Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għal parties? Jista' jgħid kemm inqabdu jiksru r-regoli? Jista' jgħid kemm applikaw għall-parties għal 14 ta' Awwissu f'Malta u Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jintalab dan it-tagħrif.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li biha gradwati mill-universita' jistgħu jiġu reklutati mill-korp tal-pulizija bħala spetturi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li r-reklutaġġ ta` Spetturi fil-Korp tal-Pulizija jsir wara li tiġi pubblikata sejħa għall-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Kull min ikollu l-kwalifiki rikjesti ikun jista` japplika. Ninsab infurmat ukoll li l-aħħar sejħa għal applikazzjonijiet għall-postijiet ta` Spetturi fil-Korp għalqet fid-29 ta` Ottubru 1999, u biex japplikaw għal din is-sejħa persuni li m`humiex membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jinħtieġu, fost l-oħrajn, li jkollhom degree rikonoxxuta mill-Universita` ta` Malta jew ikun ġew approvati mill-Universita` għall-għotja ta` degree jew ikollhom kwalifiki professjonali li jkunu ekwivalenti.
Jista' l-Ministru jgħid hijiex il-politika ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tagħti permess lill-fabbriki ġewwa z-zona industrijali ta' San Ġwann biex jgħollu l-bini tagħhom b'diversi sulari, meta l-każ ta' fabbrika oħra ħoloq tant kruha għall-ambjent u tant inkonvenjent għar-residenti ta' San Ġwann?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-politika ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar dwar permessi lill-fabbriki ġewwa ż-żona industrijali ta` San Ġwann hi li tuża l-art b`mod effiċjenti mhux biss fuq sular wieħed.
Jista' l-Ministru jintervjeni biex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tieħu l-passi kollha meħtieġa biex struttura li hemm bla permess fuq il-bejt ta' blokk A, qasam tad-djar Ta' Ġiorni, titneħħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn stħarriġ li sar fir-'records' ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma jidhirx li nħarġet enforcement notice fuq Blokk A, Qasam tad-Djar ta` Ġiorni. Qegħdin isiru l-investigazzjonijiet neċessarji sabiex tiġi vverifikata s-sitwazzjoni fir-rigward ta` dak li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kuntratti ġew offruti liż-żewġ assistant directors fil-Planning Authority, inkluż dettalji tas-salarji u benefiċċji oħra? Jista' jikkonferma jekk iż-żewġ assistant directors hux se jingħataw vetturi ġodda? X'tip ta' vetturi ngħataw u x'kienet l-ispiża kapitali sabiex jinxtraw dawn il-vetturi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ż-żewġ Assistant Directors fl-Awtorita` ta` l-Ippjanar ġew offruti Kuntratt ta` sena bil-possibilita` li jiġi estiż għal sentejn oħra, liema estensjoni tkun tiddependi mill-kapaċita` u l-ħila li bihom ikun qdew dmirijiethom.
Id-dettalji tas-salarju u benefiċċi oħra huma kif ġej:
- Salarju ta` Lm11,923 fis-sena.
- Ħlas ta` abbonament wieħed fejn din il-professjoni hija meħtieġa għal funzjoni/ħtiġijiet ta` l-Awtorita`.
- Karozza tal-kiri bl-arja kundizzjonata mħallsa mill-Awtorita` jew inkella allowance ta` Lm2,000 fis-sena.
- Mobile telephone bl-ispejjeż mħallsa kif ukoll allowance ta` Lm200 fis-sena biex ikopru l-ispejjeż fuq it-telephone personali minħabba l-qadi ta` dmirijiet għal l-Awtorita`.
- Allowance ta` Lm1,000 fis-sena għal spejjeż ġenerali.
- Proviżjon ta` assikurazzjoni fuq Personal Accident, Life u Local Health.
- Performance Bonus sa massimu ta` 15% tas-salarju annwali li jitħallas darba fis-sena. Dan jiġi stabbilit skond il-ħila u l-kapaċita` murija matul is-sena.
Rigward il-mistoqsijiet li jikkonċernaw il-vetturi, ninsab infurmat li l-Assistant Directors għadhom qed jużaw l-istess karozzi li kellhom qabel il-ħatra tagħhom u għaldaqstant għad ma saret l-ebda nefqa ġdida f`dan ir-rigward, għalkemm hemm il-ħsieb li l-vetturi jiġu upgraded.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' periti impjegati fi ħdan id-direttorat tal-Planning Authority, il-kwalifiki tagħhom u s-snin ta' esperjenza?
