Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #22444 Sitting 347 2016-01-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpanija – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħata, jew approva li jingħata, lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal xiri ta’ mediċini minn Marzu 2013 sal-jum li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? X’kien il-valur ta’ kull direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #22148 Sitting 346 2016-01-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni li għandhom ‘il fuq minn 60 sena u dawk inqas minn 20 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Maltin u Għawdxin f’pajjiżna li llum għandhom ‘il fuq minn 60 sena u dawk inqas minn 20 sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-popolazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014 kienet tammonta għal 429,344. Minn dawn, 85,850 kellhom inqas minn 20 sena (0-19), filwaqt li 102,456 kellhom aktar minn 60 sena (61+).
Leg 12 PQ #20787 Sitting 345 2016-01-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Pensjoni mit-Teżor

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18191 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu l-pensjoni mit-teżor?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat illi sax-xahar ta’ Ottubru 2015, in-numru ta’ persuni li jieħdu l-Pensjoni mit-Teżor huwa ta’ 14,783.
Leg 12 PQ #22018 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – għoti ta’ kuntratt lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew l-uffiċċju legali tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma taw ebda xogħol lill-persuna msemmija fil-mistoqsija
Leg 12 PQ #22019 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – għoti ta’ kuntratt lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiegħu fl-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, kienx riżultat ta’ direct order jew le?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuża: DIPARTIMENT/ENTITAXOGĦOL MOGĦTI BEJN MARZU 2013 U NOVEMBRU 2015VALUR TAL-KUNTRATTDIRECT ORDER IVA/LE MFINInformation - Public Relations (October 2013)€389.40Iva
Leg 12 PQ #22129 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — bordijiet tal-Appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #21938 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — użu tat-tieni karozza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Il-tieni karozza tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-7 ta' Marzu 2013 kienet Honda CRV Estate li kienet inxtrat fl-2008 ghas-somma ta’ € 25,401. L-ispiza totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-7 ta' Marzu 2013 kienet tammonta ghal € 8,293. L-ispiza fuq fuel ghat-tieni karozza tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ € 6,578 u fl-istess perjodu inghataw 5,205.44 litri ta’ fuel lil din l-istess karozza. Il-karozza msemmija inxtrat mill-Ministru Fenech lejlet l-elezzjoni (7 ta’ Marzu 2013) għas-somma ta’ € 1,908. (Korrezzjoni: ara dokument PL 6343 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-Erbgħa, 13 ta' Jannar 2016 f'Seduta 344.)
Leg 12 PQ #22109 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex – studenti fl-iskejjel primarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel primarji fl-irħula kollha ta’ Għawdex, jiġifieri fil-Victoria, ix-Xagħra, in-Nadur, is-Sannat, il-Munxar, Kerċem, il-Qala, Għajnsielem, ix-Xewkija, San Lawrenz, iż-Żebbuġ, l-Għarb u l-Għasri fis-snin 2000, 2005, 2010, 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #22110 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex — popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-popolazzjoni ta’ Għawdex fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuza: Total Population Year Total Malta Gozo and Comino 2000 391,415 361,034 30,381 2005 404,999 373,992 31,007 2010 414,989 383,685 31,304 2014 429,344 397,752 31,592 Note: Figures are as at 31 December.
Leg 12 PQ #22111 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Maltin b’residenza f’Għawdex bl- ittra M fuq il-karta tal-identità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ nies reġistrati li għandhom residenza f’Għawdex però għandhom in-numru tal-karta ta’ identità tispiċċa bl-ittra ‘M’, fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella mehmuża: Ittra ta l-IDReġjun20052011 MGħawdex33023306 L*Għawdex7251008 Total 40274314 * Refers to Maltese who were civilly registered after the year 2000. Din l-informazzjoni ġiet miġbura miċ-ċensimenti tas-snin 2005 u 2011. Il-proċess ta kif ġew miġbura dawn iċ-ċifri fl-2005 kien differenti minn dak adottat fl-2011. Fl-2011 il-kriterju tal-‘family concept’ wassal biex persuni li kienu jirritornaw lura d-dar tal-familja tagħhom b’mod regolari (eż. kull ġimgħa) ġew mgħoddija flimkien mal-familja tagħhom. Per eżempju, Għawdxin li jaħdmu jew jistudjaw f’Malta imma li kienu jmorru lura għand il-familja tagħhom kull ġimgħa kienu jkunu mniżżlin fl-istatistika ta Għawdex. Dan ma kienx il-każ fl-2005, fejn persuna kienet tkun mgħoddija mal-lokal fejn il-persuna kkonċernata kienet normalment tirriżjedi, jew tqatta l-akbar numbru ta ljieli.
Leg 12 PQ #22112 Sitting 343 2016-01-12 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdxin b’residenza f’Malta bl-ittra G fuq il-karta tal-identità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ nies reġistrati li għandhom residenza f’Malta però għandhom in-numru tal-identità tispiċċa bl-ittra ‘G’, fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella mehmuża: Ittra ta l-IDReġjun20052011 GMalta24952329 H*Malta137382 Total 26322711 * Refers to Gozitans who were civilly registered after the year 2000. Din l-informazzjoni ġiet miġbura miċ-ċensimenti tas-snin 2005 u 2011. Il-proċess ta kif ġew miġbura dawn iċ-ċifri fl-2005 kien differenti minn dak adottat fl-2011. Fl-2011 il-kriterju tal-‘family concept’ wassal biex persuni li kienu jirritornaw lura d-dar tal-familja tagħhom b’mod regolari (eż. kull ġimgħa) ġew mgħoddija flimkien mal-familja tagħhom. Per eżempju, Għawdxin li jaħdmu jew jistudjaw f’Malta imma li kienu jmorru lura għand il-familja tagħhom kull ġimgħa kienu jkunu mniżżlin fl-istatistika ta Għawdex. Dan ma kienx il-każ fl-2005, fejn persuna kienet tkun mgħoddija mal-lokal fejn il-persuna kkonċernata kienet normalment tirriżjedi, jew tqatta l-akbar numbru ta ljieli.
Leg 12 PQ #21422 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #21606 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – stqarrija – żieda fl-impjieg

