Jista' il-Ministru jara li wara li ġiet stallata speed camera fil-bypass ta' l-Imrieħel jiġu mpoġġija tabelli bl-ispeed limit f'din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn riċerka li saret irriżulta li s-sinjali li jindikaw il-veloċita’ nazzjonali tas-sewqan u li japplikaw għall-Bypass ta’ l-Imrieħel, twaħħlu tul dik it-triq qabel ma kienet stallata l-ispeed camera. Is-sinjal juri ċirku iswed fuq sfond abjad maqtugħ b’faxxa sewda.
Il-veloċita tas-sewqan li hi regolata mir-regolmenti dwar il-vetturi bil-mutur tispeċifika li l-veloċita tas-sewqan li tapplika għall-Bypass ta’ l-Imrieħel hi:
§ 80km fis-siegħa għall-karrozzi u muturi.
§ 60km fis-siegħa għall-buses, coaches, minibuses u l-vetturi kollha li jintużaw għall-ġarr tal-merkanzija.
§ 30km fis-siegħa għall-vetturi industrijali u agrikoli u għall-vetturi li jiġbdu vetturi oħra (towing vehicles).
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14436 u jgħid kemm tammonta l-ispiża għall-bini mill-ġdid ta' proprjeta' privata li ġiet affettwata mill-bini u twaqqigħ ta' Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ, il-parti minn fejn ir-roundabout ta' Cortis sar-roundabout ta' ħdejn id-dħul ta' Ħaż-Żebbuġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispiża totali għall-bini mill-ġdid ta’ propjeta’ privata li ġiet affetwata mill-kostruzzjoni ta’ Mdina Road hija stmata għall-ċirka Lm50,000. Din iċ-ċifra tinkludi l-ispejjeż kollha fuq strutturi privati mill-junction adjacent għas-St. Dorothy’s School sal-junction ta’ De Rohan . Ix-xogħlijiet eżegwiti jinkludu
· Kostruzzjoni ta’ ġibjuni tal-ilma ta’ bdiewa li kienu affetwati mir-rikostruzzjoni tat-triq.
· Kostruzzjoni ta’ rampi u modifikazzjoni ta’ livelli ta’ art li kienu affetwati minn modifikazzjoni tal-livelli tat-triq.
· Twaqqiegħ ta’ strutturi
· Twaqqiegħ u bini mill-ġdid ta’ strutturi li kellhom jitwaqqgħu kawża taċ-ċaqliq tal-linja tat-triq.
· Kostruzzjoni ta’ elementi strutturali li kienu nkorporati fi strutturi antiki li ġew milquta mir-realignment tat-triq biex kienu evitati li partijiet mill-istess strutturi jintradmu jew jitwaqgħu.
Din iċ-ċifra ntefqet fuq strutturi li kienu affetwati fuq medda ta’ ċirka kilometru ta’triq. It-total tal-ispiża li ntefqet f’din il-parti tal-proġett, u cioe' mill-junction ta’ St. Dorothy’s sal-junction illi minn Ħaż-Żebbuġ tagħti għas-Siġġiewi hija ta’ ċirka miljun u nofs Lira Maltin (Lm1,500,000). Għalhekk iċ-ċifra li ntefqet fuq dawn l-istrutturi hija ta’ 3.3% tal-ispiża totali. Il-persentaġġ żgħir inkwistjoni serva biex jittaffa l-inkonvenjent li terzi kellhom jgħaddu minnu kawża ta’ proġett ta’ skala kbira bħal ma’ hu l-proġett inkwistjoni.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamnetari 14536 u jagħti breakdown tan-nefqa li saret għal deviations in konnessjoni max-xogħlijiet ta' toroq li saru permezz tal-protokoll Taljan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT approvatx il-ħruġ ta' bankini 'l barra fil-kantunieri tat-toroq kif qiegħed isir f'Buġibba, peress li dawn il-bankini qegħdin jagħmluha diffiċli li coaches iduri f'toroq relattivament dojoq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li mhux fil-kompetenza ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport li toħroġ tali approvazzjonijiet.
