Jista’ l-Ministru jikkonferma fir-rigward tal-Vitals Healthcare Group jekk:
a. saritx
due diligence
li twassal għall-identità tal-
ultimate beneficial owners
;
b. jekk it-tali
due diligence
identifikatx l-identità ta’ kull
ultimate beneficial owner
li għandu mill-anqas 2% tal-ishma tal-kumpannija;
c. jekk il-Gvern għandux kontroll fuq il-bejgħ ta' ishma minn
ultimate beneficial owners
;
d. min għamel it-tali
due diligence
; u
e. għal liema raġuni l-Gvern qiegħed iżomm mistura l-identità tal-
ultimate beneficial owners
?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret due diligence fuq l-identità tal-ultimate beneficial owners. Il-kuntratti li ġew imqegħda fuq il-mejda tal-Kamra jipprovdu dwar proċeduri dwar it-trasferiment tal-ishma.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet nhar ta’ Sibt fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba dil-mistoqsija ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru nhar ta’ Sibt fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u minn Jannar sa Settembru 2016 jinsabu fit-tabella t’hawn taħt.
Year
Number of operations: Saturdays
2013
5123
2014
6236
2015
6868
Jan - September 2016
5292
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba dil-mistoqsija ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u minn Jannar sa Settembru 2016 jinsabu fit-tabella t’ hawn taħt.
Year
Number of registered operations
2013
47274
2014
51531
2015
52889
Jan – September 2016
41799
Jista’ jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba dil-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru fl-Isptar Generali t’Ghawdex fl-2013, fl-2014, fl-2015 u minn Jannar sal-20 ta’ Ottubru 2016 jinsabu fit-tabella t’hawn taħt.
Year
No of operations performed at GGH
2013
2707
2014
3147
2015
3922
Jan - 20th October 2016
3237
Sptar Mater Dei – feriti kkaġunati minn armi tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies fl-Isptar Mater Dei jsofru minn feriti kkaġunati minn armi tan-nar, bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ nies li ddaħlu l-Isptar San Luqa u l-Isptar Mater Dei bejn l-2006 u Settembru tal-2016 jsofru minn feriti kkaġunati minn armi tan-nar jammontaw għal 75.
Dan l-ammont jinkludi ukoll dawk il-pazjenti li ġew mill-Libja sabiex jieħdu l-kura għal-feriti ikkaġunati minn armi tan-nar, fl-isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi minn ommijiet li kienu qed isofru minn drug addiction bejn l-2006 u din is-sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat, u x'età kellhom l-ommijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2006 u l-2015 twieldu 197 il-tarbija minn ommijiet li ġew irraportati li sofrew minn xi forma ta’ illegal drug addiction waqt it-tqala. It-tabella t’ hawn taħt turi d-dettalji sena b’sena u skont l-età tal-omm.
Eta’
2006
2007
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
2015
Total
10-14
0
0
2
0
0
0
0
0
0
0
2
15-19
0
5
7
5
1
0
0
0
1
1
20
20-24
4
5
8
7
4
9
3
6
3
2
51
25-29
3
4
6
6
6
10
10
5
10
4
64
30-34
2
4
4
3
4
6
4
5
3
6
41
35-39
0
1
0
0
2
0
6
2
2
3
16
40-44
0
0
1
1
0
0
0
1
0
0
3
Total
9
19
28
22
17
25
23
19
19
16
197
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li twieldu mejta, li mietu wara sebat ijiem ħajja jew li mietu bejn 8 u 28 ġurnata ħajja bejn l-2006 u l-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn is-sena 2006 u 2015 kien hemm 393 tarbija li twieldet mejta, jew li mietet wara sebat ijiem ħajja jew li mietet bejn 8 u 28 ġurnata. It-tabella t’hawn taħt turi d-dettalji ta’ dawn l-imwiet sena b’sena.
Year
Stillbirths
Deaths up to 7 days
Deaths from 8-28 days
2006
11
4
5
2007
12
17
3
2008
29
21
3
2009
28
14
4
2010
18
16
2
2011
28
19
4
2012
19
17
2
2013
22
15
3
2014
27
15
1
2015
18
12
4
Total
212
150
31
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jieħu t-tmexxija tal-Garaxx tal-Ambulanzi? Jista' jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu biex jieħu din il-pożizzjoni? X'paga u allowances għandu? Il-kariga hija b’kuntratt (u għal kemm żmien) jew indefinita?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnha ilha mpjegata mal-gvern għal dawn l-aħħar 16 il-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid, wara li sar l-eżami tal-paramedic aids fl-2015 u ħareġ ir-riżultat, kemm minn dawk li għamlu l-eżami ġew impjegati u meta ġew impjegati? Jista’ jikkonferma li r-riżultat li ġie ppubblikat inbidel, għaliex fil-fatt kien hemm min għamel l-eżami meta ma kellux il-kwalifiki meħtieġa biex jagħmel dan l-istess eżami?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġew ingaġġati total ta’ 11 l-Paramedic Aide matul din is-sena. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-kumplament tal-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Servizzi Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilita — Standards Nazzjonali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19793, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Istandards Nazzjonali tas-Servizzi Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità humiex se jiġu wkoll osservati fir-Residenzi/Hostels fejn hemm jgħixu persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali u l-Health Care Standards Directorat jagħmlu sorveljanza fuq il-hostels fejn jgħixu persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li l-Gvern ta lill-Fondazzjoni Richmond biex jiġu megħjuna persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali s-sena l-oħra? Liema kienu s-servizzi li ġew mogħtija l-fondi u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja għal kull servizz mogħti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali u l-Health Care Standards Directorat jagħmlu sorveljanza fuq il-hostels fejn jgħixu persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali.
Persuni li ddaħħlu l-isptar kawża ta’ xorb eċċessiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv matul l-2016 sad-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? X’kienet l-età tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghat-tabella t’ hawn taht u ninformah ukoll illi dawn il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji:
Kategorija A: Sintomu ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, jew stat ta’ ‘withdrawal state’ minħabba li min jkun dipendenti fuq l-alkoħol jkun waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol.
Kategorija B: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda l-persuna ma kinitx dipendenti fuq l-alkoħol.
Kategorija C: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol.
Minn Jannar sa Settembru 2016:
Kategorija A
Kategorija B
Kategorija C
Eta'
Nisa
Irġiel
Total
Nisa
Irġiel
Total
Nisa
Irġiel
Total
<15
5
3
8
15-24
22
27
49
25-34
3
3
5
31
36
1
1
35-44
4
11
15
6
31
37
5
5
45-54
2
10
12
11
24
35
3
3
55-64
5
6
11
7
24
31
3
9
12
65-74
2
10
12
2
9
11
9
9
75-84
1
4
5
85+
1
1
1
1
Mhux Speċifikat
1
1
Total
13
40
53
59
155
214
3
28
31
GRAND TOTAL:
298
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li taw id-demm fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu rġiel u kemm nisa, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema gruppi ta’ etajiet kienu ġejjin, sena b’sena b’mod separat ? Jista’ jgħid ta’ liema blood group kienu dawk li taw id-demm, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid ukoll kemm–il unit ta’ demm ingħata fl-istess perjodu, sena b’sena b’mod separat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mid-Dipartiment tas-Saħħa lill-persuni li jbatu bid-dijabete matul l-2016 sad-data meta tkun imwieġba din il mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’siringi li tqassmu lill-persuni li jbatu bid-dijabete matul l-2016, minn Jannar sad-19 ta’ Ottubru huwa ta’ 1,660,400.