Kemm irriżenjaw periti f'dawn l-aħħar xahrejn u kemm kienu ilhom jaħdmu fi ħdan id-direttorat?
X'kienu r-raġunijiet għar-riżenji ta' dawn il-periti? Sar xi attentat da parti tad-direttorat sabiex jiġu evitati dawn ir-riżenji?
X'inhu n-numru ta' impjegati fi gradi tekniċi u gradi professjonali li rriżenjaw mid-direttorat f'dawn l-aħħar tlett xhur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` periti mpjegati fi ħdan id-Direttorat ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar huma 21. Il-kwalifiki u snin ta` esperjenza tagħhom hu kif ġej : -
Perit Kwalifiki Snin ta`
----- --------- --------
Esperjenza
----------
A BE & A 11-il xahar
B BE & A 10 snin
C A & CE, MA (Urban Design) 9 snin
D BE & A, MA (Planning) 13-il sena
E BE & A, MSc (Transportation & Policy) 9 snin
F A & CE, FRTPI, D. Univ. 29 sena
G BE & A 5 snin
H BE & A 5 snin
I BE & A, P.G. Dip (Environmental 8 snin
Management), MSc (Cons. Tech.)
J BE & A, MA (Urban & Regional Planning) 12-il sena
[Developing Countries]
K BE & A 7 snin
L MA (EPDP), BE & A, MMCEP, MIM, A & CE 9 snin
M BA (Hons) Architecture 3 snin
N A & CE, MSc 7 snin
O BE & A, MA, PhD (Berkley), A & CE 12-il sena
P BE & A, MTP 9 snin
Q A & CE, P.G.Dip. (Environmental 13-il sena
Management) MSc (Protected Landscape
Management)
R BE & A, LRSM, Dip.Cons.(Milan), A&CE 12-il sena
S A & CE 12-il sena
T BE & A, P.G.Dip. (Environmental
Management), MA (Environmental
Management) 7 snin
U MRIBA, FRTPI 35 sena
Ninsab infurmat ukoll li f`dawn l-aħħar xahrejn irreżinjaw żewġ (2) periti minn mad-Direttorat ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar li kienu ilhom jaħdmu sa minn Diċembru 1992.
Ir-raġunijiet għar-riżenji ta` dawn il-periti kienu:
a) Fl-ewwel każ l-impjegata lmentat dwar nuqqas ta` qbil fuq deċiżjonijiet li l-Awtorita` ħadet fir-rigward tagħha u għaldaqstant ħasset li l-ambjent tax-xogħol ma baqax wieħed li jinkoraġġiha li taħdem;
b) Fit-tieni każ ma ngħatat l-ebda raġuni għar-riżenja.
F`dawn iż-żewġ każijiet l-Awtorita` mxiet mal-proċedura tagħha.
Infurmat ukoll li f`dawn l-aħħar tlett xhur irriżenjaw erbgħa (4) impjegati fi gradi tekniċi u gradi professjonali mid-Direttorat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti barranin u Maltin jaħdmu fid-direttorat tal-Planning Authority? X'tip ta' kuntratti għandhom il-konsulenti barranin u x'inhi l-iskala tas-salarji tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fid-Direttorat ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar hemm jaħdmu tliet konsulenti barranin, tnejn full-time u wieħed part-time. Dawn għandhom kuntratt definit li jista` jiġi mġedded u kull wieħed għandu kundizzjonijiet speċifiċi ta` remunerazzjoni.
M`hemmx konsulenti Maltin jaħdmu fi ħdan l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri tal-korp tal-pulizija stazzjonati fl-għassa tar-Raħal Ġdid kellhom l-allowance tal-Ħdud, l-extras u l-overtime tal-qrati nieqsa mill-paga ta' Mejju 2000?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li r-returns tal-Ħdud, extra duty u overtime għax-xogħol maħdum mill-Pulizija in konnessjoni mal-Qorti waslu fl-uffiċċju tal-Accounts fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, f`żewġ partijiet. L-ewwel parti li waslet fil-ħin, inħadmet u tħallset fil-paga ta` Mejju, filwaqt li t-tieni parti waslet tard u ma kienx hemm żmien biex tinħadem sabiex tlaħħaq il-paga ta` Mejju u għalhekk il-ħlas li għadu dovut għax-xahar ta` Mejju ser isir fil-paga ta` Ġunju.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex tingħata passaport Malti? Peress li din l-applikazzjoni hija waħda li timmerita ċertu urġenza minħabba l-implikazzjonijiet legali li għandha, jista' jara li tingħata l-attenzjoni mistħoqqa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili, li taħtu jaqa` l-Uffiċċju tal-Passaporti, la qatt irċieva u l-anqas għandu xi applikazzjoni għal passaport pendenti f`isem il-persuna li qed tiġi indikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmat ukoll li din il-persuna ma setgħetx tagħmel talba għall-passaport Malti għaliex m`hiex ċittadin ta` Malta.
Infurmat ukoll li l-anqas ma jidher li din il-persuna għamlet xi applikazzjoni biex takkwista ċ-ċittadinanza Maltija (u mbagħad passaport Malti).
Jekk, iżda, din il-persuna marret id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u għamlet talba, kif donnu qed tallega, allura suppost għandha irevuta tal-ħlas li għamlet biex setgħet tapplika għaċ-ċittadinanza Maltija. F`dak il-każ ikun utli li tipproduċi din l-irċevuta sabiex id-Dipartiment ikun jista` jinvestiga aktar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġi estiż iċ-ċimiterju ta' Pembroke?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onor. Membru fis-6 ta` Mejju ġie varat l-abbozz tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet (North Harbours). L-Awtorita` ta` l-Ippjanar bħalissa għaddejja minn proċess ta` konsultazzjoni pubblika. Għalhekk l-ebda proposta li hija mniżżla fil-pjan m`għandha titqies bħala finali.
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għal proposta NHPE08 ta` dan il-pjan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?
Response (BORG, TONIO)
Fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, bħalissa m`hemm l-ebda ittra maqbuda fil-posta b`riżultat ta` l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.
Jista' l-Ministru jikkonferma li mhux se joħorġu permessi ġodda għall-uffiċini f'Ta' Xbiex ħlief għall-ambaxxati?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onor. Membru fis-6 ta` Mejju ġie varat l-abbozz tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet (North Harbours). L-Awtorita` ta` l-Ippjanar bħalissa għaddejja minn proċess ta` konsultazzjoni pubblika. Għalhekk l-ebda proposta li hija mniżżla fil-pjan m`għandha titqies bħala finali.
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għal proposta NHGT15 ta`
Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li mijiet ta' parking spaces se jitneħħew f'Tas-Sliema u fi Qui-si-Sana sabiex jiġu sostitwiti b'parking lots bi ħlas?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-art agrikola fis-Swieqi se tintuża għal skopijiet ta' housing?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onor. Membru fis-6 ta` Mejju ġie varat l-abbozz tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet (North Harbours). L-Awtorita` ta` konsultazzjoni pubblika. Għalhekk l-ebda proposta li hija mniżżla fil-pjan m`għandha titqies bħala finali.
Ninsab infurmat li l-policies għal Swieqi fil-Pjan Lokali jidentifikaw art li diġa` qegħda fiż-żona ta` żvilupp, għal użu speċifiku bħal housing u użi oħra. Biex jintuża għal dan l-iskop trid tintefa applikazzjoni mis-sidien relevanti.
Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex il-bars u l-pubs li hemm fi Triq il-Kbira, San Ġiljan, biswit Triq it-Taraġ tal-Bajja, jibdew jagħlqu fil-ħin kif provdut fil-liġi u skond il-permess li għandhom u ma jkomplux jiddisturbaw lir-residenti sa tard bil-lejl, kif qed jiġri preżentament?
Jista' jgħid il-pulizija kemm-il rapport irċeviet f'dawn l-aħħar sentejn f'dan ir-rigward u x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tissorvelja sabiex ma jkunx hemm abbużi mis-sidien tal-ħwienet fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li kull meta l-Pulizija kellha rapporti li qed ikun hemm abbuż, dejjem investigat u ittieħdu l-passi kif meħtieġ. Fil-fatt matul dawn l-aħħar sentejn inħarġu 14-il ċitazzjoni lil sidien ta` ħwienet fl-inħawi.
Jista' l-Ministru jieħu passi biex ikun hemm pulizija fi Triq San Bartolomew fil-ħinijiet kollha tad-dħul u ħruġ ta' tfal mill-iskola primarja tal-Għargħur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ tat-tfal qed ikun hemm assenjat regolarment pulizija fejn l-iskola li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tinforza d-deċiżjoni tagħha u tneħħi l-istrutturi illegali mwaħħla mal-bini tal-Pescatore f'San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tpoġġa fuq il-lista ta` każi għal azzjoni diretta. L-Awtorita` qiegħda fil-proċess li taġixxi biex jitneħħew l-istrutturi li nbnew mingħajr permess.