B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14489 dwar l-SMEs fil-Furjana, jista' il-Ministru jindika fuq site plan is-sit li saret applikazzjoni dwaru mal-MEPA u li qed jirriferi għalih il-Ministru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Site plan tas-sit li saret applikazzjoni dwaru mall-MEPA qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f'Sta. Venera li qegħdin fil-programm tal-gvern sabiex jiġu mibnija mill-ġdid għas-sena 2006?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' qegħda taġġorna l-pjan sabiex it-toroq li għadhom qatt ma saru u li huma responsabilita tal-Gvern, isiru fuq medda ta' tlett snin. Meta l-pjan jitlesta dan ikun pubblikat.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk u meta ġew approvati mill-awtorita' tat-trasport u mill-Malta Standards Authority l-ispeed cameras tal-mini ta' Triq Reġjonali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-installar ta’ l-ispeed cameras qrib il-mini fi Triq Reġjonali kien approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta skond ftehim milħuq ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Dan il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2004.
Skond dan il-ftehim, Kunsill Lokali li jkun irid jinstalla speed camera fi triq irid jitlob permess bil-miktub mingħand l-Awtorità, fid-dawl tal-fatt li hi din l-Awtorità li għandha s-setgħa li tamministra u topera t-toroq.
L-ispeed cameras li jitwaħħlu jridu jkunu konformi ma’ l-apparat ta’ sorveljar ta’ veloċità preskritt skond ir-Regolament 127 tar-Regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur.
Jien infurmat li l-ispeed cameras li huma stallati bħalissa huma koperti b’ċertifikat ta’ kalibrazzjoni. Dawn iċ-ċertifikati jkun jgħoddu għal sena u qed jiġu verifikati mill-Malta Standards Authority.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistennija tiġi asfaltata Triq Bieb is-Sultan, Ħaż-Żabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara stejjem tax-xogħlijiet meħtieġa f’diversi toroq. Ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet mill-program tax-xogħlijiet ta’ l-ADT.
Jista' il-Ministru jinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minħabba li wara li sar ix-xogħol fi Triq Ħal Qormi f'Ħal Farruġ kien hemm żbroff tad-drenaġġ tat-triq għal ġod-dar tagħha fl-aħħar maltempata?
Jista' jindaga jekk saritx ħsara fis-servizzi tad-drenaġġ waqt dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġie mgħoddi l-każ lill-Awtorita' dwar it-Trasport sabiex tinvestiga l-iżbroff tad-drenaġġ.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Icilio Calleja - Reserved parking
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk fi Triq Icilio Calleja, Żebbuġ, hemmx permess għal reserved parking u jekk hemm permess, fuq liema bażi ngħata dan il-permess?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li ma hemm l-ebda permess għal Reserved Parking għal persuni b’diżabilita’ fi Triq Icilio Calleja, Żebbuġ.
L-unika permess li hemm fit-triq imsemmija huwa ta’ 1.5m Keep Clear Bay għal aċċess ta’ persuna b’wheelchair quddiem waħda mir-residenzi.
