Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1900 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem l-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi ta' l-art u tal-baħar li għandu il-Ministeru huma dawn: ART BAĦAR ------- ------- Diviżjoni tax-Xogħlijiet 168 / Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 14 3 Dipartiment għall-Immaniġjar ta' l-Iskart 29 / ------------- 211 3 -------------
Leg 9 PQ #1901 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-karozzi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

In-numru ta' karozzi tal-kiri li għandu l-Ministeru huwa 59. Il-kiri ta' dawn il-karozzi saru kollha bil-kuntratti. Dawn il-karozzi qed jinkrew mingħand: Butterfly Garage; St. John's Garage; Sterling Car Hire; Pyramid Enterprises Garage; Swift Garage. L-ispiża ta' kuljum għal dawn il-karozzi hija ta' Lm257.53.
Leg 9 PQ #2206 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Triq B'Kara - Għargħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir biex tiġi ffaċċjata l-problema ta' l-għargħar fi Triq Birkirkara f'San Ġiljan? X'attenzjoni qed tingħata biex ix-xogħol li qed isir ma jagħmilx ħsara fil-blokok ta' appartamenti li hemm fl-inħawi? Ix-xogħol li qed isir huwa l-uniku mod kif setgħet ġiet iffaċċjata din il-problema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel fażi ta' xogħol ta' dan il-proġett, jiġifieri tħaffir ta' mina sabiex tiġbor l-ilma tax-xita minn Birkirkara Road, għal ġol-wied diġa' inbeda. Dwar it-tieni fażi, qiegħed isir studju mill-Konsulenti tal-Water Services Corporation, sabiex tiġi mibnija sistema li ssolvi l-problemi kemm ta' Birkirkara Road, St. Julians u ta' nħawi aktar 'il fuq. L-attenzjoni li ngħatat kienet billi saru GEOLOGICAL SURVEYS sabiex tiġi stabbilita l-istrata tal-blat qabel ma jinbeda x-xogħol. Mhix l-intenzjonat li din il-'gallery' tgħaddi minn taħt l-appartamenti, imma minn taħt it-triq. Il-mod ta' kif qed isir ix-xogħol huwa l-aktar professjonali u effettiv għaċ-ċirkustanzi tal-problema ta' l-għargħar ta' dawn l-inħawi.
Leg 9 PQ #1850 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Siġar/imsaġar — Regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jistenna biex joħroġ ir-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar u l-imsaġar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Naħseb li l-Onor. Interpellant jaf bis-seminar ta' ġurnata li sar nhar it-Tlieta 24 ta' Novembru, 1998, il-Furjana. Dan sar fuq ftehim li kien intlaħaq bejn l-għaqdiet li qegħdin jitolbu r-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar u l-Ministru responsabbli għall-Ambjent ta' qabli, l-Onor. Dr George Vella. L-għan ewlieni ta' dan is-seminar kien biex titqajjem aktar kuxjenza pubblika dwar is-siġar Maltin, u anke biex tlaqqa' flimkien dawk kollha interessati fuq dan is-suġġett. Nieħu pjaċir ngħid li dan kien suċċess u ġew diskussi ideat diversi, kemm mill-lat ekoloġiku, ekomomiku u kummerċjali, u kien hemm qbil fuq ħafna punti dwar il-ħtieġa ta' ħarsien u l-użu tas-siġar indiġeni. Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għandu l-ħsieb li kemm jista' jkun malajr ilaqqa' l-partijiet konċernati kollha biex magħhom jerġa' jiddiskuti l-abbozz tar-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar ħalli jkun jaf eżatt x'inhuma l-oġġezzjonijiet li qed iżommu dawn ir-regolamenti milli joħorġu, ħalli kif ikun hemm qbil mill-partijiet kollha, dawn ikunu jistgħu jiġu ppublikati. Nieħu gost nara l-interess ta' l-Onor. Interpellant dwar il-ħarsien tas-siġar Maltin, għaliex dan huwa l-istess interess tagħna, u nassigurah li appena jintlaħaq qbil mill-partijiet kollha, dawn jiġu publikati immedjatament.
Leg 9 PQ #2094 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Triq Xrob l-Għaġin - Ilma

