Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22378 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Government Investments Ltd

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21940?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22379 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta Group

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21950?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998 u l-31 ta' Diċembru 2000 ġew impjegati 1,078 ħaddiem ma' l-Air Malta Group. Dan l-ammont jinkludi 753 ħaddiem li ġew impjegati fuq bażi part-time u għal żmien limitat. Kif jindika n-numru, l-ħaddiema mpjegati huma minn kull belt u raħal ta' Malta.
Leg 9 PQ #22382 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Activity Rate — Male / Female

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22226 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jagħti dawn il-figuri: (a) il-male activity rate għal kull sena mill-1975 sal-lum? (b) il-female activity rate għal kull sena mill-1975 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22387 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm hu n-numru ta' dawk li għandhom aktar minn kont wieħed pendenti xi jħallsu lill-Water Services Corporation? Kemm hu l-ammont ta' flus li l-Gvern irid jiġbor minn kontijiet pendenti li għad iridu jitħallsu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22389 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti li Raħsu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi prodott li raħas f'dawn l-aħħar sentejn? X'inhu kull item? Kemm roħos kull item?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22182 Sitting 463 2001-01-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fondi tat-Taħriġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22105, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub dwar il-vot tat-Training Grants amministrat mill-MDC u l-ETC?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul l-1999 kien hemm 73 kumpanija li ibbenefikaw minn "Training Grants" li kienu jammontaw għal Lm455,149. L-ammont li rċeviet kull kumpanija jvarja skond in-numru ta' impjeġati li hadu t-tahriġ u skond it-tul u n-natura ta' l-istess tahriġ. In-numru ta' persuni li ħadu taħriġ permezz ta' dawn il-fondi kien jammonta għal 2,479. Dan it-taħriġ ingħata fis-setturi kollha tal-manifattura. L-ammont li ħadet kull kumpanija kif ukoll in-numru ta'impjegati mħarrġa jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #22282 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

COS

Question

Bħala Ministru responsabbli għaċ-Central Office of Statistics, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-każi elenkati taħt Central Office of Statistics fil-GDDS Malta Summary IV - Data Integrity and Access by the Public tal-fond monetarju internazzjonali fejn jintqal li għalkemm ġeneralment ma jkunx hemm kummentarju ministerjali mad-data releases taċ-COS, f'ċerti okkazzjonijiet data dwar il-labour force Malti u dwar it-turiżmu ta' pajjiżna jiġu released mill-Ministru ikkonċernat flimkien mal-kummentarju tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Statistika dwar il-qasam tax-xogħol tingħata mill-korporażżjoni tax-xogħol u taħrig lill-Ministeru responsabbli b'mod regolari u xi drabi xxandret qabel ma' nħarget għall-pubbliku mill-Ufficju Ċentrali ta' l-Istatistika. Hekk ġara fil-passat anke fi żmien l-amministrazzjoni Laburista preċedenti. Stimi dwar il-qasam tat-turiżmu, maħduma fuq in-numru tal-passiġġieri li jkunu waslu Malta u li tinħareġ b'mod regolari mill-Malta International Airport, ġie li xxandret mill-Ministru kkonċernat qabel il-pubblikażżjoni ta' l-istatistika relattiva mill-Ufficju Ċentrali ta' l-Istatistika. Anke f'dan il-każ mhux l-ewwel darba li ġara hekk fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #22063 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Bejgħ tal-Lukanda Verdala

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk sarx il-kuntratt uffiċjali tal-bejgħ tal-Lukanda Verdala bejn l-MDC u l-kumpannija privata? Jekk iva, meta u kemm tħallsu flus s'issa mill-kumpannija privata? Jista' jinformani jekk il-pagamenti li kellhom jieħdu l-ex-ħaddiema tal-lukanda Verdala humiex fil-fatt se jitħallsu, issa li l-kumpannija privata onorat il-ftehim tal-bejgħ tal-lukanda Verdala?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-kuntratt ta' bejgħ tal-lukanda Verdala kien ippubblikat fis-26 ta' Frar 1997. Mill-prezz globali ta' Lm2.75 miljun, is-socjetajiet kumpratiċi ħallsu s-somma ta' Lm1.25 miljun u l-bilanċ ta' Lm1.5 għadu dovut. Il-Kredituri ipotekarji tal-kumpanija li kienet is-sid tal-lukanda Verdala qabel ma' xtratha l-korporazzjoni għall-Izvilupp ta' Malta tħallsu kollha.
Leg 9 PQ #22201 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Gwann — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu l-passi meħtieġa biex bozza li tinsab fi triq San Ġwann tal-Għargħar, f'San Ġwann li ilha maqtugħa għal dawn l-aħħar xahrejn tiġi mibdula l-aktar peress li tinsab fi qrib il-fond tas-soċjeta' tal-M.U.S.E.U.M li tlaqqa' numru ta' tfal kull filgħaxija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-bozza li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant inbidlet.
Leg 9 PQ #21930 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl ta' Barra

