Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #27238 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ STD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ sexually transmitted diseases (STD) matul l-2016 u sad-data meta tkun mwieġba din il mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena, sal-aħħar ta’ Settembru kien hemm 317 każ ġdid ta’ sexually transmitted diseases.
Leg 12 PQ #27239 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li mietu bl-AIDS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies kaġun tal-AIDS f’pajjiżna fl-2016 sad-data meta tkun mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa? Jista’ jagħti l-etajiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2016 sas-17 ta’ Ottubru kellna 2 imwiet kawża tal-AIDS f’Malta. Dawn kienu rgiel ta’ nazzjonalità’ barranija u l-etajiet taghhom kienu ta’ 30 u 35 sena.
Leg 12 PQ #27240 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd fl-Isptar Mater Dei mill-bidu ta’ Jannar 2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru nhar ta’ Ħadd minn Jannar 2015 sa Settembru 2016 fl-Isptar Mater Dei huwa ta’ 3,145.
Leg 12 PQ #27496 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata – irranġar ta’ turġien imkissra

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir xogħol ta’ kostruzzjoni fuq turġien imkissra li hemm fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata fejn ilhom isiru talbiet biex dawn jiġu rranġati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'Settembru ta' din is-sena ħarget sejħa għall-Djalogu Kompetittiv li se jwassal ghall-ħrug ta' tender għall-estensjoni taċ-ċimiterju tal-Addolorata fejn se jkun hemm żieda ta’ 2,880 qabar gdid, jitjieb l-operat u s-servizzi, u jsir manutenzjoni u restawr estensiv tac-cimiterju eżistenti.
Leg 12 PQ #27644 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-iskema tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li m’hemmx kumpens dirett ghat-tqassim tal-medicini fid-djar mill-ispizjara fil-komunita’, spizeriji li jaghmlu investiment relatat ma' din l-iskema ser jinghataw tax credit limitat.
Leg 12 PQ #27645 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Spiżeriji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spiżeriji li ffirmaw il-ftehim sabiex jibdew iqassmu l-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan is-servizz mhux mandatorju mill-ispizeriji li huma rregistrati fl-iskema tal-POYC. Din l-iskema intlaqghet tajjeb mill-ispizjara fil-komunita’ u ghaldaqstant huma mistenni li l-maggoranza tal-ispizeriji jippartecipaw. Waqt il-fazi tal-progett pilota fir-Rabat u Rahal Gdid, 11-il spizerija ippartecipaw minn dawn iz-zewg lokalitajiet. Bhalissa qed nircievu l-konferma ta’ partecipazzjoni minghand l-ispizeriji fil-lokalitajiet fejn ser tigi estiza din l-iskema fil-fazi li jmiss.
Leg 12 PQ #27646 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Pazjenti — użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm pazjenti li se jagħmlu użu mis-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li r-registrazzjoni fl-iskema tat-tqassim ta' medicini fid-djar hija volontarja ghal dawk li huma ntitolati ghaliha, u peress illi l-iskema ghadha fil-bidu taghha u issa bdiet tigi estiza f'numru ta' lokalitajiet ohrajn, ghalissa ghadu kmieni wisq sabiex naghtiha figura ta' kemm klijenti se jaghmlu uzu minn din l-iskema.
Leg 12 PQ #27647 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Spiżeriji – tax rebates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun it-tax rebate li se tingħata kull spiżerija li se toffri li tagħti s-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar tal-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 27644.
Leg 12 PQ #27648 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – Spiżeriji – investiment fis-sistema tal-IT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun l-ammont li se tieħu kull spiżerija biex tinvesti fis-sistema tal-IT bħala parti mill-ftehim sabiex il-mediċini jitqassmu fid-djar tal-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 27644.
Leg 12 PQ #27649 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda t-tqassim tal-mediċini fid-djar tal-pazjenti fuq skala nazzjonali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li spiccat il-fazi tal-progett pilota ghat-tqassim tal-medicini fid-djar mal-lokalitajiet tar-Rabat u Rahal Gdid, issa zdiedu 6 lokalitajiet ohra li huma l-Imdina , Had-Dingli, l-Imgarr, Santa Lucija, Hal Tarxien u l-Fgura.
