Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Settembru 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Settembru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 78 każ ta’ serq.
Hold up6
Pick Pocketing26
Snatch & grab14
Serq minn dgħajjes10
Serq ta’ dgħajjes7
Serq ta’ karozzi54
Serq minn karozzi371
Serq minn residenzi102
Serq minn barijiet / lukandi82
Serq minn xtajtiet40
Serq minn fabbriki11
Serq minn ħwienet28
Serq ieħor236
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Settembru 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Settembru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru 2005 il-każi ta’ reati kriminali li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 117 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family4
Arson15
Attempted offences119
Bodily harm104
Religious sentiment1
Damage335
Drugs11
Forgery8
Fraud12
Homicide1
Illegal Immigration12
Perjury/false swearing1
Prostitution2
Sexual offences3
Theft987
Threats and private violence9
Violation of places of confinement1
Violence against public officers14
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ottubru 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Ottubru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ottubru 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 62 każ ta’ serq.
Hold up9
Pick Pocketing54
Snatch & grab16
Serq minn dgħajjes12
Serq ta’ dgħajjes5
Serq ta’ karozzi58
Serq minn karozzi277
Serq minn residenzi108
Serq minn barijiet / lukandi63
Serq minn xtajtiet11
Serq minn fabbriki5
Serq minn ħwienet34
Serq ieħor292
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ottubru 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ottubru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ottubru 2005 il-każi ta’ reati kriminali li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 30 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family3
Arson16
Attempted offences127
Bodily harm82
Computer misuse1
Damage302
Drugs9
Forgery9
Fraud12
Homicide1
Illegal immigration20
Pretended right1
Prostitution5
Sexual offences5
Theft944
Threats and private violence11
Violence against public officers6
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew solvuti reati fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sal-31 ta' Ottubru 2005 ?
Response (BORG, TONIO)
B'żieda mat-tagħrif li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13190, ninsab infurmat illi bejn Jannar u l-31 ta' Ottubru ta' din is-sena kien hemm 2,425 reati kriminali, li għandhom piena ta' aktar minn 6 xhur priġunerija, li ġew solvuti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw uffiċjali tal-korp tal-pulizija mill-1998 sal-31 ta' Ottubru 2005, sena b'sena? Riferibbilment għall-istess perijodu, jista' jikklassifikahom billi jindika kemm minnhom kienu appena għalqu l-25 sena servizz meta irriżenjaw u kemm minnhom telqu qabel u wara l-25 sena servizz? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar il-grad jew rank ta' l-uffiċjali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Kummissarju
Deputat Kummissarju
Assistent Kummissarju
Supretendent
Spettur
Total
Appena għalqu l-25 sena servizz
-
-
-
-
1
1
Wara li għalqu l-25 sena servizz
1
-
1
10
5
17
Qabel għalqu l-25 sena servizz
-
-
-
1
8
9
TOTAL
1
-
1
11
14
27
Jaf il-Viċi Prim Ministru jagħtini x'kienet il-popolazzjoni barranija f'Għawdex, maqsuma f'irġiel u nisa, fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sa l-2004? X'inhi n-nazzjonalita' tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15134, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema atti tal-liġijiet Maltin jipprovdu li tingħata sentenza kif indikat fil-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, b'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15134, illi l-artikolu 8 ta' l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja (Kap 291) jistipula illi l-proċeduri quddiem il-Kummissarji għall-Ġustizzja huma l-istess bħal dawk applikabbli fil-Qorti tal-Maġistrati, u riferenza fil-Kodiċi Kriminali għall-Qorti tal-Maġistrati titqies ukoll li tirreferi għat-Tribunali Lokali ppreseduta mill-Kummissarji għall-Ġustizzja.
L-artikolu 15(2) tal-Kodiċi Kriminali tipprovdi li "Min jaqla ċ-ċanfira jew it-twiddiba b'imġieba ċara ta' disprezz jew ta' nuqqas ta' qima, jiġi ikkundannat għall-piena ta' detenzjoni jew ammenda".
