San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar – rapporti ta’ mugging
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti ta' 'mugging' fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar, matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena, xahar b'xahar, lokalità b’lokalità? Jista' jgħid x’nazzjonalità kienu l-vittmi? Minbarra hekk, jista' jgħid kemm kien hemm każi li ġew solvuti minn dawn ir-rapporti ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu indikat u cioe bejn Jannar u April ta’ din is-sena, kien hemm żewġ każi ta mugging irraportati f’San Pawl il-Baħar. Ma kienx hemm każijiet irraportati il-Mellieha u n-Naxxar. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom sejrin, fiż-żewg każi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex iħejji l-pjan strateġiku u operattiv għall-Forzi Armati ta’ Malta skont kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali tal-Partit fil-Gvern?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kkonfermat li l-pjan strateġiku u operattiv għall-Forzi Armati ta’ Malta skont kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali beda jiġi mħejji.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Riforma fil-Bord tal-Viżitaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex riformat il-Bord tal-Viżitaturi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex dan ikun effettiv anke bl-involviment ta’ aktar għaqdiet voluntiera skont kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali tal-Partit fil-Gvern?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda membru tal-Bord tal-Visitaturi kif kompost ma’ jifforma parti minn xi għaqda non governattiva u/jew għaqda voluntiera, nonostante’ dan il-fatt il-Bord kif kompost qiegħed jagħmel diversi kuntatti ma’ għaqdiet non governattivi, kif ukoll dawk voluntiera, kemm għaqdiet u kemm individwi bl-għan ewlieni jkun dak li jtejjeb il-kuntatti u l-involviment dirett, liema involviment ikun wieħed li jinħass sabiex il-ħajja ta’ kuljum tal-priġunieri fi ħdan il-faċilita korrettiva ta’ Kordin tkun waħda aħjar.
Jista’ l-Ministru jelenka l-inizjattivi li ħa l-Ministeru tiegħu sal-jum li fih qed issir din l-interpellanza biex jiġu megħjuna l-vittmi tat-tifun tal-ġimgħa l-oħra fil-Filippini li ħalla miljuni ta’ vittmi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministeru sissa għadu ma ħax inizjattivi biex jiġu megħjuna l-vittmi tat-tifun tal-Filippini. Ovjamament jekk hemm mezz biex pajjiżna jagħti din l-għajnuna, din l-possibilta tiġi evaluata. Nieħu l-okkażjoni biex ngħarraf lil din l-kamra li nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju 2014, il-protezzjoni ċivili ser torganizza fund raising event b’risq il-vittmi tat-tifun tal-Bosnija.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Lista’ ta’ inizjattivi għall-għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ inizjattivi ta’ ġbir ta’ materjal bħal ikel u ħwejjeġ li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħa u għamel fl-aħħar ħames snin biex jiġu megħjuna vittmi ta’ diżastri naturali ’l hinn minn xtutna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Fl-2009 saret ġabra fejn il-pubbliku intalab jagħti oġġetti bħal ikel fil-bottijiet, ilma u kutri għall-vittmi tal-Palestina (Gaza). Dawn l-oġġetti ġew mibgħuta bl-għajnuna tal-Medavia li ħallset l-ispejjeż tat-trasport.
Fl-2009 saret talba oħra għall-għajnuna mill-pubbliku. Intalab xi materjal kif ukoll flus depożitati f’kontijiet miftuħa apposta mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn il-flus intalbu sabiex ikopru l-ispejjeż sabiex jitwassal il-materjal miġbur lejn l-Indonesia.
Fl-2010 intbagħtu erba’ kontejners mimlijin b’ikel, juices, ilma u kutri lejn Haiti bħala għajnuna għall-vittmi tat-terremot, wara sejħa oħra għall-għajnuna mill-pubblika . Id-Dipartiment bagħat dawn il-provisti bl-għajnuna tas-Socjeta’ tas-Salesjani.
