Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’fondi hu maħsub li jkollu l-Ministeru, permezz tal-programm EDEN għal qasam tat-turiżmu matul is-sena d-dieħla? Kemm mistenni jkun l-ammont ta’ flus li jiġi investit u f’liema settur hu mistenni li jsir dan l-istess investiment?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tema tal-EDEN ta’ din is-sena se tiffoka fuq it-Turi¿mu u l-Gastronomija Lokali. Il-proġett għandu l-għan li jippremja dawk id-destinazzjonijiet li żviluppaw offerta speċifika turistika bbażata fuq il-gastronomija lokali speċifika tagħhom. Il-proġett għandu wkoll l-għan li fl-aħħar nett jagħżel destinazzjoni waħda ta’ eċċellenza u erba’ destinazzjonijiet finalisti oħra. Id-destinazzjoni rebbieħa se tingħata t-titlu ta’ “EDEN Destination for Tourism and Local Gastronomy”. Il-proġett se jiffoka b’mod ewlieni fuq il-potenzjal tad-destinazzjoni, l-awtentiċità tal-prodott li jorbotha mal-wirt lokali kif ukoll is-sostenibbiltà tal-avveniment.
L-applikazzjoni li ssottomettiet Malta biex takkwista fondi taħt dan il-programm ġiet approvata proprju din il-ġimgħa. Il-Ftehim ta’ Għotja se jiġu ffirmati fi Frar 2015 u l-baġit totali huwa dak ta’ € 51,710.00 b’ko-finanzjament ta’ 75 %.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema bajjiet huma mistennija li jibdew jitħaddmu permezz ta’ public private partnership fil-bajjiet tagħna? Liema huma l-bajjiet li huma mistennija li jidħlu f’din l-iskema? Meta hu mistenni li sejħiet għal dan il-għan jkunu ppublikati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-Public Private Partnership hija miżura li tħabbret fil-budget għas-sena 2015. Bħalissa qed isir studju dwar il-bajjiet li ser ikunu nklużi f’din l-inizjattiva u l-iskop hu li ċerti bajjiet li sa issa ma jintużawx isiru aċċessibli u attrajenti għan-numru rekord ta' turisti li qed iżuru l-gzejjer tagħna fix-xhur tas-sajf, kif ukoll il-komunita’ lokali. Dan l-istudju qed jieħu inkonsiderazzjoni wkoll li jridu jittieħdu l-prekawzjonijet kollha sabiex jiġi protett l-ambjent ta’ dawn is-siti magħżulin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hix se tipparteċipa fl-EXPO 2015 li se ssir ġewwa Milan? Jekk iva, jista’ jgħid xi preparamenti saru s’issa għal dan il-għan u x’hemm il-ħsieb li jsir aktar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-timeframes li qed jara biex il-website tal-MTA tiġi upgraded biex tibda tipprovdi wkoll għal turisti ġejjin mit-Turkija u miċ-Ċina? Jista’ jgħid fiex jikkonsistu l-upgrades?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sit elettroniku tal-Awtorità Maltija għat-Turi¿mu www.visitmalta.com,li bħalissa huwa disponibbli f’għaxar lingwi differenti, qed jiġi żviluppat ukoll fl-ilsien Tork u Ċiniż l-ewwel fażi tal-proġett tikkonsisti fit-traduzzjoni tal-paġni ewlenin tas-sit f’dawn iż-żewġ lingwi ġodda u l-integrazzjoni tat-test fl-istruttura tal-paġni tas-sit. Din il-fażi hija kważi lesta u l-verżjoni Torka u dik Ċiniża se jkunu online fil-ġimgħat li ġejjin. Wara dan, huwa mistenni u jitkompla x-xogħol fuq il-kumplament tal-paġni tas-sit matul l-ewwel nofs tas-sena 2015.