Question

Jista' l-Ministru jara li t-talba tal-kunsill tal-Imtarfa sabiex jitwaħħlu żewġ bozoz ġodda ħdejn ir-residenza "John Mary House"u "Francis House" tiġi milqugħa peress li s-sqaq huwa mudlam ħafna u qed ikun ta' inkonvenjent kbir għal dawn il-familji? Jekk fl-affermativ, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba li qed nirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #22218 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Leakage

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru 22114, jista' l-Ministru jwieġeb it-tielet parti?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba għat-tielet parti tal-mistoqsija numru 22114 tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22278 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejtun — Triq Ħabel ix-Xgħir - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex bozza li tinsab fi Triq Ħabel ix-Xgħir, Sqaq Nru 3. Żejtun li jidher li hemm xi loose connection din tiġi rranġata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-manutenżjoni meħtieġa fuq il-bozza li qed issir riferenża għaliha diġa' saret.
Leg 9 PQ #22334 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Punching

Question

Peress li l-Air Malta nefqet somom konsiderevoli biex iddaħħal sistema modernizzata ta' punching, għal liema raġuni din is-sistema baqgħet ma ddaħħlitx għalkemm installata għal aktar minn sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li għalkemm is-sistema li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant magħrufa bħala "time and attendance" ġiet installata, din għadha ma tistax tiffunzjona għar-raġunijiet li ġejjin. 1. L-Air Malta ilha minn Settembru tas-sena l-oħra tistenna lis-supplier tas-sistema IAS jagħtiha l-verżjoni tas-software mill-Amerika biex tkun inteġrata mas-sistema tal-payroll. 2. Il-General Workers' Union qed toġġezzjona għal din is-sistema. L-Union qed issostni li jekk l-impjegati jibdew jużaw din is-sistema minflok dik attwali tat-"time sheet", dawn għandhom jithallsu tas-sahra.
Leg 9 PQ #21926 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament? Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont imħallas mid-dipartimenti, inkluż il-Ministeru, li jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi għall-konsum ta' dawl u ilma matul is-snin 1997, 1998 u 1999 kien kif ġej 1997 Lm 16, 549 1998 Lm 27, 594 1999 Lm 17, 695 Il-kontijiet kollha tħallsu minbarra l-ammont ta' Lm2,914 relattiv għas-sena 1998.
Leg 9 PQ #22117 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Supplies — Impjegata

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li din taħdem fl-Air Supplies jiġi estiż lilha l-job tagħha sa fl-aħħar tas-sena 2001 u dan kif indikat fl-ittra tagħha tat-talba datata 25/10/2000 li kopja tagħha qed tintbagħat separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-persuna li qed issir riferenza għaliha, ser tagħlaq sittin sena f'Marzu tas-sena d-dieħla, u għalhekk skond il-proċeduri applikabbli f'każi bħal dan, il-persuna tirtira bil-pensjoni.
Leg 9 PQ #21902 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21958 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Post

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Malta Post minn Settembru 1998 sal-lum? Minn liema lokalita' ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġina tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21959 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Freeport Corporation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Malta Freeport Corporation minn Settembru 1998 sal-lum? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22105 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fondi tat-Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-1999, kemm kien hawn kumpaniji li ħadu mill-fondi għat-taħriġ? Kemm ħadet kull kumpanija? Liema kienu dawn il-kumpaniji? Kemm persuni ħadu t-taħriġ permezz ta' dawn il-fondi? F'liema oqsma ngħata dan it-taħriġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jispeċifika aħjar għall-liema tip ta' fondi ta' taħriġ qed jirreferi.
Leg 9 PQ #22112 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Jewellers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkummissjonat xi studju mill-Gvern jew xi entita' oħra governattiva dwar il-jewellers jew artiġanat simili u kif ser jintlaqat bi sħubija sħiħa fl-UE kif qed jipproponi l-Gvern? Jekk fl-affermativ, jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ġie kkummissjonat ebda studju mill-Gvern jew xi entita' oħra formanti parti mid-dekasteru dwar il-ġojjellerija jew artiġjanat simili