Jistgħu jittieħdu passi biex Trejqet Toni Fenech f'San Pawl il-Baħar issir b'mod diċenti għax tant hi mħarbta li hi ta' periklu għal min jgħix fl-inħawi u għal kull min jużaha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li se ssir spezzjoni mill-perit inkarigat minn Network Infrastructure Directorate ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex fi Triq Qormi, Luqa - biswit id-daħla tal-qasam industrijali ta' Ħal Farrug - is-sinjali taż-żebgħa saru b'tali mod li l-bdiewa li għandhom il-vetturi u makkinarji ma jkunux jistġħu jidħlu fl-għelieqi tagħhom minħabba continuous double line tul it-triq? Jista' jgħid jekk tistax tiġi solvuta din il-problema?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li skond ir-regolamenti dwar is-sinjali tat-traffiku u marki tal-karreġġata, Taqsima IV (i) u (ii) li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, continuous double line jista’ jinqasam għal fini ta’ aċċess għal propjeta sakemm tali manuvra ma tkunx b’mod perikoluż u ma jkunx hemm sinjal ta’ no right turn.
Għaldaqstant bdiewa li għandhom il-vetturi u makkinarji m'għandhomx ikollhom problema biex jidħlu fl-għelieqi tagħhom.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14430 u jgħid jekk l-ADT approvatx il-ħruġ ta' bankini 'l barra fil-kantunieri tat-toroq kif qiegħed isir f'Buġibba, peress li dawn il-bankini qegħdin jagħmluha diffiċli li coaches iduri f'toroq relattivament dojoq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li qed nagħti f'din l-istess seduta għal mistoqsija parlamentari numru 14430.
Jista' il-Ministru jara li l-għatu ta' l-inspection chamber li kien f'nofs it-triq (ġdida) tas-Siġġiewi, quddiem id-dar 14 Dar is-Sliema, Triq il-Poeta Nazzjonali, Żebbuġ, jiġi rranġat peress li kull meta jgħaddu l-vetturi minn fuqu jħabbat u jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti, b'mod partikolari mal-lejl?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' tat-Trasport ivverifikat illi x-xogħlijiet fuq l-għatu tal-inspection chamber msemmi mill-Onorevoli Interpellant ġew eżegwiti.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħataw il-konkos it-trejqat fl-għelieqi fl-area magħrufa bħala Ta' l-Isqof, l/o Rabat, peress li l-applikazzjonijiet li saru mill-bdiewa ilhom aktar minn sentejn u x-xogħiol baqa' ma sarx?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita' dwar it-Trasport qatt ma ħadet ħsieb dan it-tip ta’ applikazzjonijiet.
Jista' il-Ministru jagħti l-indirizz il-ġdid tan-Network infrastructure directorate? Dan il-bini nkera jew inxtara? X'inhuma l-kundizzjonijiet tal-ftehim għal dan il-bini, inkluż il-prezz?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-indirizz il-ġdid tan-Network Infrastructure Directorate huwa:
Malta Transport Authority
Network Infrastructure Directorate
Triq Agius De Slodanis
B’Kara
(fuq ix- showroom tal-Hyundai)
Dan il-bini ġie mikri mingħand U.C.I.M. Holdings Co Ltd għas–somma ta’ LM15,550 (ħmistax–il elf ħames mija u ħamsin lira) fis–sena. Il-kuntratt ta’ kiri huwa dak ta’ sena imma jiġi mġedded awtomatikament f’każ li l-Awtorita' dwar it-Trasport ma tinformax lill-UCIM (mill-anqas tlett xhur qabel) bl-intenzjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq il-Kaħwiela, Żabbar, tingħata wiċċ diċenti peress li ilha snin twal tkun ta' inkonvenjent għar-residenti li jgħixu fiha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara program ta’ xogħlijiet ta’ bini ta’ numru ta’ toroq residenzjali. Dawn ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-program tax-xogħlijiet ta’ l-ADT.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex fi Triq Qormi, Luqa ma sarx parkeġġ biżżejjed skond il-bżonnijiet tar-residenti fl-inħawi (fis-service road) biex is-central strip saret kbira għalxejn?
Jista' jara li f'din il-parti tat-triq isiru traffic calmers, bħal road humps, minħabba l-periklu li qed jirriżulta fiha - kif muri fir-ritratti annessi - waqt li residenti jkunu qed joħorġu l-vetturi mill-garaxxijiet tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-bicycle lanes fit-toroq tagħna? Jista' ukoll jagħmel pubbliku x'inhu l-ispeed limit fit-toroq Maltin għaliex hemm ħafna informazzjoni konfliġġenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13655, jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu sal-lum drittijiet lill-periti kollha li ġew approvati bħala supervisors u/jew supervisors representatives għax-xogħlijiet in konnessjoni mat-toroq taħt il-protokoll Taljan, lot lot b'indikazzjoni tal-periti konċernati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-pagamenti li saru sas-7 ta’ Ottubru, 2005 lis-supervisors u/jew lis-supervisors representatives max-xogħol inkoness għat-toroq Protokoll Taljan lot lot, huma kif indikat hawn taħt:
Lot
Supervisor
Lm
1.
