Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin, kemm kien in-numru ta' tfal li twieldu lil ommijiet mhux miżżewġa? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond il-lokalita' li fiha toqgħod l-omm u skond l-eta' ta' l-omm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellanti.
Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari 15899 għax-xahar ta' Mejju?
Jista' jinkludi n-numru ta' każi li tressqu quddiem il-qorti mill-pulizija dwar każi ta' hold ups matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kif ukoll kemm kien in-numru ta' hold ups rapportati lill-pulizija matul l-istess perijodu ta' snin sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Mejju 2000, ġew irrapurtati lill-Pulizija 3 każi ta` hold up, li wieħed minnhom irriżulta li kien rapport falz. F`dawn iż-żewġ hold ups huwa rrapurtat li nsterqu Lm8,018 u għad m`humiex solvuti.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, għal dak li jirrigwardja n-numru ta` hold ups irrappurtati lill-Pulizija mill-1996 sat-8 ta` Mejju, 2000, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16027, filwaqt li għal perijodu mid-9 sal-31 ta` Mejju 2000, ninsab infurmat li ġew irrappurtati 2 hold ups. Dwar in-numru ta` persuni mressqa l-Qorti ninsab infurmat kif ġej:
1996 1997 1998 1999 2000*
---- ---- ---- ---- ----
Persuni mressqa l-Qorti 6 12 14 27 6**
* Sa Mejju
** Tlieta kienu akkużati b`hold up li seħħ fl-1997
Jista' l-Ministru jaġġorna l-mistoqsija parlamentari 15900 għax-xahar ta' Mejju? Jista' jinkludi kemm kienu l-każi ta' abbużi fuq it-tfal taħt l-eta' u ta' vjolenza fuq l-anzjani rapportati lill-pulizija matul Jannar u Mejju ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Mejju ta` din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija, 78 ta` serq minn residenzi privati, 117 każ ta` serq ta` vetturi u 712 każ ta` serq ieħor.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub għal din is-sena huwa kif ġej:
Tip ta` każi Jannar Frar Marzu April Mejju
------------ ------ ---- ----- ----- -----
Abbużi fuq tfal taħt 7 2 8 6 3
l-eta`
Offiża fuq persuna ta` 3 3 2 5 5
l-anzjan inklużi feriti
ta` natura ħafifa
Snatch & Grab 3 4 9 4 3
Hold up - - - 3 -
Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-aħħar żewġ gwardjani tal-ħabs li jaħdmu fid-diviżjoni fejn hemm Dr Lawrence Pullicino ġew sospiżi mid-dmirijiet tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti r-raġunijiet li wasslu għal dawn is-sospensjonijiet u min ħa din id-deċiżjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda gwardjani li kienu jaħdmu fid-diviżjoni li fiha tinżamm il-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li ġew sospiżi mix-xogħol tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid xi studji u riċerki għamlet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-effett fuq saħħet il-bniedem mill-mobile antennas qabel din ħarġet is-seba' permessi li diġa' ħarġet?
Response (BORG, TONIO)
L-Awtorita` ta` l-Ippjanar mhix l-Awtorita` kompetenti li tagħmel studji jew riċerka dwar l-effett fuq saħħet il-bniedem minn l-apparat li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. L-Awtorita` qiegħda tipproċessa kull applikazzjoni li tirċievi għal dan l-apparat b`mod normali u fejn l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta` l-ippjanar il-permess jinħareġ. Dan qed ikun soġġett, pero`, għal kundizzjoni li l-applikant ikollu l-awtorizazzjoni relevanti minn naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa u jottempra ruħu ma` xi kundizzjonijiet li d-Dipartiment jista` jimponi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15804, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-maġġoranza l-kbira u ġeneralment l-extra duties mal-banek imsemmija jsiru mill-istess membru tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ħinijiet li tkun meħtieġa l-extra duty ma` dawn iż-żewġ banek partikolari imsemmija mill-Onor. Interpellant, huma inqas minn dawk ta` banek oħra. Għaldaqstant, ikun hemm membri tal-Korp li minħabba x-xift li jaħdmu ma jkollhomx il-ħin li jagħmlu extra duty f`postijiet oħra, u għalhekk ikunu dettaljati aktar drabi f`dawn iż-żewġ banek.
Jista' l-Ministru jgħid il-pulizija kemm irċeviet rapporti, u eventwalment investigatx każi dwar rapporti ta' telefonati anonimi, mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Jista' jgħid, b'riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet, il-pulizija kemm tellgħet nies il-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-31 ta` Mejju 2000, il-Pulizija kellha 2,050 rapport ta` telefonati anonimi u ġew imressqa quddiem il-Qorti 42 persuna.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-bidu tas-sena 2000 kontra dawk li rmew radam fl-inħawi tad-Dwejra f'Għawdex? Kontra min ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija flimkien ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qegħdin jinvestigaw il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmat ukoll li l-inħawi milquta qed jiġu sorveljati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, xi drabi bl-assistenza tal-Pulizija. L-Awtorita` qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarja sabiex jiġi stabbilit is-sid ta` l-art w eventwalment tinħareġ 'letter to prosecute' skond kif ipprovdut fil-Liġi ta` l-Ippjanar.
