Legislature:
Category:
Reset
Active:

Manikata — Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' ilment li tressqu mir-residenti tal-Manikata dwar it-trasport pubbliku? X'passi ttieħdu u x'inhija s-sitwazzjoni llum kemm tal-awtorita' u tar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħala numru ta` każijiet ta` ilmenti mresqa, minn diversi lokalitajiet, fl-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku ma jinżammux dawn it-tipi ta` records. Għal dak li jirrigwarda l-ilmenti mir-residenti tal-Manikata, l-Awtorita` ilha ma jkollha lmenti li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant, u għalhekk nitolbu jagħtini aktar dettalji.
Leg 9 PQ #21533 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Tarxien — Triq il-Wilġa - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-parti ta' Triq il-Wilġa, Tarxien li baqħet mhux asfaltata minkejja li diġa' ġew mgħoddija s-servizzi fiha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parti ta' Triq il-Wilġa li għadha mhix asfaltata jonqos isir l-iżvilupp fiha biex tkun tista' tinfetaħ għall-wisgħa li hemm bżonn. Il-Kunsill Lokali għamel wiċċ temporanju ta' asfalt biex in-nies fil-lokalita' jkunu jistgħu jinqdew sakemm isir aktar żvilupp.

Toroq — Link Road - Gżira

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qed jikkonsidra illi parti mil-link road tal-Gżira bejn Regional Road u x-Xatt tal-Gżira hijiex se tkun tikkonsisti minn tunnel ukoll u jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kif se jsir l-iżvilupp msemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jaħdem fuq alternattiva għal Link Road, Gżira u li tikkonsisti f`link minn taħt l-art. Outline application ġiet mibgħuta lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, iżda diskussjonijiet li qedgħin għaddejin jistgħu jfissru li l-pjanti ppreparati s`issa jkollhom bżonn xi modifications. Għalhekk il-pjanta mitluba mill-Onor. Interpellant ma tistax tiġi ppreżentata fil-Kamra għal issa.

Żabbar — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir fit-toroq ta' l-inħawi ta' Bulebel iż-Żgħir f'Ħaż-Żabbar? Għaliex ċertu xogħol ilu xahar sħiħ li beda u baqa' ma tlestiex bil-konsegwenza li ċerti residenti qed ikollhom problema biex jużaw il-garaxxijiet tagħhom? Min huma l-kuntratturi u meta suppost kellu jitlesta x-xogħol? Meta hu maħsub li jitlesta, triq b'triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li għaddej xogħol fil-lokal, kemm mill-Kunsill kif ukoll mid-Dipartiment tat-Toroq, l-Onor. Interpellant hu mitlub ikun aktar ċar għal liema xogħol qed jirreferi biex ikun jista' jingħata l-informazzjoni li għandu bżonn.
Leg 9 PQ #21531 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Toroq — Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir sleeping policeman ħdejn l-stop sign f'tarf Triq il-Pellikani int u dieħel għal Triq l-Isqof Tumas Gargallo, Tarxien peress illi hemm hekk ħafna jibqgħu ħerġin b'veloċita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #21520 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsijiet parlamentari Nru. 20915 u 19217, jien infurmat li ġew impjegati żewġ ħaddiema oħra ma' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku, waħda bħala Accounts Officer u l-ieħor bħala I.T./Project Manager.

Vapuri — Bandiera Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati vapuri taħt il-bandiera Maltija din is-sena? Kemm ġew imneħħija? X'kien it-tunnellaġ f'kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija nkluża fir-rapport annwali ta` l-Awtorita` Marittima ta` Malta li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra riċentement.

Valletta — Dħul ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadhiex tapplika l-liġi li vetturi bħal trakkijiet ma jistgħux jidħlu ġewwa l-Belt Valletta? Jekk iva, x'inhuma l-ħinijiet projbiti? Jista' jgħid kemm kien hemm persuni li kissru l-liġi mill-1996 sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Toroq

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 21374, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratti tat-toroq li saru ħlasijiet fuqhom u kemm hu t-tender value ta' kull kuntratt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Din l-informazzjoni tkun tista' tingħata meta tinġabar.

Wied il-Għajn — Triq Għaxqet l-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq Għaxqet l-Għajn, Wied il-Għajn għax tinsab fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq Għaxqet l-Ghajn kienet asfaltata snin ilu u qiegħda fil-programm ta` toroq li jrid isir xogħol fihom taħt il-proġett ta` l-embellishment f`Marsascala li qed titwettaq mid-Diviżjoni tax-Xogħloijiet tal-Ministeru għall-Ambjent. L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat biex jikseb aktar informazzjoni dwar il-prijorita` li qed tingħata din it-triq fil-programm ta` l-embellishment.

Għaxaq — Tal-Millieri - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu asfaltati t-toroq f'Tal-Millieri, f'Ħal Għaxaq li ilhom għal ħafna żmien imwiegħda li se jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq kellu diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali dwar it-toroq f`dan il-lokal u s-sejħa għall-offerti għal xogħol fihom mistennija joħorġu dalwaqt.

