Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-għadd ta' mpjegati mal-Maltapost li jqassmu ittri fid-djar ?
Kemm hawn branch post officers, fejn jinsabu u kemm hawn letter boxes f'Malta u kemm f'Għawdex?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bħalissa l-għadd ta' pustiera li jqassmu ittri fid-djar huwa ta' 294.
In-numru ta' fergħat tal-posta jammonta għal 30 u dawn jinsabu fil-lokalitajiet li ġejjin:
Ħal-Balzan, Birkirkara, Birżebbuġia, Bormla, l-Gżira, il-Ħamrun, Ħal-Luqa, il-Mellieħa, l-Ajruport Nazzjonali ta' Malta, il-Marsa (l-Uffiċċju Ċentrali), il-Mosta, l-Msida, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal-Qormi, ir-Rabat ta' Malta, San Ġwann, tas-Sliema, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, il-Belt Valletta, Ħaż-Żabbar, Haż-Żebbuġ, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, ir-Rabat Għawdex, Għajnsielem, l-Għarb, in-Nadur u x-Xagħra.
F'Malta bħalissa hawn 478 kaxxa ta' l-ittri, waqt li f'Għawdex hemm 59.
B'riferenza għad-domandi parlamentari preċedenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarx aktar indaġni fuq il-bżonn veru, ta' poplazzjoni li qiegħda dejjem tiżdied ġewwa l-Fgura, sabiex tgħin biex twassal ħalli tiġi meħuda deċiżjoni pożittiva li jkun hemm ċentru postali adegwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li mill-aħħar stħarriġ li sar, jirriżulta li r-residenti tal-Fgura huma moqdija tajjeb bis-Sub-Post Office li hemm fi Triq Hompesch. Dan is-Sub-Post Office joffri ħafna mis-servizzi postali li normalment jinkisbu minn fergħa tal-Posta.
Madanakollu is-sitwazzjoni f'dan ir-rigward tiġi riveduta minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jagħti ordni li min hu inkarigat jieħu ħsieb li l-bozza li nqatgħet aktar minn xahar ilu f'ta' l-Għarar Lane Ħaż-Żabbar tinbidel? In-nuqqas ta' dawl huwa ta' periklu għall-ħames familji li jgħixu hemm hekk u diġa' kien hemm inċident serju ikkawżat mid-dlam.
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' talbiet biex isiru testijiet fuq samples ta' ilma li jirċievi l-konsumatur, minn individwi privati jew stabilimenti matul is-sena 2000?
Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet saru dawn it-talbiet, kemm minnhom ġew proċessati u f'kull każ b'mod separat x'irriżulta mit-testijiet li saru?
Jista' jgħid ukoll minn min saru dawn it-testijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti kunsiderazzjoni xierqa lit-talba ta' sid tal-maisonette li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament biex jitneħħa arblu tad-dawl mhux ikkomunikat fi triq li lanqas hi lesta, li ġie installat quddiem il-maisonette tagħhom?
Huma qed jitolbu li dan l-arblu jiġi mċaqlaq mill-anqas għaxar piedi sabiex jiġi quddiem l-appoġġ tad-dar tal-familja kkonċernata. B'dan il-mod jkun jista' jitnaqqas l-inkonvenjent peress illi fit-tieqa tal-familja kkonċernata li tagħti għall arblu hemm garaxx li fuqu hemm il-kamra tas-sodda. Dan apparti l-periklu eżistenti li dan l-arblu huwa sitwat eżatt mad-daħla tal-garaxx, qrib numru ta' garaxxijiet oħrajn.
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tat-telefon għax ma ħallsux il-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' bejn April u Diċembru 2000?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma ħallsux il-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' bejn April u Diċembru 2000?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema boilers tal-power station tal-Marsa għadhom bla filters? Meta se jiġu ntrodotti? Meta beda/se jibda jintuża jett b'anqas/bla kubrit f'din il-power station?
Possibbli l-Ministru jgħid meta twaħħlu l-arblil-ġodda tad-dawl fi Triq Strejnu, Żejtun/M'Scala?