Leg 12 PQ #27860 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Pjazza ta’ Buġibba – sors ta’ ilma fit-triq

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga x’inhu s-sors tal-ilma li reġa’ beda ħiereġ fit-triq, hekk kif taqbeż il-pjazza ta' Buġibba (fuq il-front), u biex jittieħdu l-passi neċessarji biex dan l-ilma ma jibqax joħroġ fit-triq?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-investigazzjoni li saret rigward il-ħruġ ta’ ilma fi¿-¿ona indikata jirri¿ulta li dan kien kaw¿a ta’ perkolazzjoni ta’ ilma f’ bank li jinsab fil-Pjazza ta’ Buġibba. Għalhekk ġiet infurmata l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex tinvestiga dan il-ħruġ tal-ilma minn-naha tagħha wkoll. Il-perkolazzjoni issa waqfet billi diga saru xi xogħolijiet.
Leg 12 PQ #27229 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Mobile Dental Clinic – użu tas-servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lokalità żar il-Mobile Dental Clinic minn meta ġie varat u kemm-il persuna għamlet użu minn dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tal-Mobile Dental Clinic beda’ jopera uffiċċjalment f’Settembru tal-2015. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jagħti servizz lis-setturi kollha fis-soċjetà u għalhekk 'il fuq minn 1,400 persuna għamlet użu minn dan l-mobile unit. Dan il-Mobile Dental Unit offra pariri dwar kif wieħed għandu jżomm ħalqu u snien b’saħħithom u checkups b’xejn ġewwa lokalitajiet u postijiet differenti fosthom il-Belt Valletta, il-Birgu, Bormla, l-Isla, l-Mosta, Raħal il-Ġdid, iż-Żejtun, Birkirkara, ir-Rabat, Gwardamangia, Mellieħa, Naxxar, Ħaż-Żebbug, Santa Luċija, Ħad-Dingli, iż-Żurrieq, L-Imqabba, Marsaxlokk, Ħal-Għaxaq, L-Imsida, Ħal-Luqa, Għarghur, Ħal Tarxien, Pieta’, Ħal-Qormi u Għawdex. Dan il-proġett huwa b’kollaborazzjoni bejn il-Fakultà tad-Dentristrija fl-Università ta' Malta u l-Unit tas-Saħħa Pubblika Dentali.
Leg 12 PQ #27230 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – xogħlijiet strutturali ta’ tisbiħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħlijiet strutturali ta’ tisbiħ saru fiċ-Ċentri tas-Saħħa madwar Malta fl-aħħar tliet snin u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2014 sal-lum saru diversi xogħlijiet strutturali ta’ tisbiħ fiċ-Ċentri tas-Saħħa madwar Malta. Fost dawn insemmi xogħlijiet ta’ refurbishment radikali ġewwa ċ-ċentri tas-Saħħa tar-Rabat u l-Mosta, li sewa lill-gvern €994,087.00, refurbishment fi kmamar u areas partikolari ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa tal-Furjana, Birkirkara u Raħal Ġdid, installazzjoni ta’ lift ġewwa ċ-ċentru tas-saħħa ta’ Bormla, installazzjoni ta’ X rays diġitali u xogħol relatat ġoċ-ċentri tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid u l-Furjana u anki tibdil tas-sistema HVAC ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid u l-Furjana. Dan l-investiment kien ta’ € 1,948,465.00.
Leg 12 PQ #27231 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Kurituri — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2016 kemm kien hemm pazjenti li ngħataw kura fil-kurituri? Jista’ jgħid kif din il-figura tikkompara mal-2012, mal-2013 u mal-2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar sa April ta’din is-sena kien hemm 662 pazjent li ngħata kura barra s-swali filwaqt li minn April sa Awissu ta’ din is-sena ma kien hemm l-ebda pazjent li ngħata kura f’kuritur ġewwa Mater Dei. Fl-2015 kien hemm 2,009 pazjenti u fl-2014 kien hemm 2,500 pazjent li nghata kura barra s-swali. Fi żmien l-amministrazzjoni preċidenti, fl-2011 kien hemm 7448 pazjent u fl-2012, din il-figura kienet telgħet għal-8118 pazjent.
