Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14326 u jgħid f’liema pożizzjonijiet ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Aġenzija Appoġġ bejn April 2013 sa Jannar 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lil-pożizzjonijiet tal-impjegati ġodda ma’ Appoġġ bejn April 2013 u Jannar 2015 kien kif ġej:
Grad li fih ġew impjegati nies ġodda
Numru ta' Impjegati ġodda
CUSTOMER CARE / CLERK
2
EXECUTIVE III
3
PRECINCTS OFFICER
2
SOCIAL SUPPORT WORKER
4
SOCIAL WORKER
15
SUPPORT WORKER
15
Total
41
Bord Multi dixxiplinarju – djar residenzjali għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14862 u jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw il-bord multidixxiplinarju li jiddeċiedi min għandu jidħol fid-djar residenzjali tal-Gvern, li jinkludu wkoll sodod mixtrija mill-Gvern fi djar tal-anzjani privati, kif ukoll għar-residenza San Vinċenz De Paul ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif iddikjarat kemm il-darba, ma jiżisti l-ebda bord appuntat mill-Ministru jew mis-Segretarju Parlamentari u jeżisti team ta’ professjonisti multidixxiplinarji magħmul minn diversi professjonisti fil-Ġerjatrija. Bis-saħħa tal-operat tiegħu inqatgħu ħafna ineffiċċjenzi. Il-bord kif kien jiġi maħtur mill-amministrazzjoni precidenti ta lok għal ċertu ineffiċjenzi u abbuzi, fosthom il-fatt li 11% tal-popolazzjoni f’San Vinċenz huma kompletament indipendenti.
Ċentri ta’ matul il-jum – petizzjonijiet minn anzjani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14864 u jgħid kemm kienu dawk iċ-ċentri ta' matul il-jum li matul ix-xhur ta' Jannar u Frar 2015, anzjani fi ħdanhom bagħtu lilu jew lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilità u Anzjanità Attiva petizzjonijiet iffirmati minnhom b'rabta mal-officers in charge li jaħdmu jew kienu jaħdmu fl-istess ċentri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità rċieva petizzjonijiet minn ħames ċentri differenti.
Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ minn naħa tal-Awtorità tad-Djar, ta' persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward struttura perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi ġie rrapurtat riċentement lill-Awtorità tad-Djar fl-4 ta’ Marzu 2015. Għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar sabiex jiġu vverifikati t-tiswijiet meħteiġa.
Residenza San Vinċenz de Paule – Swali Serenity u Madre Theresa — tibdil ta’ kmamar tal-ikel f’wards
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14005 u jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-kmamar tal-ikel fis-Swali Serenity u Madre Theresa fir-Residenza San Vinċenz de Paule, jinbidlu f'wards?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din kienet deċiżjoni meħuda wara diskussjoni mill-Management Team u bi qbil mal-Unions koncernati ġewwa ir-Residenza. Dan bl-għan li tinħoloq l-inqas inkonvenjenza lir-residenti waqt li qed isir proġett ta’ ristrutturar taż-żewg swali li kienu antiki u fi stat mitluq kif imħollija mill-amministrazzjoni preċedenti. Din mhux l-ewwel darba li waqt proġett ta’ din ix-xorta nstab post alternattiv b’mod temporanju fejn jiġu akkomodati ir-Residenti sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa u sigurta’ tagħhom u jkollhom l-inqas inkonvenjent possibli.
Residenza San Vinċenz de Paul – rispett tad-dinjità tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14006 u jara li d-dinjità tal-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul tiġi rrispettata billi ma jibqax jingħata l-ikel fil-kuriduri ta’ numru ta’ swali, kif ukoll billi jitwaħħlu purtieri fejn hemm nuqqas sabiex tal-inqas tkun rispettata l-privatezza tal-anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunċett li jitħaddem fid-djar tal-Gvern huwa ta' a home away from home u għalhekk ir-residenti qed jingħataw il-fakulta' li jikkunsmaw l-ikliet tagħhom fejn jixtiequ. L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li f'kull sala hemm swali tal-ikel għad-dispożizzjoni tar-residenti.
Dwar il-purtieri, tisbieħ u għamara oħra, bħalissa it-tmexxija tar-Residenza, għaddejja bit-tibdil ta’ ħafna minn dawn sabiex inkomplu nsebbħu l-ambjenti vasti ta' San Vinċenz u biex ukoll insaħħu l-kwalita' tas-servizzi eżistenti.
Residenza San Vinċenz de Paul – xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14007 u jgħid jekk xogħol ta' kostruzzjoni li sar fil-bini tal-amministrazzjoni f'San Vinċenz de Paul, biswit l-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv, kellux il-permessi meħtieġa tal-awtoritajiet konċernati, fosthom tal-MEPA? Jekk kellhom il-permessi meħtieġa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi inkwistjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika aħjar għal-liema binja qiegħed jirreferi.
Residenza San Vinċenz de Paul – sejħa għal catering manager
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14009 u jgħid x'kien l-iskop u għal liema raġuni inħarġet is-sejħa għal catering manager (HR / MFSS Circular 3/2015) għar-Residenza San Vinċenz De Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14964.
