Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta – Rapport dwar insulti lil uffiċjal

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk wasalx rapport għand l-Executive Chairman tal-Enemalta li uffiċjal tal-Enemalta ġie verbalment insultat mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid jekk l-Executive Chairman għamilx rapport lill-Pulizija fuq dak li ġara lill-uffiċjal tal-Enemalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf li l-Enemalta ma rċiviet l-ebda rapport ta’ dan it-tip.

Laqgħa pubblika — Ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li rrefera għalih fil-laqgħa pubblika li hu kellu nhar is-Sibt 22 ta’ Novembru, liema laqgħa ġiet irrappurtata l-għada fil-ġurnal The Malta Independent on Sunday, bit-titlu tal-artiklu Interlocking agreement reached between Enemalta, Electrogas and Shanghai Electric?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni relevanti tingħata fil-mument opportun.

Dipartiment tas-Sanità — Każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha każ mad-Dipartiment tas-Sanità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Kaz qed jigi investigat.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — safar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11023, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu, u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum, kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq safar normalment il-Ministru jkun akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti, iċ-Chief of Staff, is-Segretarju Privat, iċ-Chief Policy Officer u l-Advisors. L-aġenziji li ntużaw huma Airmalta, Hamilton Travel, Planit Travel, Tristar Travel u Vjaġġi Untours. Il-bookings saru wara sejħa għall-kwotazzjoni.

Qasam tas-Saħħa – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu ingaġġati ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa minn issa sal-aħħar tal-2014 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-professjonijiet rispettivi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi la darba jkun finalizzat il-process ta' reklutagg,ser ikunu gew ingaggati 104-il haddiem

Sptar Mater Dei – Bordijiet ta’ investigazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 6293 u 8082, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu ta’ dawn il-każijiet, aktar u aktar meta dawn ilhom madwar sena li tqajmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkoncernat peress li l-każ kien għadda għand il-pulizija.

IVF — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa kull ċiklu tal-IVF li sar mas-settur privat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Energija u S-Sahha hallas EURO 3,500 ghal kull koppja li ghamlet il-process tal-IVF f'Jannar 2014.

GFLAC – lista ta’ mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-mediċini kollha li ġew approvati mill-GFLAC biex isiru parti mill-formolarju tal-Gvern minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qabel mal-medicina issir parti mill-formolarju tal-Gvern trid l-ewwel tghaddi mill-Health Benefits Committee.

Mediċini – lista ta’ suppliers

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa tas-suppliers li mingħandhom xtara mediċini matul l-2013 u fl-ewwel disa’ xhur tal-2014 u għal kull supplier jgħid b’kemm inxtraw mediċini fis-sena 2013 u fl-ewwel disa’ xhur tal-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummercjalment sensittiva
Leg 12 PQ #12571 Sitting 209 2014-11-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — ħruġ ta' drenaġġ ħdejn l-Iskola Primarja

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12051, fejn l-Ministru wieġeb li dwar il-fawran ta' drenaġġ ħdejn l-Iskola Primajra ta' San Pawl il-Baħar, li meta jkun hemm tali fawran, jittieħdu l-passi neċessarji biex permezz ta' bowsers tiġi mbattla s-sistema tad-drenaġġ biex imbagħad isir ix-xogħol ta' manutenzjoni meħtieġ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba ntużaw il-bowsers għal dan il-għan kif ukoll kemm-il bowser intuża u meta? F'liema lokalitajiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li f’San Pawl il-Baħar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha tirrikorri għal użu ta’13-il bowser.

Kumpanija – impjegati li kienu mal-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hemm biss impjegati li huma ex-Korporazzjoni Enemalta? Jekk dan mhux il-każ, jista’ jgħid kemm hemm impjegati li mhumiex ex-korporazzjoni Enemalta u kif u meta dawn ġew impjegati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjegati fil-kumpanija msemmija huma kollha ex-Korporazzjoni Enemalta.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Segretarjat Privat – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat Privat li huma inkarigati mill-Customer Care?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segreatarjat Privat kollha huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats, li kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizzi tas-Saħħa – Introduzzjoni ta’ Electronic Patient Record

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ Electronic Patient Record integrata fis-servizz tas-saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Gvern huwa fil-process li jipprepara National eHealth Strategy.

CPAS — implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-implimentazzjoni tas-sistema CPAS u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal din is-sistema?

Response (MIZZI, KONRAD)

Is-sistema CPAS hija implimentata u qed tintuza f’diversi entitajiet, fosthom, Mater Dei, L-isptar general ta’ Ghawdex, Boffa, Karen Grech u St Vincent de Paul. Il-pjan huwa li nkomplu nsahhu din is-sistema sabiex taqdi l-bzonnijiet tal-isptar u entatijiet ohra.

CPAS — ċertifikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema CPAS ġietx iċċertifikata minn xi entità indipendenti u ta’ reputazzjoni biex tassigura li hija konformi mal-istandards rikjesti f’din il-kategorija ta’ sistemi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Jista' jispeċifika għal liema standards u għal liema kategorija qed jirreferi.

CPAS – lista ta’ pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ pagamenti li ntalbu u/jew saru b’rabta mas-sistema CPAS minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull spiża, jista’ jgħid ta’ kemm kien l-ammont u lil min hu/kien dovut?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta' natura kummerċjali.

Memorandum of Understanding – Università ta’ Pisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul din is-sena skont kif provdut fil-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma mal-Università ta’ Pisa f’Settembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

Qasam tas-Saħħa – ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa matul l-2014 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-professjonijiet rispettivi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Twegiba tinghata f'seduta ohra.

Intelligent street lighting — stallazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi twettaq sal-lum mill-wegħda ta’ proġett pilota ta’ intelligent street lighting f’Għawdex u 12-il kilometru f’Malta? Jista’ jgħid f’liema toroq ġiet installata sistema bħal din mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum? Kemm-il kilometru tlesta f’kull triq b’sistema bħal din?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-rapport “It-Twettiq tal-Baġit 2014” li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.