaq dak it-terminu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna fi flus lill-isport minn meta bdiet il-lotterija Super Five sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni, sena b'sena, kif ukoll jgħid kemm kien id-dħul kollu, sena b'sena, minn din il-lotterija tas-Super Five? Tingħata xi għajnuna oħra lill-isport permezz ta' xi logħob jew lotterija oħra? Jekk iva, liema huma u kemm hi din l-għajnuna?
Response (DALLI, JOHN)
B`riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1965 nixtieq ngħarraf lill-Onor. Membru li minn barra l-lotterija Super Five ġiet ukoll mogħtija għajnuna lill-isport mill-logħob tal-Lottu fis-snin 1991, 1992 u 1996. Id-dettalji kif mitluba mill-Onor. Interpellant huma kif ġej:
Sena Dħul mis- Għajnuna lill-isport
Super Five Super Five Lotto
LM LM LM
1990 388,870 20,200 --
1991 1,460,675 36,730 99,200
1992 1,231,122 24,175 52,881
1993 1,595,433 23,950 --
1994 2,308,271 54,100 --
1995 2,788,269 37,900 --
1996 2,487,688 75,350 30,500
1997 2,640,249 75,294 --
1998 2,972,534 26,560 --
sa Nov.
Taxxi Interni — Nies li jaqilgħu iktar minn Lm10,000
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir jew x'beħsiebu jagħmel biex jara kemm hawn nies li jiddikjaraw li jaqilgħu Lm10,000 u jgħixu f'ambjent lussuż ħafna?
Response (DALLI, JOHN)
Meta d-dipartiment ikollu informazzjoni li xi taxpayer ikun qed jakkumula assi li l-akkwist tagħhom ma jkunx konsistenti mad-dħul dikjarat minnu, dan ikun investigat f`aktar dettal. Minħabba li fil-preżent in-numru ta`investigaturi huwa limitat, id-dipartiment jittratta l-ewwel dawk il-każi l-aktar importanti.
Kif ingħad diversi drabi f`dawn l-aħħar ġimgħat, l-amministrazzjoni hija impenjata li ssaħħaħ l-istrutturi eżistenti biex tiġġieled b`aktar effiċjenza u b`mod iżjed effettiv l-evażjoni tat-taxxa.