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1603, filwaqt li napprezza li s-soluzzjoni ma tistax tinstab u tiġi attwata f'daqqa, jista' d-dipartiment konċernat jagħti indikazzjoni ta' meta se jiġu ffinalizzati s-surveys u meta se ssir is-sistema ta' ġbir ta' ilma li hemm bżonn? Billi din it-triq hi waħda għal kollox passaġġja tant li tgħaqqad diversi inħawi, jaħseb il-Ministru li din il-problema m'għandhiex tibqa' hekk għal żmemijiet indefiniti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li is-Survey, l-Estimi, l-bidu tal-proċess ta' l-Easment u xogħol ieħor preparatorju huwa maħsub li jkun lest sal-bidu tas-sena d-dieħla. Minħabba li x-xogħol propost irid isir minn ġo għelieqi li jinħadmu, din is-sistema tkun tista' tinbena fis-sajf. Sabiex tittaffa l-problema sa jinbdew proċeduri biex il-ġibjun li jinsab mat-triq jitnaddaf.
Leg 9 PQ #2390 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' l-Għarix — Dar ta' Mintoff

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dar ta' Mintoff magħrufa bħala "Ta' l-Għarix" f'Delimara għaddietx f'idejn il-Gvern Malti? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk din għaddietx bis-saħħa tal-letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998? Jekk le, u jekk il-Gvern fi ħsiebu jeħodha, jista' l-Ministru jispjega jekk din id-dar hux se tgħaddi f'idejn il-Gvern bis-saħħa ta' kuntratt pubbliku?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern bi ħsiebu jkompli jimxi skond il-'letter of intent'.
Leg 9 PQ #2391 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Perit Mintoff — Letter of intent

Question

B'riferenza għal letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998 rilaxxjata lill-Perit Mintoff, jista' l-Ministru jgħid jekk huwa ħax parir legali mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali dwar l-effetti tal-letter of intent? Jista' l-Ministru jispjega kif Gvern jintrabat bl-letter of intent u aktar kif Gvern jintrabat bl-letter of intent li ma ġġibx il-firma ta' waħda mill-partijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Irrid nassumi li meta inħarġet il-'letter of intent' fi żmien il-Gvern preċedenti, u l-Onorevoli Interpellant kien responsabbli għall-istess 'letter of intent', l-intenzjoni tal-Gvern kienet li jimxi skond l-istess 'letter of intent' u mhux kontra. Għalina 'letter of intent' ma tfissirx 'letter of non intent'.
Leg 9 PQ #2392 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

L'Għarix — Residenza privata tal-Perit Mintoff

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dar ta' Mintoff magħrufa bħala "Ta' l-Għarix" tistax tiġi trasferita lill-gvern Malti u ssir effettivament proprjeta' tal-gvern b'letter of intent biss?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-'letter of intent' torbot lill-partijiet bil-mod kif inkitbet mill-Gvern preċedenti.
Leg 9 PQ #951 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Tal-Virtu — Golf Course

