Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ liċenzji li nħarġu taħt kull kategorija ta’ liċenzja, sena b’sena mill-2008 sal-2014 u jissegrega l-informazzjoni bejn Malta u Għawdex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audited financial statements tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza ghas-seduta 151 ta’ l-20 ta’ Mejju 2014 fejn ġew ppreżentati w approvati l-imsemmija ‘audited financial statements’.
Jista’ l-Ministrju jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kif kienet fl-aħħar tal-2012?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex isib tali informazzjoni huwa mitlub li jidħol fis-sit elettroniku tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu www.mta.com.mt fejn għandu jsib tali informazzjoni u liema struttura hija l-istess li kien hemm fl-aħħar tas-sena 2012.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kuntratti ta’ riklamar viġenti fl-2015 għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu lokalment u barra mill-Gżejjer Maltin, u jagħti d-dettalji ta' kemm huma l-ammonti involuti u tal-benefiċjarji mir-reklamar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti ta’ riklamar viġenti fl-2015 għall-Awtorita Maltija għat-Turiżmu tammonta għal €547,946. Il-kumpaniji nvoluti huma: Island Publication, Impact PR, IMNG Ltd, Mirabelle Communications, Travel Extra, Penton Publications, Green Traveller, FC Winterthur, ET &H, Primus, Dunken Magazine, Clear Channel, Blachreport, Mep Magazine, Olympia Verlag u Cresendo.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fuq bażi full-time u kors b'kors?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali li jattendu l-korsijiet fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi fuq bażi full-time huwa ta’ 624.
Hawn taħt huwa l-elenku ta’ kif dan in-numru ta’ studenti huwa mqassmin kors b’kors.
Isem tal-Kors
Numru ta’ studenti
Higher National Diploma in Hospitality Mangement
42
Higher National Diploma in Food and Beverage
6
Higher National Diploma in Tour Guiding
15
Higher National Diploma in Tourism Studies
7
Diploma in Food & Beverage Service
14
Diploma in Food Beverage & Production
151
Diploma in Hotel events Management
13
Diploma in Hotel Operations
20
Diploma in Room Division Operation
4
Diploma in Sports Tourism
7
Diploma in Tourism Information System
22
Diploma in Bars & Restaurant Operations
8
Diploma in Culinary Arts
92
Diploma in Events & Sports
35
Certificate in Food Preparation & Production
15
Certificate in Food Preparation & Service
100
Certificate in Hospitality Trades
6
Foundation in Tourism Enterprise
67
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fuq bażi part-time u kors b'kors?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali li jattendu l-korsijiet fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi fuq bażi part-time huwa ta’ 79.
Hawn taħt huwa l-elenku ta’ kif dan in-numru ta’ studenti huwa mqassmin kors b’kors.
Isem tal-Kors
Numru ta’ studenti
Wines & Spirits Education Trust
29
Pastry & Baking
14
Kitchen & Larder Intermediate
15
Tour Guide
21
San Pawl il-Baħar — Xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt f'San Pawl il-Baħar? Min qed iwettaq dan ix-xogħol u kemm hu stmat li se jiġi jiswa x-xogħol ta' restawr?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità Maltija ghat-Turiżmu qed timplimenta proġett ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja b’investiment ta’ €110,000. Dan il-proġett jikkonsisti f’xogħol ta’ restawr tal-faċċati tat-Torri ta’ Wignacourt, kif ukoll ir-restawr tal-‘beachpost’ ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
L-istess Awtorità ħarġet tender għax- xogħol li ntrebaħ f’Lulju ta’ l-2014 mill-Kumpanija AX Construction.
San Pawl il-Baħar — Restawr fil-Gżejjer ta' San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'xogħol ta' restawr hu mistenni li jsir fuq il-Gżejjer ta' San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar? Liema postjiet tal-gżejjer hu mistenni li jiġu restawrati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza ghar-risposta li ngħatat fis-seduta tad-13 ta’ Ottubru 2014 għall-mistoqsija parlamentari bin-numru W300 magħmula minnu stess
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema kampanja pubbliċitarja u ta' promozzjoni għal pajjiżna ta sehmu bejn Ġunju 2014 u Novembru 2014 l-ex player internazzjonali Argentin li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li mieghu l-MTA ffirmat kuntratt f'Mejju li għadda?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
F’Mejju tal-2014, l-MTA ħejjiet programm lil persuna msemmija separatament, fejn ġie mitlub sabiex jagħmel ‘filming u photo shoot’ f’Malta u f’Għawdex sabiex jintużaw bħala promozzjoni għall-Gżejjer tagħna fil-qasam tat-Turiżmu Sportiv u Gruppi ta’ inċentivi. Il-‘filming u photo shoot’ juru lill-persuna msemmija separatament jippratika numru ta’ attivitajiet sporitvi, fosthom kampijiet tat-training tal-futbol, ibburdjar, ċikliżmu, ‘rock climbing’, ‘diving’ u ‘kayaking’.