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11527 jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-1 ta' Ottubru 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11014, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11005, peress li l-Ministru kien għaddieli l-informazzjoni dettaljata fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 10559, 10560 u 1051 fejn wera biċ-ċar li kien fehem tajjeb ferm għal liema pożizzjonijiet kont qed nirreferi, u peress li fir-risposti juru li hemm entitajiet fejn m’hemmx mara waħda f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni (Civil Aviation) filwaqt li postijiet oħrajn l-persentaġġ huwa baxx ħafna (10% fil- Malta Air Traffic Services, 20% fl-Air Malta, 21.43% fl-MTA, 31.84% fil-Ministeru għat-Turiżmu, 33.3% fl-ITS u 36% fil-MCC), jista’ allura jwieġeb mistoqsija parlamentari 11005 u jgħid x’tip ta’ inizjattivi se jieħu sabiex ineħħi l-iżbilanċ enormi li hemm bejn in-nisa u l-irġiel f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
F'konformità mal-miżuri li huma elenkati wkoll fil-baġit 2015, il-Gvern huwa mpenjat sabiex ma jkun hemm l-ebda differenza fil-kunsiderazzjoni ghall-impjiegi bejn nisa u rġiel. Il-Ministeru għat-Turiżmu huwa kommess sabiex jitnaqqsu l-ostakli u d-diskriminazzjoni sabiex tissaħħaħ il-politika favur il-familji u jtejjeb il-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol anke f’dan is-settur. Fost il-miżuri li l-Ministeru u l-entitajiet tiegħu iħaddnu nsibu Telework, reduced hours, flexi-time u sapport għal min irid ikompli jistudja jew jattendi taħriġ li għandu x’jaqsam mal-linja tax-xogħol, sabiex in-nisa jkunu jistgħu jaħdmu iktar ħinijiet flessibli filwaqt li jkomplu jikbru u javvanzaw fil-karriera. Ta’ min isemmi wkoll illi fl-Istitut għall-Istudji Turistici ġie mniedi eżerċizzju sabiex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet tal-ħaddiema inklużi dawkf’pożizzjoni għolja.
Il-politika tal-Ministeru hija waħda ċara, dik li ma ssir l-ebda distinzjoni bejn is-sessi meta ssir xi għazla għal xi promozzjoni. Il-pożizzjonijiet kollha, meta joħorgu sejħiet għall-applikazzjonijiet sabiex jimtlew postijiet vakanti, huma miftuħa u aċċessibli għal kulħadd.
Ministeru għat-Turiżmu – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tispeċifika għal-liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta' programmar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir dwar il-grant imsejjaħ Scheme for Tourism Enterprise? Jista’ jgħid jekk hemmx xi programmi u skemi oħra, fejn is-settur tat-turiżmu jista’ jibbenefika minn Fondi Ewropej? Għal kull skema, jista’ jgħid kemm hemm fondi allokati għalih?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programm ESF, li permezz tiegħu s-settur tat-turiżmu jibbenefika minn Fondi Ewropej sabiex jitħarrġu nies li diġà qegħdin jaħdmu fis-settur turistiku, huwiex miftuħ? Jekk iva, kemm hemm fondi allokati għalih? Jekk le, hemm ħsieb li l-programm jerġa’ jinfetaħ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Istitut tal-Istudji Turistici jibbenefika mill-Fond Socjali Ewropew (ESF) 2.141 – Skills Upgrading for the Tourism Industry in Gozo, li hemm €146,054 f’fondi allokati għalih. Fejn tidhol l-Awtorita' għat-Turiżmu Maltija, il-progetti li iffurmaw parti mill-Fond Socjali Ewropew (ESF) għall-perjodu 2007-2013 ġew konklużi fl-2013. Ġaladarba l-istess fond għall-perjodu 2014-2020 ikun disponibbli, l-Awtorita' għat-Turiżmu Maltija ser tkun qed tapplika bi programmi ta’ taħrig immirati lejn impjegati fis-settur turistiku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-programm Blue Med EU Grant huwiex jopera preżentament? Jekk iva, kemm hemm fondi allokat għalih? Jekk le, jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li jinfetaħ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġramm bl-isem ta’ Blue Med EU Grant ma jeżistix.