Question

Meta l-Ministru għamel żjara lil bdiewa fl-inħawi ta' l-Area tal-Virtu fejn qed jiġi propost li ssir Golf Course fil-limiti tar-Rabat, x'kienu r-raġunijiet ta' din iż-żjara u x'kienu l-ilmenti u proposti li resqulu l-bdiewa ta' l-inħawi? Fil-fatt x'inhija l-pożizzjoni tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar il-proposta tal-proġett tal-Golf Course fl-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma għamilt ebda żjara tat-tip li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #1265 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għall kull kuntratt jindika: (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom? Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fil-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 ingħataw ħames kuntratti b'direct order'. Dawn kienu kif jidhru hawn taħt: 1. a) Provvista ta' arbli tad-dawl ta' barra kompluti bil-globi għax-Xatt ta' Buġibba. b) Il-Perit inkarigat mix-xogħol. ċ) Id-Direttur tal-Kuntratti. d) Wieħed. e) Lm24,078. f) MCE Limited. ġ) Le. 2. a) Provvista w installar ta' 'UPS' għar-raba' sular ta' Project House, Floriana. b) Id-Direttur tal-Building & Engineering Department. ċ) Id-Direttur Ġenerali tax-Xogħlijiet. d) Wieħed. e) Lm1,070. f) Panta Computer Company Limited. ġ) Le. 3. a) Bini ta' lqugħ ta' konkos għal Wied il-Għajn. b) Id-Direttur tat-Toroq. ċ) Il-Ministru tal-Finanzi. d) Wieħed. e) Lm1,125. f) Roads Group Limited. ġ) Le. 4. a) Survey ta' Photogrammetry fuq l-Affreski Paladini, fil-'Prince of Wales Room', il-Palazz, il-Belt Valletta. b) Is-Sur Ray Bondin, Ko-Ordinatur V.R.P. ċ) Il-Ministru għall-Ambjent. d) Wieħed. e) Lm805. f) Working Light Limited. ġ) Le. 5. a) Xogħlijiet ta' investigazzjoni fuq is-sit ta' barra l-fortifikazzjoni ta' l-Imdina biswit il-Palazz Vilhena. b) Id-Direttur tal-Building & Engineering Department. ċ) Il-Ministru tal-Finanzi. d) Wieħed. e) Lm6,920. f) Harrison and Company Limited. ġ) Le. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jien infurmat li ma twaqqaf ħadd li kien jagħti s-servizzi tiegħu lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998.
Leg 9 PQ #2179 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fil-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-1 ta' Diċembru 1998 ingħataw erbgħa u tletin (34) offerti ta' valur aktar minn Lm1,000. Dawn kienu: 1. a) Lm1,962. b) Alberta Fire Fighting and Security Equipment. ċ) Sistema protettiva ta' dawl fis-Civil Protection Head Quarters, Ta' Kandja. 2. a) Lm3,290. b) Charles Bonnici ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq Buttar, Marsascala. 3. a) Lm1,288. b) Charles Bonnici ċ) Xogħol ta' drenaġġ fi Triq il-Ġilju, Mqabba. 4. a) Lm19,195. b) J. Caruana Co. Limited. ċ) Provvista ta' kanen galvanizzati fl-MSD, Marsa. 5. a) Lm4,524. b) Schembri and Sons Limited. ċ) Provvista ta' planki tal-konkos biswit Cassar Shipyard, Marsa. 6. a) Lm2,158. b) Southern Concrete Limited. ċ) Provvista ta' planki tal-konkos biswit il-fabbrika ta' Lowenbrau, Qormi. 7. a) Lm3,069. b) Bathroom Styles Limited. ċ) Provvista u tqegħid ta' madum taċ-ċeramika u affarijiet sanitarji f'Oil Exploration, Auberge de Castille Valletta. 8. a) Lm5,715. b) Charles Bonnici. ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq San Pawl u Triq Indipendenza, Mosta. 9. a) Lm6,077. b) Denfar Concrete Supplies ċ) Qtugħ ta' trinek fis-Civil Protection Head Quarters, Ta' Kandja. 10.a) Lm18,714. b) Rite Mix (Gatt Bros) Limited. ċ) Tħaffir ta' gandott għall-ilma tax-xita f'Tal-Bebbux Housing Estate, Żurrieq. 11.a) Lm7,560. b) Roads Group Limited. ċ) Asfaltar ta' wiċċ ta' trinka fi Triq Muscat Azzopardi/ Triq Mountbatten, Ħamrun. 12.a) Lm2,271. b) Schembri and Sons Limited. ċ) Provvista ta' planki tal-konkos fil-Marsa Sports Ground. 13.a) Lm5,444. b) Power Projects Limited. ċ) Xogħol ta' elettriku u ilma fl-Oil Exploration Division, Berġa ta' Kastilja, Valletta. 14.a) Lm17,075. b) Rock Cut Limited. ċ) Tħaffir ta' mina minn Birkirkara Road għall-wied ta' San Ġiljan. 15.a) Lm2,227. b) Central Power Installations Limited. ċ) Xogħol ta' ilma u ventilazzjoni fix-Xemxija Fire Station. 16.a) Lm2,123. b) Cilia Bros Limited. ċ) Tikħil fil-faċċata ta' barra tal-Palazz Verdala. 17.a) Lm10,560. b) Attrans Commercials Limited. ċ) Provvista ta' gaffa żgħira Fiat Hitachi Mudell SL 40 B għal WMSID, Marsascala. 18.a) Lm6,624. b) Charles Bonnici ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq Manwel Zammit, Siġġiewi. 19.a) Lm1,820. b) E and S Mifsud Limited. ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq l-Arznell, Marsaxlokk. 20.a) Lm2,185. b) Megaline (M & E) Limited. ċ) Provvista u installazjoni ta' 'switchboard' fis-Civil Protection, H.Q., Ta' Kandja. 21.a) Lm8,400. b) Tal-Papa Aluminium Limited. ċ) Manifattura u tqegħid ta' aperturi ta' l-aluminium fl-iskola Kan. P. Pullicino, ir-Rabat. 22.a) Lm7,538. b) Redland Construction Limited. ċ) Xogħol strutturali fl-Istitut Internazzjonali Marittimu, Tal-Qroqq, Msida. 23.a) Lm7,848. b) Topserv Limited. ċ) Riwajndjar, tiswijiet u testjar ta' muturi ta' l-elettriku għad-Dipartiment tad-Drenaġġ. 24.a) Lm9,563. b) Denfar Concrete Supplies Limited. ċ) Tħaffir ta' gandotti għall-ilma tax-xita fi Triq Dun Manwel Zammit u Triq Siġġiewi, Siġġiewi. 25.a) Lm2,538. b) Zoqdi/Hydrorocks Construction Limited. ċ) Qtugħ ta' trinek biswit il-Palazz l-Aħmar, Imrieħel. 26.a) Lm3,202. b) Associated Supplies Limited. ċ) Tqegħid ta' materjal protettiv għall-Ġnien il-Paċi, Għargħur. 27.a) Lm3,731. b) Denfar Concrete Supplies Limited. ċ) Qtugħ ta' trinek f'Tal-Barrani, Żejtun. 28.a) Lm5,360. b) Denfar Concrete Supplies Limited. ċ) Qtugħ ta' trinek f'Xatt il-Qwabar, Marsa. 29.a) Lm2,569. b) E and S Mifsud Limited. ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq l-Imsaġar, Attard. 30.a) Lm1,388. b) Denfar Concrete Supplies. ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq l-Għenieqed, Attard. 31.a) Lm2,834. b) General Cleaners Co. Limited. ċ) Tindif fi 'Project House' u sezzjoni tar-Registry, Floriana. 32.a) Lm11,166. b) Polibon Construction Limited. ċ) Bini ta' sub-station fil-Parcel Post Office, Valletta. 33.a) Lm5,200. b) Colin Farrugia. ċ) Ġarr ta' blokki tal-franka mill-Barriera tar-Robba għall-postijiet oħra f'Malta. 34.a) Lm5,261. b) J & C Farrugia Limited. ċ) Tħaffir ta' fosos u faċilitajiet sanitarji fis-Civil Protection H.Q., Ta' Kandja.
Leg 9 PQ #2349 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Knisja Madonna tas-Sokkors

