Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #23015 Sitting 352 2016-02-02 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – direct order

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Malta Financial Services Authority (MFSA) tat direct order lill-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jikkonferma li din id-direct order hi għall-konsulenza fuq European Affairs? Jista’ jikkonferma li l-għażla ta’ din l-entità twettqet miċ-Chairman tal-MFSA wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru? Jista’ jinforma lill-Kamra kif ġiet magħżula din il-kumpanija? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk ġewx ikkunsidrati entitajiet oħrajn għal dan ix-xogħol? Jekk fl-affermattiv, liema entitajiet kienu kkunsidrati u għaliex ma ntgħażlux? Jista’ jikkonferma li din il konsulenza se tiswa aktar minn miljun euro? X'inhu l-ammont minimu eżatt li għandu jitħallas għal din il-konsulenza f’termini tal-kuntratt? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ din id-direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-MFSA ma tat l-ebda direct order fir-rigward ta’ European Affairs lill-kumpanija imsemmija.
Leg 12 PQ #23016 Sitting 352 2016-02-02 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Ħ’Attard – Restawr tal-Palazz tal-President ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Malta Financial Services Authority (MFSA) tat miljun euro lill-Uffiċċju tal-President ta' Malta biex tirrestawra l-palazz f’Ħ'Attard? Jista' jikkonferma li din id-deċiżjoni saret miċ-Chairman tal-MFSA wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-MFSA ma għamlitx għotja ta’ miljun euro lill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta. Wara konsultazjoni mal President ta ‘ Malta, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u entitajiet oħra, l-MFSA, bl-approvazzjoni tal-Bord tagħha, qablet li tiffinanzja ir-restawr tal-palazz ta’ San Anton bi spiża massima ta’ miljun euro mifruxa fuq sentejn, jiġifieri 2015 u 2016. L-MFSA tħoss li għandha tagħti sehma biex tikkonserva l-wirt storiku ta pajjiżna.
Leg 12 PQ #23017 Sitting 352 2016-02-02 Oral · Final From: MARLENE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Malta Financial Services Authority (MFSA) tat direct order lill-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid kemm ilu konsulent, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tal-MFSA/MFSC? Kemm tħallas matul is-snin 2013, 2014 u 2015? Jista’ jikkonferma li din id-direct order tinkludi xogħol għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Peter Astleford, rappreżentant tal kumpanija internazjonali Dechert LLP, m'huwiex ingaġġat b’kuntratt fiss ta’ konsulenza mal-MFSA. Minn żmien għall-żmien, l-MFSA ikollha bżonn ta’ pariri legali internazzjonali, partikolarment fuq Direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq ir-regolazzjoni fis-swieq finanzjarji u l-ahjar prassi b’liema dawn ghanhom jkunu mwettqa. Dechert LLP hija wahda mil-kumpaniji uzati mill-MFSA, skond l-ispecjalizzazjoni li jkollha bzonn. Is-servizz tal-kumpanija Dechert LLP ilu jigi uzat mill-MFSA sa mis-sena -1999. Matul s-snin 2013 – 2015 Dechert LLP thallsu s-somma ta’ €106,737 fl-2013, €87,029 fl-2014 u €104,794 fl-2015 ghas-servizzi taghhom. Dan l-ammont ma jinkludi ebda nefqa għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #22599 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Trasferimenti ta’ proprjetà immobbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex, kull xahar minn Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #22634 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Finanzi

Inbejjed – żieda fid-dazju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'se jsir mill-€0.75 dazju li qed jiġi ċċarġjat fuq kull flixkun inbid? Dawn il-flus qed immoru f'xi fond speċjali b'risq il-vitikultura? Jekk fl-affermattiv, minn min hu mmaniġġat dan l-fond?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi r-rata ta’ dazju tas-sisa fuq l-inbid kif imsemmija mill-istess Onorevoli interpellant, mhix korretta. Kuntrarju għar-rata msemmija, id-dazju tas-sisa fuq kull flixkun inbid hu biss ta €0.1537 u mhux ta €0.75. Kull dazju tas-sisa li tinġabar tidħol fil-fond konsolidat. Għal tagħrif dwar il-fond b’risq il-vitikultura Maltija, nitlob lill-Onorevoli interpellant sabirx jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #22784 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex — Twelid ta’ trabi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il twelid kien hemm f’Għawdex kull sena mis-sena 2011 sas-sena 2015? Jista’ jgħid minn dawn it-twelid kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li t-tnejn kienu ċittadini Maltin? Kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li huma t-tnejn ta’ ċittadinanza barranija u kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li wieħed jew waħda huma ċittadini Maltin u l-ġenitur l-ieħor huwa ċittadin barrani?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjon mitluba hi skond it-tabella mehmuża: 2011 2012 2013 2014 Kemm-il twelid kien hemm f’Għawdex 279 278 267 275 Kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li t-tnejn kienu ċittadini Maltin 257 247 250 239 Kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li huma t-tnejn ta’ ċittadinanza barranija 3 8 4 14 Kemm minnhom kienu ta’ ġenituri li wieħed jew waħda huma ċittadini Maltin u l-ġenitur l-ieħor huwa ċittadin barrani 17 16 7 18 Unknown father 2 7 6 4 Nota: L-informazzjoni għas-sena 2015 qegħda fil-proċess li tinġabar. Norrmalment din l-informazzjoni tinġabar mill-uffiċċju tar-reġistru pubbliku f' Marzu/April ta' kull sena.
Leg 12 PQ #22848 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi

