Jista' l-Ministru jgħid min jipprintja l-VAT form, jekk hux l-Istamperija tal-Gvern jew inkella xi stamperija privata? Jekk hija stamperija privata, liema hi? Fiż-żewġ eventwalitajiet kemm jiswa l-printing ta' dawn il-kotba ta' l-irċevuti tal-VAT?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li it-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2095, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji b'ġenitur wieħed li jirċievu allowance u li jiddikjaraw li għandhom dħul ta' inqas minn Lm4,000? Kemm se tiswa l-miżura soċjali ġdida li se tolqot lil din il-kategorija?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru. 2282.
Billi t-tax payers numri 72338/M, 363652/M, 944649/M, 290632/M, 568155/M, 255750/M, 457967/M, 552227/M u 372138/M għandhom oġġezzjonijiet li ilhom pendenti s-snin, jista' l-Ministru jara li dawn jiġu trattati fl-affermattiv? Jekk iva, meta?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 991.
Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jiġu finalizzati l-oġġezzjonijiet pendenti ta' dawn it-tax payers cioe' 511857/M, 678144/M, 290036/M, 708228/M, 72946/M, 826555/M, 342129/M, 500578/M u 570151/M?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 991.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (DALLI, JOHN)
In-nefqa fuq `hospitality` fid-dekasteru tiegħi fil-perjodu msemmi hija kif ġej:
Lm
Ministeru 241.60
Segretarjat 74.50
Lottu 124.60
Taxxi Interni 483.74
Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa 114.16
Kuntratti 220.47
Dwana 61.62
Teżor 42.44
Il-Borża 204.09
Bank Ċentrali 1,422.78
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet filantropiċi, sportivi, volontarji, reliġjużi, eċċ., li jibbenefikaw mill-Income Tax Act Cap.123? Kemm-il talba simili ġiet approvata u/jew rifjutata matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Il-lista ta` l-għaqdiet filantropiċi li jgawdu eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income toħroġ mill-kopji ta` Avviżi tal-Gvern u Avviżi Legali li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
In-numru ta` talbiet simili li ġew approvati jew rifjutati mill-1994 `l hawn kienu dawn:
Sena Talbiet Approvati Rifjutati
1994 63 37 26
1995 -- -- --
1996 46 9 37
1997 11 2 9
1998 15 1 14
Billi hemm numru ta' tax payers li rtiraw bl-eta' u/ jew ġew boarded out u għandhom pendenti refunds ta' l-Income Tax bħal fil-każ ta' 290036/M, 1024046/M, 42933/M, eċċ, jista'l-Ministru jara li jsir il-ħlas dovut lil dawn iċ-ċittadini immedjatament? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (DALLI, JOHN)
Id-Dipartiment qiegħed jeżamina kif jista` jimplimenta l-aħjar programm ta` ħidma bir-riżorsi li għandu jipproċessa l-każi kollha li għandu pendenti fl-iqsar żmien possibbli sabiex ikun f`qada` li jiġbor it-taxxa dovuta u jagħti lura dik imħallsa żejda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?
Response (DALLI, JOHN)
Dipartiment Vetturi Vetturi Mixtrija
ta` l-Art tal-Baħar mis-6.9.98 - 28.10.98
Ministeru 16 xejn xejn
Taxxi Interni 10 xejn xejn
Dwana 37 2 xejn
Lottu Pubbliku 8 xejn xejn
Teżor 3 xejn xejn
Taxxa tad-Dwana
u tas-Sisa 6 xejn xejn
Kuntratti 4 xejn xejn
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders?
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-karozzi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għandu karozza waħda tal-kiri. Din inkriet mingħand it-Thrifty Car Rental `from the open market` b`Lm21 + CET kuljum.
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għall kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi ma kien hemm l-ebda kuntratti li ngħataw b`direct order fid-dikasteru tiegħi.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li kien hemm kuntrattur wieħed, `Security Services (Malta) Ltd.`, li kien jipprovdi servizz ta` sigurta` lid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa qabel il-5 ta` Settembru, 1998 u li twaqqaf għax għalaqlu l-kuntratt. Il-kuntrattur il-ġdid huwa `Group 4 Services (Malta) Ltd.` li beda jipprovdi l-istess servizz fl-1 ta` Novembru, 1998 wara sejħa għall-offerti.
Jista' l-Mininstru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Dipartiment Valur tat-Tender Kuntrattur Natura
Lm
Dwana 2,819 Messrs Rago Uniform shirts
1,320 Messrs Arrowswift Bonded paper
5,880 Messrs Serolf Plastic compact
seals
2,868 Messrs U.C.I.M. One saloon car
5,600 Messrs Mensija Co. One mobile
office
4,450 Messrs Michael Attard One van
5,352 Messrs Telectron Projection
system
22,000 -24,000 Messrs JYM Winter Uniforms
Taxxa tad-Dwana 31,000 Group 4 Securitas Security
u tas-Sisa (Malta) Ltd. Guarding &
Response Services
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-cash payment li se jingħata lill-ħaddiema tal-Gvern f'Diċembru li jammonta għal Lm234 hux se jkun intaxxat taħt is-sistema tal-FSS inkluż mal-paga ta' Diċembru jew hux se titħallas taxxa fuqu addizzjonali għal kull sena li hu mogħti (eżempju 1996- 1999)?
