Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna gawdiet minn skema ta’ insulazzjoni tas-soqfa ta’ darhom mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum? Jista’ jgħid mil-liema skema gawdew u meta kienet ġiet ippubblikata l-ħarġa ta’ dik is-sejħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi 319 (tlett mija u dsatax) –il applikant gawdew mill-fondi tal-iskema tal-insulazzjoni tas-soqfa u double glazing, liema skema ġiet innotifikata permezz ta’ Notifika tal-Gvern 1141 (elf, mija, wieħed u erbgħin) fil-15 ta’ Novembru 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il binja pubblika gawdiet minn programm ta’ retro fitting biex isiru aktar energy efficient mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum? Liema huma dawn il-binjiet u x’xogħol sar fuqhom, miżura b’miżura? Kemm kienet l-ispiża li saret fuq kull binja?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-rapport “It-Twettiq tal-Baġit 2014” li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kampanja dwar il-konservazzjoni tal-ilma — implimentazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienut l-miżuri li saru mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum biex tkun implimentata kampanja dwar il-konservazzjoni tal-ilma? Jista’ jsemmi miżura b’miżura x’sar u kemm intefqu flus fuq kull miżura?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-rapport “It-Twettiq tal-Baġit 2014” li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja gawdew minn programm ta’ identifikazzjoni ta’ miżuri u bidliet li jistgħu jagħmel sabiex jiffrankaw l-użu tad-dawl u l-ilma mill 1 ta’ Jannar 2014 sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-rapport “It-Twettiq tal-Baġit 2014” li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Ġiljan – Ċentru Reġjonali għall-kura primarja – project brief
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8075 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista’ l-Ministru jagħti data meta se jitlesta l-cost benefit analysis imsemmi fit-tweġiba?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinghata f'seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistosija parlamentari 8085 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6535, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-proċess tat-tender għas-sistema tal-entitlement baqa’ ma ġiex konkluż mill-Gvern?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jispecifika l'hiema tender qed jirreferi ghalih.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx riżolta l-problema fl-għażla tal-BSTs u l-GP Trainees li nqalgħat aktar kmieni din is-sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kwistjoni fl-għażla tal- BST ġiet riżoluta u sar anke il-proċess ta’ recruitment, il-kwistjoni li tappartjeni lil GP trainees qed jiġi trattat fil-qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm (separatament) tobba u konsulenti ingaġġati fuq Contract A u jgħid fejn huma deployed?
Response (MIZZI, KONRAD)
In–numru ta' tobba fuq Contract A ingaġġati huma hekk:
Konsulenti
Medical officers
Primary health care
2
71
Mount carmel hospital
0
0
Mater dei
59
0
Superintendence of public health
15
0
Boffa hospital
2
0
Gozo general hospital
6
0
Total
84
71
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm (separatament) tobba u konsulenti ingaġġati fuq Contract B u jgħid fejn huma deployed?
Response (MIZZI, KONRAD)
In–numru ta' tobba fuq Contract B ingaġġati huma hekk:
Konsulenti
Medical officers
Primary health care
1
21
Mount carmel hospital
13
0
Mater dei
125
0
Superintendence of public health
0
0
Boffa hospital
3
0
Gozo general hospital
8
0
Total
150
21
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10075 u jgħid kemm hemm appuntamenti tal-outpatients iffissati għas-sena 2016? Jista’ jaqsamhom, xahar b’xahar skont id-dipartiment rispettiv (eżempju Orthopeadics, Neurology eċċ.)?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10352, jista’ l-Ministru jagħti lista tal-interventi li għalihom intbagħtu pazjenti barra minn pajjiżna u għal kull każ jgħid kemm sewa minn Marzu 2013 sa Settembru 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
L- interventi li għalihom intbagħtu pazjenti barra minn pajjiżna bejn Marzu 2013 u Settembru 2014 huma kif jidhru hawn taht. L-informazjoni ta’ kemm sewwa kull kaz ma tinzamx.
Marzu – Dicembru 2013
Amyloidosis
Blood disorder
Blood malignancies
Cardiac
Craniofacial surgery
Dermatology
Endocrine
ENT (other)
Gastrenterology
Genetic disorder
GVHD
Gynaecology
Hand surgery
Liver
Malignancy
Mandibular surgery
Maxillofacial surgery
Metabolic disorder
Neurology
Neurosurgery
Ophthalmic
Orthopaedic
Plastic surgery
Renal
Respiratory
Rheumatic diseases
Spine
Stereotactic radiosurgery/cyberknife
Thyroid malignancies
Trachea
Vascular
Jannar – Settembru 2014
Amyloidosis
Blood disorder
Blood malignancies
Cardiac
Colo-rectal surgery
Craniofacial surgery
Dermatology
Endocrine
ENT (Cochlear/BAHA)
ENT (other)
Gastrenterology
Gender Identity Dev Dis
Gynaecology
Hand surgery
Immunology
Liver
Malignancy
Metabolic disorder
Neurology
Neurosurgery
Ophthalmic
Orthopaedic
Plastic surgery
Pouch-vaginal fistula
Renal
Respiratory
Spine
Stereotactic radiosurgery - cyberknife
Trachea
Urology
Vascular
Pazjenti – Interventi barra minn Malta – talbiet irrifjutati
Question
B’referenza għall-mistoqsija 10354, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kellhom it-talba tagħhom li jsirilhom intervent barra minn pajjiżna rrifjutata u jgħid x’kienu r-raġunijiet li għalihom ġew irrifjutati minn Marzu 2013 sa Settembru 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
In-numru ta’ pazjenti li kellhom it-talba taghhom rifjutata u ir-raguni huwa kif jidher fi-tabella hawn taht.
Raguni ghal rifjut
Numru ta’ Kazi 2013
Numru ta’ Kazi 2014
Treatment mhux parti mil-pakkett ta’ Kura
6
0
Pazjent mhux intitolat
2
2
Trattament jista jigi offrut lokalment
4
3
Kaz gie trattat lokalment mil-Konsulent Barrani
0
1
Kaz rifjutat mil-Isptar barrani
1
0
Talba ghal-trattament fi Sptar Privat
0
3
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7940, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Barts School of Medicine kif imħabbar mill-Ministru fit-12 ta’ Frar 2014? Jista’ l-Ministru jgħid x’sar konkretement fuq dan il-proġett?
Response (MIZZI, KONRAD)
F’dan l-istadju ma nahsibx li jkun xieraq litiġi ppublikata l-informazzjoni relatata
San Ġiljan – Ċentru Reġjonali għall-Kura Primarja – project brief
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8074, jista’ l-Ministru jagħti d-data meta se jitlesta l-project brief imsemmi fit-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 6548?
Għajnsielem – xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bħalissa hux qed isir xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f' Għajnsielem, Għawdex relatati ma’ mains tal-ilma? Minn min hu ffinanzjat dan il-proġett, mill-Gvern Malta jew mill-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid jekk il-pajpijiet tal-ilma humiex jiġu pprovduti lill-kuntrattur mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew inkella humiex jiġu mixtrija mill-kuntrattur nnifsu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħalissa qed tagħmel xogħlijiet relatati ma’ mains tal-ilma f’Għajnsielem. Dan il-proġett huwa parzjalment iffanzjat mill-Unjoni Ewropea. Il-proċess ta’ xiri ta’ pajpijiet huwa kif stipulat fit-tender.