Għaliex l-Enemalta għadha ma ttrasferitx il-mains fuq l-arbli l-ġodda biex tkun tista' taqla' l-arbli msaddin li issa saru ta' periklu għall-pubbliku minħabba li huma imsaddin, mgħawwġin u b'cables ta' l-elettriku mdendlin?
Jista' l-Ministru jara jekk il-kont tad-dawl u l-ilma li qed jinbagħat separatament huwiex korrett?
U jekk m'humiex korrett, jista' jintbagħat dak korrett lill-persuna in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li sa fejn għandu x'jaqsam ma' konsum ta' ilma, il-qari u l-kont huma korretti. Kienu konfermati aktar minn darba u l-konsum reġistrat jikkompara tajjeb ma' ta' qabel.
Fil-każ ta' l-elettriku, kien hemm dubju dwar il-qari ta' l-arloġġ relattiv, u għaldaqstant ħareġ kont li kien jinkludi biss is-service charge. Issa li ttieħed qari ieħor, l-ammont dovut għall-konsum, kif ukoll ir-rebates, ser jiġu nklużi mal-kont li jmiss.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21902?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Novembru tas-sena l-oħra saru 40,206 sigħat sahra fid-dipartimenti li jiffurmaw parti mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Is-sahra nħadmet fid-dipartimenti kollha u l-ħlas dovut kien jammonta għal Lm91,310 li sa tmiem is-sena li għaddiet tħallas kollu.
Jista' l-Ministru jikkonferma li wara li ntbgħatu xi ħaddiema Lascaris minn St Venera biex jitwaqqaf il-commerce division, kien hemm messaggiera li riedu jibqgħu St. Venera u rnexxielhom ipartu xogħlhom ma' general hand filwaqt li oħrajn fl-istess grad ta' messaggiera ma tħallewx jagħmlu arranġamenti simili?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22229 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid jekk ir-revisjoni li kienet saret dwar kemm hawn nies jaħdmu bi qliegħ f'Malta u Għawdex affetwatx il-male activity rate u l-female activity rate rispettivament għal dawk is-snin li għalihom saret ir-reviżjoni? Jekk dawn ġew affettwati, kif ġew affetwati?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21952?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Settembru 1998 u t-12 ta' Diċembru 2000 ġew impjegati 58 persuna mal-Korporazzjoni Enemalta. Minn dan it-total, 34 huma xufiera impressed li ġew impjegati fuq bażi permanenti. L-impjegati ġodda huma minn dawn il-lokalitajiet:
Siġġiewi 7 Birkirkara 4 Xagħra 4
Żurrieq 4 Mosta 3 Ħaż-Żebbuġ 3
Raħal Ġdid 3 Attard 3 Safi 2
Qrendi 2 Rabat 2 Qormi 2
Qawra 1 San Ġwann 1 Żejtun 1
Mqabba 1 Sannat 1 Qala 1
Dingli 1 Żabbar 1 Tarxien 1
Fgura 1 Għaxaq 1 Mġarr 1
Santa Luċija 1 Għajnsielem 1 Victoria 1
Ħal-Far 1 Marsa 1 Nadur 1
Xewkija 1
Matul l-istess perjodu ġew ingaġġati 17-il apprentist li huma minn dawn il-lokalitajiet:
Luqa 2 Qrendi 1 Msida 1
Cospicua 1 Żabbar 1 Dingli 1
Qormi 1 Lija 1 Mosta 2
Naxxar 1 Marsaskala 1 Vittoriosa 1
Żejtun 1 Fgura 1 Żabbar 1
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21945?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li qed issir riferenza għalih ġew impjegati 14-il persuna mal-Maltacom. Dawn il-ħaddiema ġodda huma minn dawn il-lokalitajiet:
Żejtun 4 Mosta 2 Burmarrad 1
Għaxaq 1 Santa Venera 1 Naxxar 1
Marsaskala 1 San Pawl il-Baħar 1 Santa Luċija 1
Sliema 1