Ministeru għat-Turiżmu – Segretarjat Privat – Customer Care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat Privat li huma inkarigati mill-Customer Care?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri tal-istaff fis-Segretarjati Privati kollha huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
World Travel Market f'Londra — parteċipazzjoni ta' Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-World Travel Market li saret riċentament ġewwa Londra, u ċjoè l-ispiża totali inkluż il-kirja tal-istand, l-armar, kwalunkwe poster/billboard/fuljett eċċ. li saru, kif ukoll l-akkomodazzjoni, subsistence allowance u biljetti tal-ajru ta’ dawk involuti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-World Travel Market li tigi organizzata f'Londra, f’Novembru kull sena, hi wahda mill-fieri ewlenin u ta’ mportanza fl-industrija tat-Turi¿mu. Għall-edizzjoni ta' din is-sena attendew 52,000 delegat minn madwar id-dinja, kif ukoll madwar 45,000 vi¿itatur. Din il-fiera hija opportunita’ u appuntament importanti għal laqgħat ma’ operaturi turistici, linji ta' l-ajru u ġurnalisti mill-pajjizi Nordiċi, l-Amerika, l-Indja u l-Asja. Il-Ministru jserraħ ras l-Onorevoli Interpellant illi kemm il-Ministeru kif ukoll l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu ipparteċipaw bis-sħiħ sabiex jigi ġġenerat turizmu għas-sajf kif ukoll għax-xhur tax-xitwa u nibgħu nżommu l-momentum b’sahhtu li qabad is-settur turistiku f’pajjiżna f’dawn l-aħħar sena u nofs. Informazzjoni dettaljata ta’ l-ispiza totali qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent barrani ġie ingaġġat mill-kumpanija Air Malta fis-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014 u kemm tħallas kull konsulent għas-servizzi tiegħu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu – impjegati fuq kuntratt definittiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat li kien fuq kuntratt definittiv ġie maqlub għal kuntratt indefinit u/jew post minn Settembru 2012 sal-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2013 fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm total ta’ 220 impjegat li ingħataw status indefinit minn Settembru 2012 sal-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2013. Informazzjoni aktar dettaljata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dar il-Mediterran għall-Konferenzi – kuntratt tal-catering
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt tal-catering ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi? Lil min ingħata u għal liema perjodu ngħata dan il-kuntratt?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-kuntratt ta’ catering ingħata lil Island Caterers Ltd. għall-perjodu ta’ ħames snin u ġie ffirmat miċ-Chairman ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ta’ dak iż-żmien Dr Peter Fenech fl-1 ta’ Lulju tal-2012. Dan ingħata b’esklussivita’ assoluta għall-imsemmi perjodu, f’sens li Dar il-Mediterran għall-Konferenzi tista’ biss tieħu xogħol jekk il-caterer ikun il-kunpanija Island Caterers Ltd.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol sabiex tpoġġiet il-baga li hemm fil-bajja tax-Xlendi għall-irmiġġi tal-cruiseliners? Meta tpoġġiet il-baga u kemm-il darba ntużat?
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju kien imwaqqaf l-aħħar tentattiv biex jinbiegħ is-Selmun Palace qabel il-bidla fil-Gvern? X’kien sar mill-proċess tal-offerti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu — spejjeż ta' assigurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu, sew jekk huma dipartimenti, aenziji, kumpaniji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet għas-sena 2013 u 2014 (sad-data tal-mistoqsija) u jagħti d-dettalji tal-ammonti imħallsa/invoiced u l-aġenziji/brokers tal-assigurazzjoni li mingħandhom qed jittieħed is-servizz?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.