Jista' il-Ministru jgħid kemm bdew joperaw kumpanniji ġodda minn Jannar 2004 sal-lum? Minn liema settur ġejjin u kemm timpjega nies kull waħda minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' il-Ministru jagħti statistika ta' kemm saru trips ta' safar matul l-2002, l-2003, l-2004 u l-2005 sal-lum minn persuni fis-settur pubbliku kollu, cioe' persuni li mhux biss jaħdmu fiċ-ċivil imma wkoll fis-settur pubbliku kollu, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onorevoli Membru, li tkopri medda ta' erba' snin, trid ħafna żmien biex tinġabar u naħseb li l-ħin tal-uffiċċjali li jkunu jridu jitqabbdu biex jiġbruha jista' jintuża aħjar.
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-soċjeta' Dessalination Services Ltd hijiex għal bejgħ jew xort'oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministeru u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed iħejju rapport dwar il-futur tal-Kumpanija Malta Desalination Services Ltd.
S'issa għad ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar dan.
Jista' il-Ministru jgħid kif qed isir l-updating tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-pensjonanti u persuni oħra li qed jintbagħtu kull xahrejn? Dawk li għandhom il-lukandi u l-fabbriki qed jiġu trattati bl-istess kriterju bħal ħaddiema ż-żgħar u l-pensjonanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-MIA tiċċarġja levy fuq il-coaches turistiċi? Kemm se tkun din il-levy? Min se jkun obbligat iħallasha? Xi studju sar dwar l-impatt tagħha fuq it-turiżmu u l-kompetittivita' internazzjonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-PQ 12068.
Jista' il-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-ħsara li reġa' hemm fuq il-vapur Melita tal-Gozo Channel? Meta se jerġa' jibda jopera l-istess vapur u kemm hi mistennija li tkun l-ispiża biex tissewwa din il-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħsara li kien hemm fuq il-vapur Malita kienet fis-'cylinder eye' tal-'hydraulic door ramp' ta' quddiem. Huwa stmat li l-ħsara biex tissewwa, ser tammonta għal madwar Lm2,500, li tinkludi, kemm ix-xogħol, kif ukoll l-ispares. Il-vapur diġa' reġa lura fis-servizz.
Peress li skond it-timetable il-ġdida suppost li jsir trip fis-6.30 a.m. u ieħor fis-7.00 a.m. mill-Imġarr, jista' il-Ministru jgħid għaliex f'dawn il-ġranet dawn it-trips ma sarux u jekk hux se jibdew jerġgħu jsiru dawn iż-żewġ trips?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-MV Malita irritorna għas-servizz normali u għalhekk l-iskeda tkompliet b'mod normali.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi nies mal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar 2005? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhu l-post u s-salarju relattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mill-ewwel ta' Jannar 2005, ġiet ingaġġata persuna waħda mall-Gozo Channel. Il-post huwa ta' Chief Operations Officer u s-salarju huwa ta' Lm13,000.
Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg - Ġibjun
Question
Possibbli li l-water services corporation tara li l-ġibjun li jinsab fil-bypass ta' Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun, li tbattal mill-ilma dan l-aħħar mill-pulizija waqt investigazzjoni li kienet qed tagħmel l-istess pulizija b'konnessjoni ma' reat kriminali, ikompli jitnaddaf u ssirlu l-manutenzjoni li għandu bżonn ladarba jinsab imbattal kollu mill-ilma?
Taqbel il-water services corporation li dan ix-xogħol għandu jsir issa kif dan il-ġibjun jinsab bla ilma?
Hemm ħsieb li jerġa' jimtela għax dan jintuża minn għadd ta' bdiewa fil-viċinanza u jekk jitħalla vojt fix-xhur tas-sajf jien informat li tista' issirlu aktar ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li malli l-ħama li hemm fil-qiegħ tal-ġibjun tinxef, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma se tieħu ħsieb tnaddaf u tagħmel manutenzjoni fil-ġibjun imsemmi.
Dan il-ġibjun jimtela bl-ilma tax-xita.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' liċenzji tat-televiżjoni tal-kulur imħallsa sena b'sena mill-2001 'il hawn? Kemm dawn il-liċenzji fil-fatt kienu jkopru settijiet tat-televiżjoni tal-kulur?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-PBS ġabret dawn l-ammonti ta' flus għall-liċenzji tat-televiżjoni tal-kulur:
2001 Lm2,179,580
2002 Lm2,143,502
2003 Lm2,174,859
2004 Lm1,357,414 (Jannar-Awwissu)
Wara Awwissu tal-2004 l-PBS ma baqgħetx responsabbli għall-ġbir tal-liċenzji tat-televiżjoni tal-kulur. Din ir-responsabbilta' issa qiegħda taħt Ministeru ieħor li għandu l-informazzjoni mitluba fil-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru tiegħu għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12140, jista' il-Ministru jispjega kif is-soċjeta' La Stella għamlet ċitazzjoni lill-Enemalta, ċitazzjoni nru. 89/1998/1, fil-qorti ta' Għawdex minħabba li allegatament għadda cable minn fuq proprjeta' tiegħu bla permess, liema cable wassal għal substation?
Fid-dawl ta' dan kollu, jista' il-Ministru jgħid jekk it-tweġiba li ngħatat tistax tkun qed tiżvijja lill-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Mistoqsija Parlamentari 12140 għamlet referenza għal substation fil-Foss taċ-Ċittadella. Huwa kkonfermat li ma' hemm ebda substation fil-Foss taċ-Ċittadella.
Huwa minnu li hemm cable għaddej mill-Foss taċ-Ċittadella, li dwaru hemm il-kawża msemmija, u li jispiċċa f'substation iżda din is-substation mhux qiegħda fil-Foss kif ġie indikat fil-Mistoqsija Parlamentari 12140. Għaldaqstant ir-risposta li ngħatat ma kinitx qed tiżvija l-Kamra.
Teknoloġija ta' l-Informatika — Chief executive officers
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds?
Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-qrati Maltin u qrati ta' barra kontra s-Sea Malta? F'dan is-sens jista' jgħid kemm jammonta l-valur ta' dawn il-pretensjonijiet? F'dan is-sens ukoll jista' jagħti dettalji dwar xi kawżi li hemm pendenti kontra s-Sea Malta quddiem il-House of Lords?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' kawżi pendenti kontra s-Sea Malta huwa 28. Il-valur ta' dawn il-pretenzjonijiet huwa ta' Lm 702,838.09. Rigward xi kawża li hemm pendenti kontra s-Sea Malta quddiem il-House of Lords, dan huwa Appell li qed tagħmel is-Sea Malta fuq każ li ġie deċiż kontra s-Sea Malta aktar kmieni din is-sena.