Ġiet krejata
‘website’
li tinkludi
‘ebook’
u
‘video’
tal-persuna msemmija separatament li jirritrattawh f’Malta, u numru ta’
‘posters’
u
‘roll-ups’
li qed jintu¿aw f’numru ta’ fieri ġewwa l-Italja bhat-TTG Fair u l-MICE Roadshows .
Fost aktar promozzjoni hemm kampanja pubbliċitarja fuq
www.rai.it
, kif ukoll promozzjonijiet fuq diversi
‘social media´
fosthom facebook, twitter u iblogdimalta. Ma’ jonqosx ukoll promozzjoni fuq
www.visitmalta.it
u
www.meet-malta.it
sabiex nattiraw gruppi ta’ inċentivi għall-
‘football training camps’
li ser ikun qed jieħu ħsiebhom il-persuna msemmija separatament. Dawn mistennija jsiru f’pajjiżna ghall-Marzu 2015. Din il-kampanja tkopri wkoll numru ta’
‘newsletters’
li jintbagħtu lill-aġenti ta’ l-ivjaġġar ġewwa l-Italja li magħhom jsiru laqgħat minn xahar ghal xahar.
Għaldaqstant tali promozzjoni li qed isir fuq diversi binarji għandha tkun ta’ inċentiv biex jiżdied it-turiżmu sportiv, kif ukoll it-turiżmu mill-Italja fuq bażi aktar wiesgħa.
Jista' l-Ministru jgħid s’issa kemm ġie jiswa lill-MTA il-ftehim li sar mal-ex player Internazzjonali Argentin li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Peress illi l-ftehim bejn l-MTA u l-persuna msemmija separtament huwa ta’ natura kummerċjalment sensittiva, din l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk qattx saret offerta għax-xiri tas-Selmun Hotel fis-sena 2013 u 2014 minn xi interessi lokali u/jew barranin?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta li ngħatat lill-Onorevoli Ċensu Galea mill-Ministru għat-Turiżmu għall-Mistoqsija Parlamentari li ġġib in-numru 12070.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-Amministrazzjoni qatt ma nediet sejħa ghall-offerti ghall-ghoti tal-lukanda in kwistjoni ħhala konċessjoni. Għalhekk qatt ma setgħet issir offerta f’dan ir-rigward. Pero’ naċċerta lill-istess Interpellant illi l-Gvern s-sena d-dieħla se jniedi proċess kompetittiv fejn il-lukanda Selmun tingħata lill-privat b’rispett dejjem lejn il-prijoritajiet turistiċi ta’ pajjiżna.
Dan il-Gvern hu determinat li ma jagħmilx bħall-amministrazzjoni preċedenti fejn is-soluzzjonijiet tagħha kienu li tagħlaq Selmun, tkeċċi lill-ħaddiema u tikkonduċi proċess biex terġa’ tiftaħ il-lukanda li falla mill-ewwel.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li ħaddiema fl-Air Malta, li kienu trasferiti f’dipartimenti bħall- cargo section, kemm qabel kif ukoll wara l-pjan ta’ ristrutturar, issa ġew mogħtija re-grade minn clerk għall-assistant officer, liema re-grade ingħata lilhom bl-arretrati fl-aħħar paga)? Jista’ jikkonferma li impjegati bħal dispatchers u load controllers, li minn dejjem kienu assistant officers, ġew re-graded ukoll għal officers, b’arretrati mogħtija wkoll fl-aħħar paga? Jista’ jikkonferma jekk ġewx re-graded xi impjegati fil-passenger handling apparti dawk li ġew promoted minħabba li saret xi inġustizzja magħhom? Jekk iva, x’kienet din l-inġustizzja u liema azzjoni ħadet il-kumpanija u l-management fil-konfront ta’ min wettaq l-inġustizzja, kif ukoll fil-konfront ta’ min gawdha minnha? Jikkonferma jekk dawn ir-re-grades kinux ġusti? Jista’ jagħti risposta separata għal kull mistoqsija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta tikkonferma illi l-eżerċizzju li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa fil-fatt l-eżekuzzjoni ta’ negozjati mnieda mill-maniġment tal-kumpanija fl-2012, liema proċess sar bi ftehim mal-GWU li tippreżenta lil din il-kategorija ta’ ħaddiema. Inħasset il-ħtieġa ta’ ‘re-grading’ għaliex numru ta’ ħaddiema kienu diġà qed jagħmlu xogħol ‘il fuq mir-responsabilitajiet tagħhom. L-arretrati fil-paga li ngħataw dawn il-ħaddiema kienu previsti u bbaġitjati fil-Pjan ta’ Ristrutturar.