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti għas-sentenza quddiem il-Prim Awla, imħallef b'imħallef, sal-31 ta' Ottubru, 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta' kawżi pendenti għas-sentenza li hemm quddiem il-Prim Awla, Imħallef b'Imħallef, sal-31 ta' Ottubru 2005 huwa kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti sabiex jiġu appuntati fil-Prim Awla, imħallef b'imħallef sal-31 ta' Ottubru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta' kawżi pendenti sabiex jiġu appuntati fil-Prim Awla, imħallef b'imħallef, sal-31 ta' Ottubru 2005, huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Viċi PM jgħid kemm tressqu nies il-Qorti talli ma xegħlux l-indicator waqt is-sewqan matul din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ingħataw 1,024 ċitazzjoni mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija dwar nuqqas ta' użu ta' l-indicators, filwaqt li matul din is-sena ngħataw 476.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda fit-Tribunal tat-Talbiet Żgħar din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar kawżi ġodda li daħlu fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar sal-31 ta' Awissu 2005 hu kif ġej:-
2004 2005
Malta 2,399* 1,699*
Għawdex 109* 87*
* Sors: www.justice.gov.mt
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sena l-oħra ġew introdotti 1,122* kawża ġdida fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili Malta filwaqt illi mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awissu 2005, daħlu 879* kawża ġdida fl-istess Qorti.
* Sors: www.justice.gov.mt
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fis-sena 2004 fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) daħlu 710* kawża ġdida filwaqt li fis-sena 2005, sal-31 ta' Awissu, daħlu 476* kawża ġdida fl-istess Qorti.
* Sors: www.justice.gov.mt
Billi fuq l-internet wieħed isib informazzjoni fejn jeżistu club privees jew aħjar briedel kif ukoll informazzjoni fejn wieħed jista' isib prostituti Russi ġo bars Paceville jew Buġibba u anke striptease, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija dwar dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tinvestiga l-informazzjoni mgħoddija mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu l-esperti nominati mill-Magistrati fis-snin 2001, 2002, 203, 2004 u 2005 (s'issa)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħlas li sar lill-esperti nominati mill-Maġistrati hu kif ġej:-
Sena Malta Għawdex
2001 Lm256,645 Lm13,300
2002 Lm297,768 Lm10,051
2003 Lm326,794 Lm18,383
2004 Lm274,488 Lm11,155
2005 Lm266,403* Lm 7,291**
* sal-31 ta' Awissu.
** sad-19 ta' Settembru.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2002, 2003, 204 u 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rappurtati lill-Pulizija bejn is-snin 2002 u l-2005 kienu kif ġej:
2002
14,062
2003
13,982
2004
5,866
2005*
3,101
*sa 30.09.05
Infurmat ukoll minn Marzu 2004 l-inċidenti tat-traffiku fejn ma jkunx hemm korrimenti jew ħsarat fi proprjeta’ tal-Gvern bdew ikunu rrapurtati u nvestigati mill-Gwardjani Lokali.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Għajnuna mill-Gvern Taljan
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-għajnuna mill-Gvern Taljan lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'dawn l-aħħar snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-għajnuna mill-Gvern Taljan permess tal-Protokoll Taljan lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'dawn l-aħħar snin kienet tikkonsisti f'makkinarji għat-tifi tan-nar u salvataġġ, żewġ laneċ u vapur ta' l-irmonk kif ukoll tagħmir għaċ-Ċentru tal-Operazzjoni f'Ta' Kandja.
Barra minn hekk ingħata taħriġ lil diversi membri tad-dipartiment fuq l-użu ta' dan l-apparat.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Donazzjonijiet minn Stati barranin
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu dawk l-Istati barranin li taw donazzjonijiet ta' apparat lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'dawn
l-aħħar snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-istati barranin li taw donazzjonijiet ta' apparat lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu l-Italja u l-Istati Uniti tal-Amerika.
Barra minn hekk kien hemm Istituzzjonijiet li taw apparat u taħriġ. Dawn kienu l-International Atomic Energy Agency (IAEA) kif ukoll l-Organisation for the Prohibition of Chemical Weapons (OPCW).