Legislature:
Category:
Reset
Active:

Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni (kap ta' familja) li bbenefikaw mic-children's allowance fis-sena 1998, 1999 u 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' kapijiet ta' familji li bbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal għas-snin mitluba hu kif jidher hawn taht. SENA NUMRU TA' KAPIJIET TA' FAMILJI 1998 42,581 1999 41,570 2000 40,991

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inspections mill-ispetturi tal-ETC tul x-xhur tas-sajf? F'liema lokalita' saru, x'tip taż negozji ġie spezzjonat u x'kien ir-riżultat f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Ġunju sat 30 ta' Settembru 2001 l-uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għamlu 2,213 spezzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni dwar il-lokalitajiet u t-tip ta' negozji spezzjonati. L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija hi ta' natura kunfidenzajli hu għalhekk ma nħossx li għandha tiġi ppubblikata.

Għajnuna għall-Mard

Question

Jista' jiġi kkunsidrat li pazjenti f'familji b'dħul finanzjarju baxx jingħataw l-għajnuna għall-mard (SKA) jekk ikollhom mard serju fis-sistema tan-nervituri bħal 1) Multiple Sclerosis 2) Amyotrophic Lateral Sclerosis 3) Alzheimer's Disease 4) Parkinson's Disease

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-mard u l-kundizzjonijiet li dwarhom tista' titħallas Għajnuna għal Mard huma dawk elenkati fit-Taqsima I tal-Ħames Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. F'dan l-istadju m'hemmx il-ħsieb li jiżdiedu tipi ta' mard u kundizzjonijiet oħra f'din l-iskeda.

Għajnuna Neċessarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jingħata l-għajnuna neċessarja il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separaratament u dan peress li l-persunna imsemmija għaddejja minn problemi kbar ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali rriżulta li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma kelliex dritt ghall-Għajnuna Soċjali jew għal Mard. Ninsab infurmat ukoll li, għalkemm din il-persuna kienet ġiet infurmata dwar dan mid-Dipartiment, naqset li tagħti spjegazzjoni dwar it-tibdil fiċ-ċirkostanzi tagħha. Din il-persuna ser terġa tiġi nfurmata dwar il-każ.

Sussidju fuq Dawl u Ilma

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru ara jekk il-persuna boarded out li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hix intitolata li tieħu sussidju fuq id-dawl u l-ilma? Tista' il-persuna tiġi infurmata personalment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, minn stħarriġ li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt applikat għas-sussidju fuq id-dawl u l-ilma. Qabel ma ssir l-applikazzjoni meħtieġa ma nistax ngħid jekk din il-persuna hix intitolata jew le għal dan is-sussidju.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi forma ta' benefiċċji soċjali jew xi għajnuna li hija ntitolata għaliha il-persuna li d-dettalji tagħha huma annessi separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi għal numru ta' benefiċċji u għajnuniet li jkopru diversi ċirkostanzi u l-ħlas tagħhom jiddependi minn diversi fatturi. Fin-nuqqas ta' dettalji dwar iċ-ċirkostanzi tal-persuna ndikata mhux possibbli li nagħti tweġiba. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili aktar informazzjoni dwar il-każ, anki b'mod kunfidenzjali.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Onor. Viċi Prim Ministru jwieġeb b' referenza għal PQ 27774, għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar l-entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-impjegati fis-servizz pubbliku nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-Mistoqsija Numru 27774 f'Seduta Numru 594.

Second Tenants

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid b'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 26071 kemm fadal persuni li huma fuq in-9th scheme li kienet ħarġet fl-1988, jiġifieri dawk li huma meqjusa bħala s-second tenants ta' plots mogħtija mill-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għas-sidien ta' plots li kellhom l-għażla jirrivertu għall-kondizzjonijiet tad-Disa' Ħarġa u li l-Awtorita' tad-Djar għad ma akkwistatx l-art u minħabba f'hekk il-kuntratt ta' enfitewsi ma jistax isir, dawn jammontaw għal 105.

Pensjoni tad-Diżibilta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pensjoni tad-diżabilita' tiġiex effetwata jekk persuna b'diżabilita' tiret aktar minn erbat elef lira?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li r-rata tal-pensjoni mhux kontributorja ta' diżabilita' ma tiġix ikkalkulata fuq il-kapital iżda fuq id-dħul ta' dak li jkun. Ir-rata ta' din il-pensjoni ma tonqosx jekk id-dħul globali fil-ġimgħa, inkluż il-pensjoni, ma jeċċedix il-paga minima nazzjonali.

Adult Training Centres

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari jgħid x'inhuma t-terms of reference tas-senior care workers għal adult training centres li sarulhom l-interviews f'Settembru 2000? X'kienu r-requirements, kwalifiki u esperjenza li ġew mitluba? Min huma l-applikanti kollha li applikaw? Min huma dawk li għaddew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-deskrizzjoni tax-xogħol tas-Senior Care Workers fl-Adult Training Centres, kopja tas-sejħa għall-applikazzjonijiet għal dawn il-karigi li ġġib id-data tas-17 ta' Novembru 2000, lista ta' l-applikanti u r-riżultat finali.

Djar ta' San Ġorġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet il-kwistjoni dwar Block V fil-qasam tad-djar ta' San Ġorġ li dwaru saru konsultazzjonijiet anki mal-kunsill lokali ta' Pembroke?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li wara laqgħa li saret aktar kmieni dan ix-xahar bejn l-Awtorita' tad-Djar, is-Sindku ta' Pembroke u r-residenti tal-post indikat, saru xi proposti ġodda minn dawn ir-residenti. L-Awtorita' qiegħda tikkunsidra dawn il-proposti.

Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-impjegati kollha, inklużi industrijali, grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar 1998 u fl-1 ta' Ottubru 2001? Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f' xi kategoriji ta' impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Xogħol — Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għat-tweġiba li ngħatat lill PQ 28383 dwar il-persuna lid-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament aċċettabli li l-awtorita nazzjonali tax-xogħol tibgħatlu tweġiba fejn tgħidlu li t-talba tiegħu ma tistax tiġi milqugħa għax kull appellant hu f' sitwazzjoni simili u fil-bżonn bħalek? Jikkonferma li il-każ ġie spjegat b' mod aktar prudenti? Kemm jgħaddi żmien sakemm din il-persuna tkun intitulata mill-ġdid għall-għajnuna soċjali kif ukoll biex tibda tirreġistra fuq parti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-Tweġiba mill-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija kienet risposta dwar it-talba tal-persuna ndikata biex l-appell jistema' b'urġenza u mhux dwar l-appell innifsu. Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li normalment persuna li tkun reġistrata għax-xogħol fuq it-Tieni Parti tar-Reġistru, miżmum mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, tiġi reġistrata fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru wara sitt xhur. Kif tiġi reġistrata fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru tkun tista' tapplika għall-Għajnuna Soċjali f'isimha mmedjatament.