MP&DC
104,697
1a.
MP&DC
67,765
2.
Dr. Edwin Mintoff A & CE
80,184
2a.
Dr. Edwin Mintoff A & CE
50,016
3.
MP&DC
119,613
3a.
MP&DC
25,760
Billi l-Ministru stqarr pubblikament li jonqos it-tieni fażi tax-xogħol in konnessjoni ma' Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, f'dik il-parti li tibda minn fejn Bieb de Rohan u tispiċċa fejn l-istabiliment kummerċjali ta' SMW Cortis, liema xogħol se jinvolvi t-twessiegħ ta' l-istess triq, jista' il-Ministru jispjega kif se titwettaq it-tieni fażi u cioe' it-twessiegħ tat-triq, jekk proprju bħalissa qiegħed jitħalla jsir il-bini mill-ġdid mal-linja eżistenti ta' l-istess triq? Dan se jfisser illi l-bini li tiela' se jkollu jerġa' jitwaqqa'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina - Każ dwar kanna ta' l-overflow
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ADT investigatx l-ilment tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar kanna ta' l-overflow ta' l-ilma li kienet twaħħlet mhux skond is-sengħa waqt ix-xogħlijiet fi Triq l-Imdina b'konsegwenza li l-ilma tax-xita ma jistax joħroġ minn din id-dar? Jista' jgħid jekk tistax tiġi rranġata din il-problema ta' din il-familja?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-parkeġġ riżervat għal persuni b'diżabilita' li kien hemm faċċata taċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi tneħħa? Jista' jara li dan jerġa' jinżeba' mill-ġdid għall-użu tal-persuni b'diżabilita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li ma nħarġet l-ebda struzzjoni sabiex jitneħħa l-parkeġġ riservat għal Disabled Blue Sticker Badge Holders minn faċċata taċ-ċentru tas-saħħa ta’ Ħal Qormi.
Jista' il-Ministru jassigura li l-culverts li hemm fit-toroq ta' Ħal Qormi, inkluż Triq Mdina, Triq San Bartolomew, Triq Spiteri Fremond u Triq il-Kbira, jitnaddfu qabel ma jagħmel xi għargħar? Meta tnaddfu l-aħħar dawn?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li xogħol ta’ tindif fuq culverts qed jiġi mwettaq mid-Dipartiment tat-tindif (cleaning services department) b’mod regolari fuq it-toroq li jaqgħu taħt il-Gvern Ċentrali, jiġifieri dawk arterjali u distributorji. Mit-toroq msemmija, Triq l-Imdina biss hija distributorja u t-toroq l-oħrajn jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' tat-trasport għandhiex dritt bil-liġi żżomm operatur liċenzjat tal-VRT milli joħroġ ċertifikat tal-VRT lis-sid ta' vettura li jkun ressaq il-vettura tiegħu għall-VRT?
Jekk iva, jista' ġentilment jikkwota l-parti tal-liġi li tagħti dan id-dritt lill-awtorita' tat-trasport?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li operatur ta’ VRT Station mhux obbligat li jagħmel test fuq vettura jekk sid il-vettura, meta jieħu l-vettura għat-test, ma jippreżentax id-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-vettura, jew juri dokument ta’ reġistrazzjoni li d-dettalji tiegħu ma jkunux jaqblu mad-dettalji korretti tal-vettura li tinġieb għat-test. Dan skond ir-Regolament 16 tar-Regolamenti dwar testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur ikunu tajba għat-triq (A.L. 126 ta’ l-1998).
Jien infurmat ukoll li, kemm il-darba l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta, bħala r-regolatur ta’ dan is-settur, tintalab tagħti tifsira legali tar-regolamenti li jkopru l-operat tal-VRT stations u ta’ l-ittestjar tal-vetturi, id-dmir ta’ l-Awtorità hu li t-tifsira li tagħti tkun konformi ma’ dak li hemm fir-regolamenti, f’dan il-każ fir-regolamenti dwar testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur ikunu tajba għat-triq.