Fl-2010 intbagħtu tliet kontejners mimilijn b’saqqijiet u kutri lejn l-Albania bħala għajnuna għall-vittmi tal-għargħar. Dawn il-kontejners twaslu bil-kollaborazzjoni tas-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar.
Fl-2011 intbagħtu madwar 150 tunellata ta’ ilma minerali fi fliexken lejn il-Libja. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għen ukoll finanzjarjament fir-ripatrijazzjoni ta’ persuni mill-Libja wkoll
Korp Pulizija – surġenti eleġibbli biex isiru maġġuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sat-12 ta’ Novembru 2013, kemm indivdwu jrid ikun ilu Surġent fil-Korp Pulizija biex ikun eliġibbli għal Maġġur?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond iċ-Ċirkulari GHQ Nru. 61/2013 tal-4 ta’ Settembru 2013, dawk il-membri tal-Korp li kienu jokkupaw il-grad ta’ Surġent tal-Ewwel Klassi (jiġifieri wara sitt snin fil-kariga) fil-Korp, setgħu japplikaw u jiġu kkunsidrati għall-ħatra ta’ Surġent Maġġur tat-Tieni Klassi.
B'referenza għall-Maġġuri fil-Korp Pulizija li nħatru fit-13 ta’ Novembru 2013, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ilhom fir-rank ta' Surġent, wieħed wieħed?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 6046
Jista’ l-Minsitru jgħid min hu l-uffiċjal li qed imexxi d-Detention Services bħalissa u jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm tibdil fit-tmexxija fil-futur qarib?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Detention Centre jitmexxa mis-Sur Mario Schembri, kieku hemm ħsieb ta’ bidla fit-tmexxija, kienet tingħata l-informazzjoni kif dejjem ingħatat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li qadu għall-eżamijiet fiżiċi tal-Armata? Kemm qadu għall-eżamijiet bil-kitba u kemm kienu li għaddew u meta hu maħsub li jiġu ngaġġati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għall-ingaġġ ta’ suldati regolari li magħom kienu inklużi il-mużiċisti u suldati atleti (KMS Athlete Scheme), Uffiċjali Kadetti u bdoti beda f’Jannar ta din is-sena wara sejħa fil-gazetta tal-Gvern. Il-proċess wasal fl-aħħar stadji tiegħu u huwa maqsum f’ħames stadji:
· Eżami Fiżiku (Kollha)
· Awdizzjoni (Suldati Muzicisti)
· Eżami tal-Kitba (għal dawk li applikaw għal suldat u ma laħqux il-kriterji meħtieġa)
· Interview (Kollha)
· Eżami Mediku (Kollha)
It-tabella hawn taħt tispjega aktar fid-dettal ir-riżultati magħrufa sa issa:
Applikaw
Eliġibli
Poġġew Eżami Fiżiku
Għaddew
Eżami Fiżiku
Attendew Eżami Malti
Attendew Eżami Matematika
Attendew Eżami Ingliż
Suldati Rekruti (jinkludu Muzicisti & Atleti)
911
892
682
588
248
261
191
Ufficjali Kadetti
41
31
25
24
NA
NA
NA
Bdoti
8
6
5
5
NA
NA
NA
Bħalissa ir-rekluti qedin fit-tielet fażi fejn qegħdin jistennew ir-ri¿ultat ta’ l-eżamijiet (dawk li ma kellhomx kwalifiċi mil-bidu) mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fil-Ministeru ta l-Edukazzjoni. Fil-fatt il-figuri ġewwa it-tabella juru biss l-ammont ta applikant li poġġew għall-ezami. Fil-fatt bħalissa qedin nistennew li fil-ġranet li ġejjien joħorgu dawn ir-riżultati finali.
L-Uffiċjali Kadetti u l-bdoti lestew l-interviews u qedin jistennew ir-ri¿ultat finali ta l-interviews biex jgħamlu l-aħħar fażi medika. Fil-fatt il-ħsieb huwa li dawn jiġu ingaġġati f’nofs Ġunju filwaqt li is-Suldati rekluti għandhom jibdew fl-aħħar ta Settembru.
Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema kriterju tneħħa r-rappreżentant tal-Avjazzjoni Ċivili mill-Kumitat għas-Sigurtà tal-Ajruport biex floku tpoġġa l-Kap tas-Sigurtà tal-Ministeru tiegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija prerogattiva tal-Ministru inkarigat mis-sigurtà li jaħtar dawk il-Membri li jħoss li jistgħu jagħtu l-aħjar kontribut fuq dan il-Kumitat. Xejn ma jipprekludi lill-istess Ministru li uffiċjali oħra li ma jagħmlux parti mill-Kumitat, jiġu msejħa għal xi laqgħat li jkunu jikkonċernaw l-aspett tax-xogħol tagħhom.
Kumitat għas-Sigurtà tal-Ajruport – Kap tas-Sigurtà tal-Air Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema kriterju tneħħa l-Kap tas-Sigurtà tal-Air Malta mill-Kumitat għas-Sigurtà tal-Ajruport biex floku tpoġġa l-Kap tas-Sigurtà tal-Ministeru tiegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 6028.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sena kien ilu Surġent l-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qabel ma sar Maġġur fit-13 ta’ Novembru 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirrferi għall-mistoqsija parlamentari 6046.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8031 u jgħid kemm tressqu l-Qorti persuni li għandhom status ta’ refugjat f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13), sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategorija tar-reati rispettivi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif hekk kif mitlub ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata. Għaldaqstant ma għandi xejn xi nżid, kif diġà ġie spjegat mat-twegiba li jien kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 8031.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8030, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistemi tal-Pulizija jżommux in-nazzjonalità ta’ min iwettaq reat f’pajjiżna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nazzjonalitajiet tal-persuni relatati ma’ reati kriminali rapportati lill-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin (2009-2013) u li kienu elenkati fir-risposta għal-mistoqsija parlamentari 8030, kienu mill-pajjizi li jidhru elenkati fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9277 u jinforma lill-Kamra dwar kemm persuni li oriġinarjament kienu immigranti rregolari ġew ripatrijati minn Marzu 2013 sa Marzu 2014? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni u f’liema dati siefru? Ta’ liema nazzjonalità kienu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba s-sitwazzjoni familjari li tinsab fiha?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Puiizija diġà kienet f’kuntatt mal-persuna li dettalji dwarha ngħataw separatament u kienet qed tindaga fuq dan il-każ, li s’issa jidher li hu każ ta’ abbandun, biex tara kif, jekk tista tassisti. Jidher ukoll li ir-raġel ta’ din is-Sinjura hu ċittadin barrani, li kien ħalla Malta f’Awwissu 2013 u min dakinhar kellem il-mara ftit wara telaq wara li qalilha li kien se jarha fi żmien il-milied, però dan ma seħx. Hu kien eventwalment qalilha li ma setax jiġi u li telaq mill-pajjiż barrani minħabba il-bumbardamenti li kien hemm. Però ma ta’ ebda informazzjoni dwar fejn kien jinstab. Il-Pulizija se jkomplu jikkomunikaw mas-Sinjura fuq dan il-każ però jekk dan telaq min jheddu, anke jekk ikun insab fejn qiegħed, ma tantx hemm x’jista jsir, peress li din hi persuna tal-età, sakemm din ma terġax lura min jhedda.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjoni — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħu, inklu¿ kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 għamel użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu bi spiża totali ta’ € 2,152.91. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema kriterju tneħħa r-rappreżentant tad-Dwana mill-Kumitat għas-Sigurtà tal-Ajruport biex floku tpoġġa l-Kap tas-Sigurtà tal-Ministeru tiegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija prerogattiva tal-Ministru inkarigat mis-Sigurta’ li jaħtar dawk il-Membri li jħoss li jistgħu jagħtu l-aħjar kontribut fuq dan il-Kumitat. Xejn ma jipprekludi lill-istess Ministru illi uffiċjali oħra li ma jagħmlux parti mill-Kumitat, jiġu msejħa għal xi laqgħat li jkunu jikkonċernaw l-aspett tax-xogħol tagħhom.