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 555, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex previst li fil-futur qarib isir it-tindif tal-partijiet prinċipali interni u esterni tal-Knisja tal-Madonna tas-Sokkors ġewwa Bormla u tal-Mina ta' Santa Liena li kienet ġiet restawrata sew minn Gvern Nazzjonalista preċedenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed ikun ikkunsidrat.
Leg 9 PQ #2362 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Opera House — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata l-perit li ismu qed jintbagħat separatament għax-xogħol ta' konsulenza fir-rigward tas-sit ta' l-Opera House? Jista' l-Ministru jpoġġi wkoll kopja tal-korrispondenza/kuntratt li jindika kif dan il-kuntratt ġie estiż għal konsulenza għal masterplan għal Bieb il-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kuntratt ifformulat kif qiegħed jindika l-Onor. Interpellant għadu qiegħed jiġi diskuss biex ikun hemm qbil bejn il-partijiet ikkonċernati. Irrid ngħid li ma nistax nifhem l-ispirtu li bih l-Onor. Interpellant qiegħed jagħmel din il-mistoqsija meta f'ħin minnhom joqgħod attent li ma jsemmix l-isem tal-perit involut u jgħaddi dan l-isem separatament mill-mistoqsija meta jaf li kuntratt isir bejn żewġ partijiet jew iżjed li isimhom ikun irid jidher fuq l-istess kuntratt. Dan iżjed u iżjed ma jagħmilx sens meta l-Onor. Interpellant diġa' għamel diversi mistoqsijiet fuq l-istess suġġett u liberament semma l-persuna involuta.
Leg 9 PQ #2243 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Triq magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se ddum magħluqa t-triq ta' fejn qed tinbena d-dar għall-anzjani, Bormla sabiex issir sistema tad-drenaġġ għall-istess dar għall-anzjani, peress li qed jimblokka numru ta' garages?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #2312 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Kuntratti