Ta` min jgħid li sal-bidu ta` Jannar tas-sena 2000 l-Awtorita` ħarġet tliet Avviżi ta` Nfurzar, u wara rapport ta` l-istess Awtorita`, il-Pulizija ħadet ukoll azzjoni legali kontra persuna oħra.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' każijiet rrapportati lill-Pulizija ta' pedestrians li ttajru mill-vetturi matul dawn l-aħħar 5 xhur tas-sena? Kemm minnhom kienu fatali? Kemm minnhom għadhom qed jiġu investigati u kemm tressqu nies il-qorti akkużati bin-nuqqasijiet li kkawżaw dawn l-inċidenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Mejju ta` din is-sena, il-Pulizija kellha rapportati 88 każ ta` inċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu pedestrians. F`dawn l-inċidenti tilfu ħajjithom żewġ pedestrians. Infurmat ukoll li 18-il każ għadhom qed jiġu nvestigati, filwaqt li tressqu quddiem il-Qorti 24 persuna b`konnessjoni ma` dawn il-każi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura twaqqfet mill-pulizija biex isir it-test tal-breathalyser matul l-ewwel 4 xhur tas-sena? Kemm instabu li kienu fuq il-limitu? Kemm minnhom kienu ġew misjuba pożittivi f'xi darba oħra? Kemm minnhom kienu barranin u ta' liema nazzjonalita' kienu?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16502, ninsab infurmat li ħadd minn dawk li rriżultaw pożittiv ma kien ġie misjub pożittiv f`xi darba oħra.
Ninsab infurmat ukoll li 4 minn dawk misjuba pożittivi kienu ta` nazzjonalita` barranija - tnejn Libjani, wieħed Taljan u l-ieħor minn Wales.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet mill-pulizija fl-ewwel 4 xhur tas-sena talli ma' aċċettatx li jagħmel it-test tal-breathalyser? Kemm minnhom kienu barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel 4 xhur ta` din is-sena in-numru ta` persuni li l-Pulizija ressqet il-Qorti talli irrifjutaw li jagħtu kampjun tan-nifs kien ta` 18 u li ħadd minnhom ma kien ta` nazzjonalita` barranija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-bankina ta' quddiem il-ħabs fi Triq Valletta, Paola Hill? Jista' jgħid min kien il-kuntrattur? Jista' jgħid min tefa' wkoll quotations/tenders għall-imsemmi xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-bankina ta` quddiem il-ħabs swiet Lm10,469.
Ninsab infurmat ukoll li l-kuntrattur li għamel ix-xogħol tal-bankina huwa l-istess wieħed li qiegħed jagħmel ix-xogħol fuq il-proġett tal-Ħabs u dan minħabba li x-xogħol tal-bankina kien jifforma parti mit-Tender għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq is-sistema tat-traffiku ħdejn il-Madonna ta' Lourdes fi Triq Valletta, Raħal Ġdid (konness ma' l-estensjoni tal-Ħabs)? Jista' l-Ministru jgħid x'irriżultalu t-Traffic Control Board fir-rigward ta' dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Minsitru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu/saru enquires/ilmenti/suġġerimenti dwar in-North Harbour Plans s'issa? Saru suġġerimenti minn xi kunsill lokali? Jekk iva, x'kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li sad-9 ta` Ġunju, 2000, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet 296 sottomissjoni bil-miktub dwar in-North Harbours Local Plan. Inġabru wkoll 111-il kumment waqt il-laqgħat ta` konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-istess Pjan Lokali.
Żewġ Kunsilli Lokali ssottomettew il-kummenti tagħhom kif ġej :
Gżira: fuq il-Poliklinika; fuq Triq ix-Xatt, u Triq Testaferrata.
Swieqi: fuq Strateġija, Ħwienet Lokali/Town Centres, Resident Parking Zones, Parkeġġjar, Regional Road Upgrading, Height Envelopes, Rezoning, Environmental Upgrading ta` Triq Swieqi u Triq il-Qasam, Wied Għomor - Rural Conservation Strategy, Wied Għomor - Barrieri.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu din is-sena mill-pulizija kontra r-rimi illegali ta' radam fl-inħawi tal-kampanja madwar il-Mellieħa? Kemm kien hemm każi u f'liema postijiet intefa' r-radam illegali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija qegħdha tagħmel ronda regolarment fil-lokalita` msemmija kontra l-abbuż li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmat ukoll li matul l-ewwel ħames xhur ta` din is-sena l-Pulizija qabdet żewġ persuni jitfgħu r-radam illegalment fl-inħawi tal-Qammieħ u Torri l-Abjad.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tibdiliet fil-local plans li qegħdin isiru biex jakkomodaw lill-promoturi tal-Manoel Island u Tigne' Project?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-abbozz tal-Pjan għall-portijiet tat-Tramuntana ma jinkludi l-ebda tibdiliet vis-a-vis il-proġett ta` Manoel Island ħlief fil-każ li l-iżvillupaturi jipproponu tibdiliet sostanzjali f`dawn l-għaxar snin li ġejjien, f`liema każ irid isir 'development brief' biex jindirizza sitwazzjonijiet differenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni (priġunieri) fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jista'l-Ministru jgħid mil-liema nazzjonalita' huma? X'inhi l-eta' tagħhom u s-sess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher hawn taħt : -
Tagħrif dwar persuni li kienu jinżammu l-ħabs
---------------------------------------------
fit-8 ta` Ġunju 2000
--------------------
Rġiel 227 Nisa 7 TOTAL
Maltin 166 Barranin 68 234
Dawk ta` nazzjonalita` barranija kienu mqassma kif ġej :
Libjani 44
Taljani 4
Ingliżi 2
Tuneżini 5
Eġizzjani 5
Yugoslavi 1
Alerġini 2
Sirjani 2
Olandiżi 3
Eta` ta` bejn Numru
------------- -----
15 - 17 3
18 - 20 10
21 - 24 30
25 - 29 49
30 - 34 46
35 - 39 37
40 - 49 39
50 - 59 15
60 yrs & over 5