Fondi tal-Kawżi Ġusti – Mellieħa Sports — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir il-ħlas approvat lill-Mellieħa Sports b’rabta mal-Fondi tal-Kawżi Ġusti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-talba għall-konsiderazzjoni tal-Bord tal-Fondi tal-Kawzi Ġusti, issa qed tiġi pproċessata.
Leg 12 PQ #22034 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Tnaqqis tar-rata tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li bbenefikaw matul l-2014 mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 32% għal 29%? Kemm hu maħsub li b’kollox kienet iffrankata taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuni li matul l-2014 bbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 32% għal 29% huma 48,501 li b’kollox iffrankaw €18,724,065 f’taxxa.
Leg 12 PQ #22035 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Childcare Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lil uliedhom f’Childcare Centre bi ħlas u li bbenefikaw matul l-2014 mit-tnaqqis fit-taxxa? Kemm huwa maħsub li b’kollox kienet iffrankata taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuni li bagħtu lill-uliedhom f’childcare centre bi ħlas u li matul l-2014 bbenefikaw mit-tnaqqis fit-taxxa kienu 3,952 li b’kollox iffrankaw €449,761 f’taxxa.
Leg 12 PQ #22337 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

La Vallette Property Fund – Preferred Perpetual Securities

Question

Peress li issa għaddew kważi tliet snin minn din l-amministrazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-każ tal-azzjonisti tal-La Vallette Property Fund tal-Preferred Perpetual Securities?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Kif jaf l-Onor. Interpellant il-Parlament qiegħed fi stadju ta kumitat tal-abbozz ta’ liġi fit-twaqqif tal-uffiċċju tal-Arbitru tas-Servizzi Finanzjarji. Dan l-uffiċċju ikun f’pozizzjoni li jisma kazijiet simili jekk jirrispettaw il-kriteri fil-liġi.
Leg 12 PQ #22338 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Kompetittività – importazzjoni ta’ prodotti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jieħu passi biex jassigura li intrapriżi lokali ma jibqgħux ibatu min-nuqqas ta’ kompetittività minħabba li individwi u operaturi barranin qed jimportaw prodotti u joperaw fis-suq lokali mingħajr ma jkunu qed josservaw l-obbligi regolatorji u fiskali kollha neċessarji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni dwar individwi u operaturi barranin li qed jimportaw prodotti u joperaw fis-suq lokali mingħajr ma jkunu qed josservaw l-obbligi regolatorji u fiskali kollha neċessarji għanu jinforma d-dipartiment konċernat. Barra minn hekk ninformah ukoll illi l-awtoritajiet konċernati jagħmlu eżerċizzju ta sorveljar regolari fuq l-operaturi kollha li qed imexxi attivita kommerċjali f’Malta.
Leg 12 PQ #22339 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — Kumpaniji Reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ kumpaniji li kien hawn reġistrati f’Malta (mal-MFSA) fl-1 ta’ Jannar 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014, 2015 u l-2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #22340 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — Kumpaniji reġistrati - azzjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #22341 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Proprjetajiet — konvenji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji fuq proprjetà fis-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015 u għal kull sena, jagħti l-ammont globali tat-trasferimenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #22342 Sitting 349 2016-01-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Proprjetajiet — konvenji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta’ trasferiment ta’ proprjetà fis-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015 u għal kull sena, jagħti l-ammont globali tat-trasferimenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #22334 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

European Fund for Strategic Investments

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14725, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżna fl-użu tal-faċilitajiet taħt l-European Fund for Strategic Investments (EFSI)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #22335 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Investimenti Barranin (FDI)

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat tal-investimenti barranin (FDI) f’Malta fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 maqsuma skont is-setturi li fihom sar dan l-investiment?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #22336 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Investiment Kapital Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat tal-investiment kapitali lokali f’Malta fis-snin 2013, 2014 u 2015 maqsuma skont is-setturi li fihom sar dan l-investiment?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #22516 Sitting 348 2016-01-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — bordijiet tal-Appell

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22129, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ jew appell ġie ppreżentat fl-2014 u 2015 quddiem kull wieħed minn dawk il-Bordijiet tal-Appelli hemm elenkati??

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #20967 Sitting 347 2016-01-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Każ ta' frodi — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' frodi fuq żewġ anzjani?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-snin id-Dipartiment tat-Taxxi Nterni kellu diversi talbiet simili biex id-dipartiment jeżenta mill-ħlas tal-boll fil-kaz ta’ Inter Vivos, jew mit-taxxa dovuta fil-Causa Mortis, wara li skont kif ikun allegat persuna/i jkunu għaddew il-pagament lin-nutar u dan minn naħa tiegħu qatt ma rreġistra l-kuntratt/dikjarazzjoni mad-dipartiment. Id-dipartiment minn naħa tiegħu dejjem esiġa li f’kull każ it-taxxa dovuta dejjem trid titħallas biex ikun jista’ jiġi reġistrat il-kuntratt/dikjarazzjoni. L-individwu ikun imħeġġeġ biex jagħmel rapport dwar il-każ tiegħu lit-Taqsima tal-Frodi tal-Pulizija. Kull darba li d-dipartiment intalab xi nformazzjoni mill-Pulizija dwar xi każ partikolari, dejjem taha l-koperazzjoni kollha tiegħu biex jgħin fl-investigazzjoni.