Anki fil-kaz tad-dispatchers u load controllers, ir-
‘re-grading’
illi sar jinkwadra fil-qafas tal-eżerċizzju ċċitat iktar qabel u ngħataw l-arretrati lil dawk il-ħaddiema li kellhom ir-responsabbilita’ ta’ xogħol superjuri għall-grad li kienu fih qabel dan l-eżerċizzju. Minn dan ir-
‘re-grading’
l-Air Malta akkwistat iktar flessibilità u effiċjenza.
Il-proċess ta’
‘re-grading’
li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa wieħed ġust u distint għal kollox minn każijiet ta’ inġustizzji mressqa minn ex/ħaddiema tal-Air Malta. Il- każijiet li fihom ġiet allegat inġustizzja qed jinstemgħu individwalment minn
Grievance Unit
indipendenti u azzjonijiet kumpensatorji jittieħdu fiż-żmien li ġej abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-
Grievance Unit
skont parametri moghtija lill-istess Unit.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta ħatret lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala CFO ġdid u se jibda dalwaqt? Jekk fl-affermattiv, jista’ jinforma kemm hi l-wage package tiegħu inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta tikkonferma li l-persuna msemmija separatament, espert fl-avjazzjoni, huwa l-persuna magħżula għall-kariga ta’ Chief Financial Officer (CFO) wara proċess ta’ intervisti li saru lil numru ta’ kandidati prospettivi hekk kif l-istess kariga ġiet vakanti. Huwa previst li l-persuna msemmija separatament jibda l-ħidma tiegħu fl-ewwel kwart tas-sena 2015. Il-wage package tal-persuna msemmija separatament kif ukoll il-kundizzjonijiet u obbligi l-oħra tal-kuntratt ta’ impieg tiegħu ghadħom ma daħlux fis-seħħ u jkun għalhekk prematur li tingħata informazzjoni fuq kuntratt li għadu ma huwiex eżegwibbli f’dan l-istadju.
Jista’ l-Ministru jinforma jekk jeżistix xi programm ta’ fondi jew inċentivi għal min huwa interessat jiftaħ boutique hotel billi jikkonverti post antik? Jekk iva, x’għandu jagħmel wieħed biex jibbenefika? Jekk le, il-Gvern għandu intenzjoni li jgħin f’dan is-settur turistiku?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-klassifikazzjoni ta’ ‘Boutique Hotel’ ma teżiztix bhala klassifikazzjoni ghal rasha, iżda akkomodazzjoni tat-tip ‘boutique hotels’ tista’ taqa’ f’tip jew ieħor t’akkomodazzjoni.
Għaldaqstant, il-Gvern għandu l-ħsieb li l-klassifikazzjoni ta’
boutique hotel
kif ukoll ta’
palazzin
jiġu fis-seħħ u ntrodotti fil-liġi biex b’hekk, kull mezz ta’ fondi, inċentivi jew kull forma oħra ta’ għajnuna tkun tista’ tiġi kkunsidrata għal min huwa interessat jiftaħ
boutique hotel
jew
palazzin
.
Madankollu, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) qegħda preżentament tgħin lill-applikanti li jkunu se jikkonvertu postijiet antiki biex jibbenifikaw minn tnaqqis fil-miżata tal-applikazzjonijiet tagħhom mal-MEPA.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-iktar ħames mistoqsijiet frekwenti mill-pubbliku, li ġew irreġistrati fis-sistema li tintuza mill-uffiċċju tal-customer care tal-Ministeru tiegħi kienu dwar: (i) Informazzjoni dwar taħriġ fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi u opportunitajiet ta’ work placements; (ii) Titjib f’attrazzjonijiet u manutenzjoni ta’ zoni turistiċi; (iii) Applikazzjonijiet għall-konverżjoni ta’ propjeta’ f’akkomodazzjoni turistika; (iv) Informazzjoni dwar l-iskema EKO ċertifikazzjoni għall-akkomodazzjoni f’farmhouses; u (v) Informazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-marka Quality Assured (QA) għar-ristoranti.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tiegħi, m’hu ser togħla l-ebda miżata.
Kif tista’ tapprezza l-Onor. Interpellanti għalkemm il-Ministru jifhem għalfejn hija interponiet tali domanda, issa tapprezza illi dan il-Ministeru għas-sena 2015 m’hux se żżid l-ebda
‘fee of office’
Ministeru għat-Turiżmu — taxxi, tariffi jew miżati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li żdiedet miżata fil-kaz tal-Air Malta u dan fl-20 ta’ Settembru 2011 fejn żdiedet it-tariffa tal-bookings minn €10 għall-€15.