Question

Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1252 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Matul il-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998, il-Ministeru għall-Ambjent ma għamel l-ebda kampanja ta' reklami. Dwar it-tieni parti ta' l-istess domanda, qabel il-5 ta' Settembru 1998 il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni kien jagħmel użu minn persuni/ditti li joffru s-servizzi ta' reklamar "ad hoc" skond il-ħtieġa. Rigward id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1532 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied Għomor

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi lest li jieħu biex iwaqqaf il-qirda ta' Wied Għomor u biex l-istess wied jikkonvertih f'masġar jew park reġjonali bi tmexxija apposta għalih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għall-Ambjent lest li jieħu l-passi kollha, dejjem fil-parametri tal-liġijiet ambjentali, biex iwaqqaf xi ħsara li tkun qed isseħħ, mhux biss f'Wied Għomor, iżda wkoll f'postijiet naturali oħra.
Leg 9 PQ #2167 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti għall-perijodu mill-5.9.98 sal-1.12.98 lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt: b) min għamel l-ispecifications; c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; d) lil min intalbu l-quotations; e) kemm kienet kull quote; f) min rebaħ il-kuntratt; g) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u h) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jiena nfurmat li fil-perijodu mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-1 ta' Diċembru 1998 ingħataw seba' kuntratti b' 'direct order'. Dawn kienu: 1. a) Provista ta' arbli tad-dawl ta' barra kompluti bil-globi għax-Xatt ta' Buġibba b) Il-Perit inkarigat c) Id-Direttur tal-Kuntratti d) Wieħed e) Lm24,078 f) MCE Limited g) Le h) Ma tapplikax 2. a) Provista u installar ta' UPS għar-raba' sular ta' Project House, Floriana. b) Id-Direttur tal-Building & Engineering c) Id-Diretturi Ġenerali tax-Xogħlijiet d) Wieħed e) Lm1,070 f) Panta Computer Company Limited g) Le h) Ma tapplikax 3. a) Bini ta' lqugħ tal-konkos għall-Wied il-Għajn b) Id-Direttur tat-Toroq c) Il-Ministru tal-Finanzi d) Wieħed e) Lm1,125 f) Roads Group Limited g) Le h) Ma tapplikax 4. a) 'Survey' ta' 'Photogrammetry' fuq l-Affreski Paladini, fil-'Prince of Wales Room' il-Palazz il-Belt Valletta b) Il-Ko-ordinatur tal-VRP c) Il-Ministru għall-Ambjent d) Wieħed e) Lm805 f) Working Light Limited g) Le h) Ma tapplikax 5. a) Xogħlijiet ta' investigazzjoni fuq is-sit ta' barra l-fortifikazzjonijiet ta' l-Imdina biswit il-Palazz Vilhena b) Id-Direttur tal-Building & Engineering c) Il-Ministru tal-Finanzi d) Wieħed e) Lm6,920 f) Harrison and Company Limited g) Le h) Ma tapplikax 6. a) Provista ta' tliet clamps stainless steel għat-tiswija tal-pipeline f'qiegħ il-baħar f'Wied Għammieq b) L-Inġinier inkarigat c) Il-Perit Vince Cassar, Direttur Ġenerali d) Wieħed e) Lm1174 f) Anton Zarb g) Le h) Ma tapplikax 7. a) Tneħħija ta' materjal u bini ta' ħitan fi Triq Lion Well, Rabat b) L-Uffiċjal inkarigat c) Il-Ministru għall-Ambjent d) Wieħed e) Lm2,400 f) Colin Farrugia g) Peress li x-xogħol għadu sejjer, il-valur aħħari ma jistax jingħata h) Ma tapplikax
Leg 9 PQ #2239 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Skola Ġuże' Despott — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li l-area ta' fejn l-iskola Guże' Despott tiġi mnaddfa mill-ħmieġ kbir li hemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #2269 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Għarix — Kumpless lil Perit Mintoff

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1012, jista' l-Ministru jirrispondi t-tieni parti tad-domanda u jgħid f'liema data sar il-ħlas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħlas sar b'cheque fit-30 ta' Ottubru 1998.