Question

B’referenza għat-tabelli numri 7 u 8 tal-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika 172/2015 maħruġa fit-22 ta’ Settembru 2015, li juru li l-impjieg fis-settur pubbliku żdied minn 46,489 għall-50,646 f’temp ta’ sena, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dak li qiegħed juri dan is-survey hux korrett u ċjoè jekk l-impjieg fis-settur pubbliku żdiedx bi kważi 8% f’temp ta’ sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-imsemmijin tabelli jiġbru fihom kemm is-settur pubbliku kif wkoll dak privat. Il-konklużjoni li wasal għaliha l-Onorevoli Interpellant hija għalhekk kompletament bla bażi u tiżgwida.
Leg 12 PQ #21695 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – karozza uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru responsabbli minn dan il-qasam bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflokk il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Il-karozza uffiċjali tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet BMW 52D Saloon u kienet mikrija għal € 1,062 kull xahar. L-ispiza totali fuq tiswijiet ta’ din il-karozza bejn l-2009 u 2013 u f'kirjiet ta' karozzi minflokha, kienet tammonta ghal € 542.34 L-ispi¿a fuq it-tiswijiet biss kienet ta' € 542.34 Kienet tintuza it-tieni karozza tal-Ministru meta il-BMW kienet għat-tiswijiet. L-ispiza fuq il-fuel ghall-karozza uffiċjali tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ € 11,525.45. Fl-istess perjodu ingħataw 9,716.11 litri ta’ fuel lil din l-istess karozza.
Leg 12 PQ #21753 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — petrol u diesel – nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21646 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ € 50.77 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 37.41 litru fil-ġimgħa. Il-Ministru Scicluna ma jagħmilx użu mit-tieni karozza iżda juża l-karozza privata tiegħu li fuqa ma jagħmel l-ebda claim. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fl-aħħar leġiżlatura l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tal- Ministru Fenech kienet ta’ € 46.21 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 39.01 fil-ġimgħa. Fuq it-tieni karozza, li kienet tintuża mill-Ministru Fenech, l-ispiża fuq fuel kienet ta’ medja ta’ € 26.24 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 20.84 litru fil-ġimgħa. B’hekk, l-ispiża totali tal-fuel tal-Ministru Fenech kien medja ta’ € 72.45 fil-ġimgħa. Bħala fuel din il-karozza ngħatat totali ta’ 59.85 litru fil-ġimgħa.
Leg 12 PQ #21767 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Żwiġijiet f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet f’Għawdex u f’Malta reġistrati fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella mehmuza: Marriages by region of registration and year Year Total registered marriages Total Malta Gozo 2000 2,545 2,375 170 2005 2,374 2,216 158 2010 2,596 2,356 240 2014 2,871 2,651 220 Source: Public Registry Region of residence is based on information supplied to the Public Registry.
Leg 12 PQ #21768 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Koppji miżżewġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-koppji li żżewġu f’Għawdex, kemm minnhom issetiljaw f’Għawdex u kemm minnhom f’Malta għas-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella mehmuża: Marriages registered in Gozo by declared future region of residence: 2014 Future region of residence Total Total 220 Malta 31 Gozo 143 Abroad 44 Unspecified 2 Source: Public Registry Future region of residence is based on information supplied by the applicants to the Public Registry. Data prior to 2011 is not available.
Leg 12 PQ #21769 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Trabi mwielda f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Għawdex u f’Malta fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella mehmuża: Total registered live births by parents' registered region of residence and year Year Total Registered Live Births Total Malta Gozo Residence unspecified 2000 4,392 4,035 352 5 2005 3,858 3,575 283 - 2010 4,008 3,705 291 12 2014 4,311 4,037 274 - Source: Public Registry Region of residence is based on information supplied to the Public Registry.
Leg 12 PQ #21770 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Mwiet f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reġistrati mwiet f’Malta u Għawdex fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella mehmuża: Deaths by region of residence and year Year Total Registered Deaths Total Malta Gozo 2000 2,941 2,663 278 2005 3,132 2,834 298 2010 3,010 2,749 261 2014 3,270 3,033 237 Source: DHIR Region of residence is based on information supplied to DHIR.
Leg 12 PQ #21558 Sitting 341 2015-12-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — top management positions

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8466 u 7499 u jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management positions mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-twegiba ser tinghata f'seduta ohra.