Legislature:
Category:
Reset
Active:

B'Buġia — Triq San Ġorġ - Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jara jekk hux possibbli fil-parti ta' San Ġorġ, B'Buġia ssir zebra crossing u jiġu mpoġġija sinjali tat-toroq li javżaw lis-sewwieqa sabiex innaqqsu l-veloċita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li huwa ppjanat li l-pedestrian crossing mitluba mill-Onor. Interpellant issir ma` xogħolijiet oħra li d-Dipartiment tat-Toroq fi ħsiebu jagħmel fiż-żona kkonċernata.

Frekwenzi F.M.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn frekwenzi F.M. tar-radio li h'humiex okkupati? Jista' jgħid kemm hawn entitajiet li applikaw għal-frekwenza tar-radio u min huma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-frekwenza għal xandir nazzjonali bir-radju FM li mhumiex okkupati huma tlieta. Għat-tieni parti tad-domanda, L-Onor. Membru għandu jistaqsi lill-Ministru kkonċernat minħabba li normalment applikazzjonijiet għall-liċenzji ta' stazzjonijiet tar-radju isiru lill-Awtorita' tax-Xandir.

Qajjenza — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn it-toroq tan-naħa tal-Qajjenza, Birzebbuga, huma sprovisti minn sinjali tat-toroq u dan b'perikolu sew għas-sewwieqa u anke għax-xufiera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fuq it-toroq tan-naħa tal-Qajjenza B`Buġia li jinkludi sinjali ta` toroq u tabelli, ngħata lid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, u x-xogħol mistenni jibda l-ġimgħa d-dieħla.

B'Buġia — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li r-residenti ta' l-akwati ġewwa l-Qajjenza, B'Buġia, jiġu nklużi fir-rotot tal-karozzi tal-linja? Jista' jara li dawn iċ-ċittadini jiġu stmati bħal kumplament taċ-ċittadini?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għandha tħabbar żviluppi ġodda fil-futur immedjat dwar din it-talba li qed jagħmel l-Onor. Interpellant.

Qajjenza — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li t-triq tal-Qajjenza ta' mal-baħar tingħata wiċċ ġdid? Jista' jsir railing jew ilqugħ ieħor matul l-istess triq peress illi tinsab fi stat perikoluż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan ix-xogħol jaqa' taħt il-proġett tas-South Embellishment, għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta tingħata f`seduta oħra.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir triq magħrufa bħala Triq il-Wiesgħa (fost ir-raba') (li tkompli għal Triq Wied il-Għajn mill-Beach Post sal-post li jiltaqgħu l-ilmijiet)?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħti iktar informazzjoni dwar it-triq peress li mid-deskrizzjoni li ngħatat, ix-xogħol ma jistax jiġi dentifikat.

Birżebbuga — Triq Tal-Ġebel

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq tal-Ġebel, Birżebbuga, tingħata wiċċ ġdid peress li tinsab fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant huwa wieħed ta` resurfacing li s-soltu jsir mill-Kunsill Lokali.

Qajjenza — Letter box

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru letter boxes fil-parti tal-Qajjenza, Birżebbuga, peress li din l-area għadha moqdija b'letter box waħda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f`ċirkostanzi bħal dawn il-Maltapost timxi fuq rakkomandazzjonijiet ta` l-Unjoni Postali Universali li jkun hemm kaxxa ta` l-ittri għal kull 3,000 resident. Il-Maltapost lesta li tikkunsidra xi rakkomandazzjoni li tista` ssir mill-Kunsill Lokali dwar jekk il-kaxxa ta` l-ittri li hemm bħalissa għandiex tiġi rilokata b`mod li r-residenti jinqdew aħjar.

Vapuri Militari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri militari f'dawn l-aħħar sentejn u ta' liema pajjiż kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 12799, jien infurmat li matul s-sena 2000 żaru Malta 72 vapur militari.