Leg 12 PQ #27232 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Mewt ikkaġunata mit-tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' mewt ikkaġunat mit-tipjip fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u maqsuma sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont estimi kkalkulati mir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, in-numru ta’ mwiet attribwiti għat-tipjip f’dawn l-aħħar 4 snin huma kif indikati fit-tabella ta’ hawn taħt: Sena tal-mewt Mwiet attribwiti ghat-tipjip fl-irgiel Mwiet attribwiti ghat-tipjip fin-nisa Total 2012 434 141 575 2013 393 127 520 2014 424 120 544 2015 430 135 565
Leg 12 PQ #27233 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Marda tal-kanċer – persuni li mietu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin u sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija kemm kien in-numru ta' persuni li mietu bil-marda tal-kanċer, sena b’sena b’mod separat? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm kienet l-età tal-persuni li mietu? X'kienu t-tipi differenti ta' kanċer?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni miġbura mir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, mis-sena 2006 sa Mejju ta’ din is-sena, in-numru ta’ mwiet mill-marda tal-kanċer kull sena, hija kif tidher fit-tabella hawn taħt. Din it-tabella tinkludi kull tip ta’ kanċer li kkawża mwiet kemm fin–nisa u kif ukoll fl-irġiel. Il-kanċer tal-pulmun kien l-iktar kanċer li kkawża mwiet fl-irġiel filwaqt li l-kanċer tas-sider kien l-iktar kanċer li kkawża mwiet fin-nisa tul dawn l-aħħar 10 snin. Year <15 15-24 25-34 35-44 45-54 55-64 65-74 75-84 >85 Total 2006 2 4 6 20 54 160 221 239 92 798 M 0 3 3 8 28 84 130 147 44 447 F 2 1 3 12 26 76 91 92 48 351 2007 1 3 2 19 55 171 241 235 99 826 M 1 3 0 8 25 79 138 146 53 453 F 0 0 2 11 30 92 103 89 46 373 2008 1 3 6 10 67 191 221 252 104 855 M 0 2 5 5 39 112 129 145 50 487 F 1 1 1 5 28 79 92 107 54 368 2009 0 3 10 13 44 187 230 238 127 852 M 0 2 5 7 20 102 137 133 64 470 F 0 1 5 6 24 85 93 105 63 382 2010 4 2 2 11 64 200 248 237 97 865 M 2 1 2 4 29 117 148 105 50 458 F 2 1 0 7 35 83 100 132 47 407 2011 1 3 7 15 58 165 246 277 110 882 M 0 3 3 3 25 93 148 150 48 473 F 1 0 4 12 33 72 98 127 62 409 2012 3 3 10 14 60 171 242 276 146 925 M 1 2 4 7 26 100 133 142 76 491 F 2 1 6 7 34 71 109 134 70 434 2013 1 3 2 14 47 153 243 290 117 870 M 1 2 0 7 20 90 142 152 52 466 F 0 1 2 7 27 63 101 138 65 404 2014 1 2 7 15 40 175 267 293 133 933 M 1 2 3 9 25 101 169 158 64 532 F 0 0 4 6 15 74 98 135 69 401 2015 1 2 4 13 49 169 284 278 136 936 M 0 2 3 7 27 97 160 146 67 509 F 1 0 1 6 22 72 124 132 69 427 2016 1 1 0 5 19 56 121 113 52 368 M 0 1 0 3 11 37 72 63 22 209 F 1 0 0 2 8 19 49 50 30 159 Total 16 29 56 149 557 1798 2564 2728 1213 9110
Leg 12 PQ #27234 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Ambulanzi — Sejħiet foloz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru sejħiet foloz (hoaxes) għall-ambulanzi matul l-2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ftit li xejn kien hemm sejħiet foloz (hoaxes) tul l-2016 u ma kien hemm l-ebda impatt negattiv fuq is-servizz tal-ambulanza.
Leg 12 PQ #27434 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiġi infurmata x’qed isir dwar il-każ tagħha wara li għaddew aktar minn ħames ġimgħat mindu ġiet ikkuntattjata mill-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie segwit.
Leg 12 PQ #27638 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt iż-żmien ta’ prova tal-proġett pilota, il-proċessi kienu qed jiġu assessjati ġurnata b’ġurnata sakemm intlaħaq il-livell mixtieq u l-proġett seta jkompli jespandi mingħajr xkiel għall-benefiċċju ta’ kulħadd.
Leg 12 PQ #27639 Sitting 428 2016-10-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ mediċini fid-djar – proġett pilota

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar tagħhom fil-proġett pilota?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum kien hemm 156 pazjent anzjan jew pazjent b’nuqqas ta’ mobilità li rreġistraw għas-servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar fil-lokalitajiet tal-proġett pilota.