Residenza San Vinċenz de Paul – funzjoni ta’ catering manager
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14010 u jgħid x'se tkun il-funzjoni tal-catering manager (HR / MFSS Circular 3/2015), liema sejħa inħarġet għar-Residenza San Vinċenz De Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li d-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Catering Manager, fi ħdan ir-Residenza ta’ San Vinċenz, jinkludu:
a. il-provista tas-servizzi ta’ l-ikel u x-xorb lill-istaff u l-pazjenti;
b. Li tieħu ħsieb l-amministrazzjoni relatata ma’
rotas
, ppjanar, kontroll ta’ budgets u l-ordnijiet tal-provisti;
c. Li tissorvelja it-tim ċentrali tal-
catering
, inkluz it-taħriġ u l-iżvillup tal-istaff u li tipprovdi sostenn b’mod prattiku;
d. Li tassigura li jkun hemm biżżejjed staff u provvista skont il-ħtiġijiet ta’ kuljum;
e. Li tassigura servizz għoli u ta’ kwalita’ u provvista ta’ ikel skont ir-regolamenti tas-saħħa u s-sigurta’;
f. Li tifforma parti mill-kumitat dwar il-kċina sabiex jiġi assiġurat li l-kuntrattur tal-
catering
jilħaq il-miri għoljin ta’ standards u servizzi skont kif stipulat fil-kuntratt;
g. Li tilqa’ l-ilmenti meta dawn jinqalgħu u tieħu l-passi neċessarji meta u fejn ikun hemm bżonn;
h. Li tassigura li l-
policies
implimentati fir-Residenza San Vincenz De Paul ikunu jinftehmu mill-istaff u implimentati kollha;
i. Li tassigura li d-dmirijiet essenzjali kollha isiru ta’ kuljum mill-istaff kollu tal-kċina fir-Residenza San Vinċenz De Paul u tfassal
Work Chart
li turi biċ-ċar id-dmirijiet kollha ta’ kuljum u min hu responsabbli li jagħmilhom;
j. Li tassigura li l-kċina, inkluż it-tagħmir, huma miżmuma kif suppost, jaħdmu bl-aħjar mod u miżmuma strettament indaf;
k. Li żżomm rekords standard u effiċjenti ta’ natura finanzjarja jew amministrattiva oħra skont kif mitluba mill-Management tar-Residenza San Vinċenz De Paul, li jinkludu sommarju ta’ kull ġimgħa ta’ l-affarijiet ikkunsmati;
l. Dmirijiet oħrajn li jistgħu jkunu mitluba minnha, konsistenti mal-livell ta’ responsabbilta u l-grad tal-pożiżżjoni;
m. Dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz skond struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14011 u jgħid x'kienet ir-raġuni u min ħa d-deċiżjoni li għall-ewwel darba minn kemm ilu miftuħ iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum fil-Mellieħa, illum 2 ta' Frar, ma nfetaħx b'inkonvenjent kbir għall-anzjani li marru u sabu ċ-ċentru magħluq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba ċirkostanzi ta' mard, li d-Dipartiment ma kellux kontroll fuqhom, iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum fil-Mellieħa nfetaħ fl-9.45 ta' filgħodu.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkwilin diġa hija nfurmata li se ssir spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar sabiex jiġu verifikati t-tiswijet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward benefiċċju tal-gass?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-informazzjoni miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jirriżulta li fl-2014 il-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament tħallset tal-kontijiet attwali li ppreżentat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14854 fejn ġie ndikat li l-applikanta qatt m'għamlet talba uffiċjli għall-bdil ta' bieb, jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li dan isir taħt l-applikazzjoni tagħha li qiegħda fil-proċess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ser tagħmel spezzjoni sabiex jiġi verifikat ix-xogħol addizzjonali mitlub mill-applikanta.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward struttura perikoluża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, diġà saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar u nħadmet l-istima tax-xogħlijiet neċessarji. Il-każ qiegħed fil-proċess biex jiġi ngaġġat kuntrattur sabiex jagħmel it-tiswijiet neċessarji li għandhom isiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva — xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx frott direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14434.
B'referenza għall-istqarrija maħruġa mid-DOI (PR 150389) intitolata ‘Malta Tavvanza ’l Quddiem fl-Ageing Index Ewropew’ jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropeja fejn jidher dan ir-riżultat imsemmi fl-istqarrija indikata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu d-diretturi jew aġenti diretturi responsabbli mid-dipartiment tal-anzjani bejn il-11 ta' Marzu 2013 u s-27 ta' Frar 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn kienu d-Diretturi jew Aġent Diretturi responsabbli mid-Dipartiment tal-Anzjani bejn il-11 ta’ Marzu 2013 u s-27 ta’ Frar 2015:
Dr Stephanie Xuereb – Direttur
Sur Raymond Dimech – Direttur
Sur John Bottiglieri – Aġent Direttur
Sur Patrick Vella – Direttur