B'riferenza għat-talba tal-kunsill lokali Pembroke, x'kunsiderazzjoni ngħatat lit-talba tagħhom biex ikun hemm ħruġ ieħor minn Triq Pietru Darmenia, Pembroke għaliex fil-preżent l-unika aċċess u ħruġ għaż-żona indikata huwa minn bejn block 6 i/u sit B indikat i.e. Triq Pietru Darmenia (ara pjanta annessa mal-korrispondenza tagħhom)?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li kienet saret spezzjoni minn uffiċjali tat-TMU, li jikkonferma li t-triq imsemmija ma tinfidx. Irriżulta wkoll li skond it-Temporary Provision Schemes tal-Malta Environment and Planning Authority, l-alignment ta’ din it-triq huwa li tali triq ma tinfed imkien. Għaldaqstant minħabba li t-TPS jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-MEPA, it-TMU rrakkomanda li l-Kunsill ta’ Pembroke sabiex jikkuntatjaw lill-MEPA dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom rigward it-TPS.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Fonzu Meli, Ħal Qormi, responsabbilta' ta' l-ADT, tinbena u tiġi asfaltata għall-ewwel darba minħabba l-inkonvenjent li l-istat tat-triq bħalissa qiegħed joħloq lir-residenti u lill-operaturi kummerċjali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar t-Trasport qed tipprepara stejjem tax-xogħlijiet meħtieġa f’diversi toroq. Ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet mill-program tax-xogħlijiet ta’ l-ADT.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li tiġi kkurata biċċa art imħarbta f'nofs Triq is-Salib Imqaddes, kantuniera ma' Triq Bwieraq, Birkirkara? Jista' jikkonsidra li jsiru water culverts għal ġol-ġibjun taħt din l-art għaliex qed jgħerqu dawn it-toroq, inkluż Triq F.S. Caruana?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Fl-aħħar snin kienu tqabbdu katusi ġodda ta' l-ilma tax-xita mal-ġibjun li hemm fi Pjazza Santa Liena, Birkirkara wara li kienet ħarġet sejħa għal-offerti, biex jarmu l-ilma tax-xita li jinġabar mit-toroq tal-madwar għal ġewwa fih. Jista' il-Ministru jgħid f'liema sena kien beda dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol kien ħareġ b'offerta mill-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14536 u 14726 u jagħti breakdown tan-nefqa li saret għal deviations in konnessjoni max-xogħlijiet ta' toroq li saru permezz tal-protokoll Taljan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-approximate breakdown tan-nefqa li saret għal deviations inkonessjoni max-xogħlijiet ta' toroq li saru permezz tal-Protokoll Taljan huwa kif jidher hawn taħt :-
- Surfacing ta' Triq tal-Biżbiżija, Mġarr Mosta Lm 25,000
- Surfacing ta' Triq il-Madonna, Ta' Qali Mosta Lm 35,000
- Surfacing ta' Triq Wied il-Qirda Siġġiewi Lm 20,000
- Installazjoni ta' cats eyes, reflectors u
road markings Lm 2,000
Total Lm 82,000
Din iċ-ċifra tinkorpora fiha x-xogħlijiet ta' surfacing u ma tinkludix il-patching works li kienu jsiru regolarment f'deviation routes oħra matul l-andament tax-xogħol tal-Protokoll Taljan.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14687, jista' il-Ministru jgħid jekk qabel ma reġgħu nbnew l-istrutturi f'Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ, ġiex verifikat mill-MEPA jekk il-bini oriġinali kienx kopert bil-permess ta' l-iżvilupp jew kienx wieħed illegali? Qabel ma sar il-bini l-ġdid, saru applikazzjonijiet għall-permess għall-istess bini tal-MEPA?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14654 u jgħid għaliex fi Triq Qormi, Luqa ma sarx parkeġġ biżżejjed skond il-bżonnijiet tar-residenti fl-inħawi (fis-service road) biex is-central strip saret kbira għalxejn?
Jista' jara li f'din il-parti tat-triq isiru traffic calmers, bħal road humps, minħabba l-periklu li qed jirriżulta fiha - kif muri fir-ritratti annessi - waqt li residenti jkunu qed joħorġu l-vetturi mill-garaxxijiet tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14779 u jgħid jekk l-ADT investigatx l-ilment tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar kanna ta' l-overflow ta' l-ilma li kienet twaħħlet mhux skond is-sengħa waqt ix-xogħlijiet fi Triq l-Imdina b'konsegwenza li l-ilma tax-xita ma jistax joħroġ minn din id-dar? Jista' jgħid jekk tistax tiġi rranġata din il-problema ta' din il-familja?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jelenka t-toroq li se jiġu rranġati wara Novembru, 2005? Liema huma dawk li qed jiġu rranġati bħalissa u liema tlestew fl-aħħar ħames snin? Liema huma t-toroq li ġew irranġati bi flus mill-protokoll Taljan u kemm swew? Liema huma t-toroq li ġew irranġati bi flus mill-UE u kemm swew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar, ma nħossx li hemm il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14434 u jagħti l-lista ta' toroq residenzjali ġodda li nbnew matul din is-sena? Liema huma dawk it-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa mill-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.