Posta — Letter Box

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax titqiegħed letter box fl-inħawi ta' Triq il-Poeżija u Triq is-Siġġiewi. Ħaż-Żebbuġ, billi l-ewwel letter box li hemm għad-dispozizjoni tar-residenti ta' l-inħawi tinsab xi elf metru 'l bogħod fi Triq tad-Dawl, Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f`ċirkostanzi bħal dawn il-Maltapost timxi fuq rakkomandazzjonijiet ta` l-Unjoni Postali Universali li jkun hemm kaxxa ta` l-ittri għal kull 3,000 resident. Ħaż-Żebbuġ hu fornut bin-numri ta` kaxxi ta` l-ittri ogħla minn dak rakkomandat mill-Unjoni Postali Universali. Għalhekk mhux possibbli li titwaħħal kaxxa ta` l-ittri addizjonali. Madankollu, il-Maltapost dejjem lest tikkunsidra talbiet mill-Kunsill Lokali biex xi waħda mill-Kaxxi ta` l-ittri eżistenti tiġi rilokata b`mod li l-lokalita` msemmija tkun moqdija aħjar - naturlament, mingħajr ma jinħoloq ebda nkonvenjent għar-residenti tal-lokalita` oriġinali.

Toroq — EU Standard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jaħseb li tkun l-ispiża għall-gvern biex iġib it-toroq ta' pajjiżna up to EU standard?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Masterplan li ħejjew il-konsulenti Ġermaniżi (Volume 3) li kopja tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fejn hemm breakdown dettaljat ta' l-istimi biex jitjiebu t-toroq arterjali.

Vetturi — Żmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi fuq it-triq illum? Jista' jagħti breakdown taż-żmien li għandhom dawn il-vetturi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' vetturi liċenzjati sat-22 ta' Novembru 2000 kien 246,484. Dawn huma maqsumin kif ġej: vetturi li għandhom 5 snin jew anqas - 77,237 vetturi li għandhom minn 6 snin sa 10 snin - 62,764 vetturi li għandhom minn 11-il sena sa 15-il sena - 41,037 vetturi li għandhom minn 16-il sena sa 20 sena - 25,864 vetturi li għandhom minn 21 sena sa 25 sena - 16,113 vetturi li għandhom 26 sena sa 30 sena - 10,752 vetturi li għandhom 31 sena sa 35 sena - 7,661 vetturi li għandhom 36 sena sa 40 sena - 2,695 vetturi li għandhom 'l fuq minn 41 sena - 2,361

VRT

Question

Għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament reġgħu bagħtu għaliha għal vehicle roadworthiness test meta kif jindika ċ-ċertifikat (li qed jintbagħat separatament) diġa' għamel dan it-test fi Frar li għadda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet jibgħat javża individwalment lil dawk is-sidien li l-vettura tagħhom ikun imissha li tagħmel il-Vehicle Roadworthiness Test qabel tiġġeddilha l-liċenzja. F'dan il-każ partikolari, il-vettura msemmija trid tiġi ttestjata qabel ma tiġġedded il-liċenzja f'Jannar tas-sena 2001. Għaldaqstant sidha għamel it-test fi Frar ta' din is-sena mingħajr ma kien mitlub jagħmel dan.

Vetturi — Skrappjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' karozzi jew vetturi li ġew skrappjati din is-sena? Kemm kien in-numru fis-sentejn ta' qabel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn l-1 ta' Jannar 2000 sa l-31 ta' Ottubru 2000 ġew skrappjati 3,535 vettura. Fis-sena 1998 u fis-sena 1999 ġew skrappjati 3,599 u 4,014 vettura rispettivament.

Tarxien — Triq San Anard - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq San Anard - parti minnha- f'Ħal Tarxien peress li tinsab fi stat li qajla tista' tgħaddi minnha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li parti biss minn Triq San Anard mhix asfaltata, u x-xogħol f'din it-triq isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol li jkollu quddiemu d-Dipartiment.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' flus li ntefqu fit-toroq sal-lum, matul din is-sena, kull triq separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ammont ta' flus li tħallas sa Ottubru ta' din is-sena fuq xogħol ta' toroq jammonta għal Lm2.3M. Sintedi pagamenti oħra għadhom qegħdin jiġu proċessati. L-informazzjoni mhix possibbli tingħata triq triq għaliex kull kuntratt tat-toroq ikopri kull darba diversi toroq f'daqqa, u għalhekk mhux possibbli li jinżamm kont għal kull triq. L-informazzjoni tkun tista tingħata skond il-valur tal-kuntratt partikolari.

Ta' Żwejt — Ilma tax-Xita

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 21161 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex, minkejja xi passi li ttieħdu biex jgħaddi l-ilma tax-xita minn taħt is-central strip li hemm quddiem l-appartamenti ent. BUC, Binja Ġublew tal-fidda, Ta' Żwejt, it-triq prinċipali għadha żżomm ħafna ilma tax-xita bil-konsegwenza li meta din tgħereq bl-ilma qed jittajjar ħafna ilma lejn dawn l-appartamenti kull meta jgħaddi t-traffiku wara xi maltempata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment biex jispezzjona l-lokalita`.

TV Stations

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 19585 rigward il-liċenżji mogħtija lit-TV Station?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba f'Mistoqsija Parlamentari Nru. 19585 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.