Naxxar — Sqaq il-Kustinjus

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesew ix-xogħlijiet meħtieġa fuq kanal fi Sqaq il-Kustinjus, fil-Budaq, l/o Naxxar u dan peress li bħas-soltu meta jiġu l-ilmijiet dan il-kanal ma jlaħħaqx magħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa qed jiġi aġġudikat it-tender għar-rikostruzzjoni tat-triq li mis-Salina tasal sa l-Iklin. Dan il-proġett jinkludi lis-Storm Water Culverts. Għalhekk billi l-kanal fi Sqaq il-Kustinjus qiegħed f'din l-area x-xogħolijiet meħtieġa jiġu nkorporati ma dan ix-xogħol.

Baħrija — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejjer isir ix-xogħol fl-unika triq li tagħti mir-Rabat għall-Baħrija li qegħda llum fi stat disastruż u li ħafna familji li jużawha prinċipalment dawk mill-Baħrija qegħdin ibatu danni kbar fil-vetturi tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

F'dan l-istadju d-Dipartiment tat-Toroq qed jikkonċentra l-ħidma dwar il-Baħrija, madwar l-area residenzjali tal-lokal.

Baħrija — Triq il-Qastan

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bil-progress ta' mistoqsija parlamentari numru 17395 dwar Triq il-Qastan?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 17395.

Burmarrad — Pjanta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex finalizzat id-disinn għal junction bejn Triq San Pawl Milqi u Triq San Pupulu, Burmarrad? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' din il-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-disinn imsemmi għadu ma ġiex iffinalliżżat għaliex dan irid isir mill-perit tal-kuntrattur li jieħu t-tender għall-bini mill-ġdid ta' din it-triq , liema tender għadha qed tiġi aġġudikata.

Traffic Light — Qtugħ ta' Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir f'dawk il-junctions ikkontrollati mit-traffic lights kull meta jkun hemm sospensjoni tal-provista tad-dawl peress li f' każi bħal dawn jinħoloq periklu kbir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed jiġu kkunsidrati metodi ta' telematics sabiex ikun jista' jiġi notifikat uffiċċju ċentrali b'dawn il-breakdowns, sabiex ikunu jistgħu jintbagħtu mill-ewwel ħaddiema biex jgħamlu t-tiswijiet u jekk ikun hemm bżonn, Pulizija biex jidderiġu t-traffiku kif ikun meħtieġ.

San Pawl il-Baħar — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju saret is-reserved parking fi Triq Buġibba, San Pawl il-Baħar, kif indikata fil-pjanta mibgħuta separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-reserved parking inkwestjoni saret fuq rakkmandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.

San Pawl il-Baħar — Triq Rimon Perellos

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq Rimon Perellos, San Pawl il-Baħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għad hemm xogħol ta' servizzi li jrid isir f'din it-triq u meta dan jitlesta t-triq tkun tista' tiġi asfaltata.

San Pawl il-Baħar — Triq Jean de la Cassiere

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq Jean de la Cassiere San Pawl il-Baħar, u meta se tiġi rranġata s-sistema tad-drenaġġ ħażina li hemm f'din l-imsemmija triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21255 li tirrigwarda toroq oħra fl-istess lokalita' u li jrid isir xogħol ta' servizzi fihom biex jiġu asfaltati.

San Pawl il-Baħar — Triq Emanuele Pinto

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesew ix-xogħlijiet fi Triq Emanuele Pinto, San Pawl il-Baħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li parti minn Triq Emanuele Pinto għadha ma ġietx żviluppata u għalhekk għad irid isir l-iżvilupp fiha. F'dawk il-partijiet asfaltati x-xogħol ta' resurfacing meħtieġ f'din it-triq isir mill-Kunsill. Għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mellieħa — Triq l-Assedju l-Kbir

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħol ta' asfaltar u tarmac fi Triq l-Assedju l-Kbir, Mellieħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq l-Assedju hija diġa asfaltata u fil-fatt id-Dipartiment tat-Toroq mhux qed jagħmel xogħolijiet fiha.