Response (DALLI, JOHN)
L-ammont ta` Lm234 hu suġġett għal tnaqqis ta` taxxa taħt is-sistema tal-FSS kemm-il darba l-impjegat involut jaqbeż it-thresholds li jagħmluh taxxabbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta tal-pulizija fuq l-inċident li ġara fil-post li llum huwa l-istabbiliment Galleria, il-Fgura (ta' l-Eden Leisure u Farsons), liema inċident ġara fit-18 ta' Frar, 1997, ġietx magħluqa? Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi kontra xi ħadd?
Minħabba li għaddew kważi sentejn minn dan l-inċident fejn tilef ħajtu Paul Bonello u weġġa' serjament Vince Buhagiar (missier ta' żewġt itfal, li bid-diżabilita' li għandu issa ma jistax jaħdem u għadu ma ngħata l-ebda kumpens), jista' jsir xi ħaġa biex f'każijiet bħal dawn, speċjalment fejn l-insurances ma jikkomparawx, ikun meħtieġ li dawn l-istabbilimenti jkollhom assikurazzjoni partikolari f'kull każ u li l-assikurazzjoni tkun obbligata li twieġeb billi tagħti raġunijiet ċari u tagħti wkoll informazzjoni sħiħa dwar it-tip ta' assikurazzjoni li jkun hemm?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat illi l-inkjesta tal-Maġistrat rigward dan l-inċident ġiet magħluqa u ser jittieħdu proċeduri kriminali.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li la l-Att ta` 1998 dwar il-Kummerċ ta` l-Assigurazzjoni lanqas l-Att ta` 1981 dwar l-Impriża ta` l-Assigurazzjoni, imħassar bl-Att ta` l-1998 ma hemm dispożizzjonijiet dwar assigurazzjoni obbligatorja.
Madankollu, hemm xi liġijiet, fosthom xi liġijiet tal-Pulizija, li għandhom dispożizzjonijiet sabiex meta jingħataw liċenzji jew permessi min jagħtihom jista` jagħmel kondizzjonijiet xierqa fosthom li tittieħed polza ta` l-assigurazzjoni biex tkopri inċidenti bħalma semmiet l-Onorevoli Membru.
Iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta` Malta bħala l-Awtorita` kompetenti għal l-għanijiet tal-leġislazzjoni ta` l-assigurazzjoni jidħol biss meta jirċievi ilmenti dwar xi kumpannija ta` l-assigurazzjoni li tagħmilha diffiċli li twettaq l-obbligazzjonijiet tagħha taħt il-polza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mħallsin l-accountants privati li kienu jiġu mqabbdin jinvestigaw kemm kumpanniji żgħar u kemm kumpanniji kbar mid-Dipartiment tas-CET? Huwa minnu li dawn il-pagamenti qed jiġu mnaqqsa minn din l-amministrazzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma r-rati l-ġodda?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-awdituri privati li jitqabbdu mid-Dipartiment tas-CET sabiex jinvestigaw kumpaniji zgħar u kbar għall-fini ta` taxxa jitħallsu skond rati stabbiliti minn qabel u approvati mill-Ministeru tal-Finanzi kif jidher fit-tabella t`hawn isfel. Ma kien hemm ebda tnaqqis jew tibdil f`dawn ir-rati ta` ħlas mill-Amministrazzjoni preżenti għalkemm jista` jkun hemm xi drabi fejn awdituri minn jeddhom jitolbu ħlas inqas għal każijiet partikulari minħabba li dawn il-każijiet ikunu jinvolvu xogħol ferm inqas minn dak normali.
Valur ta` bejgħ fis-Sena Rata ta` Ħlas
(Lm) (Lm)
Minn Sa
0 60,000 150
60,001 100,000 200
100,001 250,000 250
250,001 300,000 300
300,001 500,000 350
500,001 750,000 400
750,001 850,000 450
850,001 1,000,000 500
Aktar minn Lm1,000,000 Negozjabbli
b`minimu ta` Lm500
Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-perjodu msemmi, ma sar ebda kuntratt b`direct order ta` għamara ta` uffiċini fid-dikasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jogħla s-ceiling tat-taxxa fuq id-dħul għal dawk ir-romol li għad għandhom ulied dipendenti (li mhux jaħdmu bi qliegħ) anke jekk dawn ta' l-aħħar għaqlu s-16-il sena?
Response (DALLI, JOHN)
Is-suġġeriment magħmul mill-Onor. Interpellant ġie innotat u jkun studjat fid-dettal meta jkunu qed jiġu ippreparati l-emendi neċessarji.
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni ta' kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti għall-perjodu mill-5.9.98 sal-1.12.98 lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; b) min għamel l-ispecifications; c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; d) lil min intalbu l-quotations; e) kemm kienet kull quote; f) min rebaħ il-kuntratt; g) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u; h) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-perjodu msemmi, fid-dikasteru tiegħi ingħata kuntratt wiegħed b`direct order. Dan ingħata mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni lill-Printex Ltd u kien jikkonsisti f`ordini ta` 120,000 kont tat-taxxa fuq id-dħul għall-prezz ta` Lm2,500.
Billi tħabbar li s-Central Bank mhux se jibqa' responsabbli għall-qasam regolatorju, jista' l-Ministru jikkonferma li dan issa se jgħaddi għand iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji? Jekk iva, x'wassal lill-Gvern biex jieħu din id-deċiżjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Kif għedt f`paġina 91 tad-Diskors tal-Budget, `irridu nerġgħu naqbdu t-triq biex il-Bank Ċentrali jinża mir-rwol regolatorju tiegħu u jikkonċentra fuq il-politika monetarja.`
Nista` nikkonferma li dan ser jsir u rwol regolatorju hemm il-ħsieb li ngħadduh għand iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji.