Legislature:
Category:
Reset
Active:

Użu ta’ Tablets

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi r-riżultati tal-istudju li saru dwar l-effettività fl-użu tat-tablets? Kemm kien hemm għalliema involuti f’dan l-istadju? Kemm kien hemm studenti? X’persentaġġ tal-ġimgħa skolastika (barra l-breaks) kien qed jintuża t-tablet b’mod attiv waqt it-tagħlim? X’parametri ntużaw biex titkejjel l-effettività ta’ dan l-użu? X’rakkomandazzjonijiet saru? Dawn kif se jiġu implimentati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar waqt it-tnedija tal-Proġett Pilota bit-tablets f'Marzu li għadda, it-tablets se jingħataw lill-istudenti fil-klassi fil-bidu tas-sena skolastika 2014/2015 u dawn jibqgħu jintużaw sa l-aħħar ta' Marzu 2015 meta mbagħad jitħejja r-rapport ta' evalwazzjoni. Għaldaqstant mhux possibli li f’dan l-istadju jiġi kkwantifikat kemm sigħat u b'liema mod jistgħu jintużaw it-tablets fil-klassi. Meta dan ikun magħruf, kull informazzjoni tiġi analizzata u tinġabar fir-rapport ta' evalwazzjoni, li jkun jinkludi rakkomandazzjonijiet u pjan ta’ implimentazzjoni. Il-Proġett Pilota se jħalli kemm jista' jkun f'idejn l-għalliema li jiddeterminaw l-aħjar mod kif jintużaw it-tablets. Madankollu l-għalliema u l-LSAs li se jieħdu sehem fil-Proġett Pilota ngħataw it-taħriġ meħtieġ u l-enfasi se jkun fuq il-litteriżmu skont l-iStrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd. Fil-Proġett Pilota se jieħdu sehem 346 student u 22 għalliem imferrxa fi skejjel tal-iStat, tal-Knisja u Indipendenti madwar Malta u Għawdex. L-għalliema huma voluntiera u t-tablets se jkunu mislufa lilhom u lill-istudenti minn kumpaniji li rrispondew għal sejħa li saret fil-bidu ta' din is-sena.
Leg 12 PQ #10868 Sitting 186 2014-10-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Eżamijiet tal-MATSEC – Marki miksuba minn Studenti residenti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-marki miksuba f’kull suġġett, minn studenti li jirrisjedu f’ Għawdex u li qagħdu għall-eżamijiet tal-MATSEC fil-livell Avvanzat u Intermedju fis-sessjoni ta’ Mejju/Ġunju 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li r-riżultati miksuba minn studenti residenti f’Għawdex fl-eżamijiet tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat u fil-Livell Intermedju fis-sessjoni ta’ Mejju/Ġunju 2014 huma kif jidhru rispettivament fit-Tabelli I u II li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. In-numru totali ta' kandidati kien ta' 229. Kull tabella turi l-gradi li kisbu l-istudenti kif ukoll kemm studenti kienu assenti għall-eżamijiet u t-totali ta’ studenti li rreġistraw għal kull suġġett.
Leg 12 PQ #10869 Sitting 186 2014-10-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Eżamijiet tal-MATSEC – Revision of paper mitluba minn studenti residenti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid wara r-riżultat tal-eżamijiet tal-MATSEC tas-sessjoni ta’ Mejju/Ġunju 2014 fil-livell Avvanzat u Intermedju kemm kien hemm studenti li jirrisjedu Għawdex li talbu revision of paper? X’kien is-suġġett u l-livell li fih intalbet din ir-revision of paper u x’kien l-eżitu f’kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li, wara r-riżultat tal-eżamijiet tal-MATSEC tas-sessjoni ta’ Mejju/Ġunju 2014 fil-livell Avvanzat u Intermedju, n-numru ta’ studenti li jirrisjedu Għawdex li talbu revision of paper kien kif jidher fit-Tabella I parti (a) li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tabella turi n-numru suġġett suġġett u l-livell li fih intalbet din ir-revision of paper. L-eżitu jidher fil-parti (b) tat-tweġiba mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.

Summer on the Move – coaches u co-ordinators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' coaches u co-ordinators li ħadmu fil-programm Summer On The Move fis-sajf 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi: 2008 – 52 2009 – 38 2010 – 45 2011 – 87 2012 – 182 2013 – 199 2014 – 153

Summer on the Move — konkorrenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal (sena b’sena) miktuba għal Summer On The Move mis-sajf 2008 sas-sajf 2014 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-numru ta' tfal miktuba għal Summer On The Move mis-sajf 2008 sas-sajf 2014 hu kif ġej: 2008 – 705 2009 – 589 2010 – 661 2011 – 1108 2012 – 2967 2013 – 3437 2014 – 3662

Summer on the Move – ratio ta’ coaches u studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien ir-ratio coach-student waqt il-programm Summer On The Move għas-snin 2012 - 2013 u 2014 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li r-ratio coach-student ivarja skont iċ-ċirkustanzi, id-dixxiplina sportiva, in-numru ta’ parteċipanti bi bżonnijiet speċjali etc. Dan baqa’ l-istess mill-2004 sal-2014. Bħala idea ġenerali, ir-ratios huma hekk: 1:15 għal tfal taħt l-10 snin u 1:20 għal tfal fuq il-ħdax-il sena. Fl-għawm dan jinbidel skont l-abilita’ (mhux l-eta’) fejn tfal żgħar li ma jafux jgħumu jkunu fi gruppi ta’ 6, can float 8, improvers 12, u good swimmers 15.

Summer on the Move – ħlasijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja tar-rata tal-ħlas u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-coaches u co-ordinators fi ħdan Summer On The Move matul l-aħħar tliet snin (2012- 2014 sena b'sena)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li kif stabbilit fil-permess maħruġ mill-PAHRO u bil-kuntratt iffirmat mill-coaches, il-kundizzjonijiet baqgħu l-istess mill-2012 sal-2014. Estratt mill-kuntratt juri r-rata tal-ħlas tal-coaches/sports leaders kif ġej: 1. Qualified Physical Education Teacher with 1st Degree or Post Graduate- €12.81 2. Technical Qualification in the field of Sports or certified following an examination by an International Body – €11.06 3. Diploma in Physical Education & Sports ( University of Malta ) - €11.06 4. Technical Qualification in the field of Sports as certified by a Local National Sports Organisation - €10.48 5. Certificate in Sports issued by the University of Malta – €10.48 6. Students reading for a Degree in P.E. at the University of Malta – €9.31 7. Diploma/Certificate in Sports (MCAST)- €9 8. Other Students and experienced persons in the sports field – € 8.15.

Summer on the Move – Studenti fid-Dixxiplina tal-Ibburdjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li ħadu sehem fid-dixxiplina tal-ibburdjar fil-programm Summer On the Move sena b'sena fis-snin 2012 - 2013 u 2014 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi: 2012 – 97 2013 – 47 2014 – 8

Summer on the Move – Ħlasijiet għad-Dixxiplina tal-Ibburdjar – ħlas tal-istudenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li l-istudenti ġew mitluba jħallsu għad-dixxiplina tal-Ibburdjar fil-programm Summer On the Move fis-snin 2012 - 2013 u l-2014 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-ħlas kien kif ġej: 2012 - €70 (Vikings Sailing Club – 2hrs, Birzebbugia Sailing Club – 3.5hrs) b’Direct Order 2013 - €80 (Vikings Sailing Club – 1.75hrs, Birzebbugia Sailing Club – 3.5hrs) b‘Direct Order 2014 - €120 (Vikings Sailing Club – 4 hrs) b’Tender

Għawdex – ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħoloqu postijiet tax-xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin stess minn Marzu 2013 sal-lum? Dawn il-postijiet jinkludu dawk il-persuni li daħlu taħt l-iskema Greener and Cleaner Gozo? Jista' jagħti breakdown ta' dawn ix-xogħlijiet u jgħid kemm persuni minn Għawdex u li qed jaħdmu f’Għawdex stess, ġew impjegati mal-Gvern, ma’ entitajiet pubbliċi u mal-privat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sa April 2014 (April 2014 huma l-aħħar figuri ppublikati), in-numru ta’ nies Għawdxin li kienu qegħdin jaħdmu fuq bazi full time żdied b’570. Il-parteċipanti fl-iskema Cleaner and Greener Gozo ġew imħarrġin f’Dipartimenti tal-Gvern u Entitajiet Pubbliċi imma ħadd minnhom ma ġie ngaġġat formalment u sehemhom fl-iskema kien biss ta’ 20 ġimgħa, mill-5 ta’ Mejju sad-19 ta’ Settembru 2014. Iż-żieda maqsuma fis-Settur Privat, Entitajiet Pubbliċi u fid-Dipartimenti tal-Gvern, minn Marzu 2013 sa April 2014, hija kif se nsemmi: Settur Privat: 304 Entitajiet Pubbliċi: 63 Dipartimenti tal-Gvern: 203

Settur tal-Edukazzjoni — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm preżentament huma l-persuni li jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħid kemm minn dawn jaħdmu full-time, kemm jaħdmu part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom u part-time bħala xogħol sekondarju tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta’ April 2014 in-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni f’Malta u Għawdex kien ta’ 19,775 u 1,463 rispettivament. Fis-settur tal-Edukazzjoni f’Malta 14,064 persuna kienu jaħdmu full-time, 2,805 kienu jaħdmu part-time bħala xogħol ewlieni u 2,906 kienu jaħdmu part-time bħala xogħol sekondarju. Fis-settur tal-Edukazzjoni f’Għawdex 1,209 persuni kienu jaħdmu full-time, 107 kienu jaħdmu part-time bħala xogħol ewlieni u 147 kienu jaħdmu part-time bħala xogħol sekondarju.

Għawdex — Proġett ta’ Pixxina

Question

Għar-rigward tal-proġett ta' pixxina f'Għawdex, u wara li taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien diġà ġie ppubblikat u ngħata tender for electrical and mechanical consultancy services, kien ġie ppubblikat it-tender for the construction and earth works at the Gozo Natatorium u dan kien wasal fil-fażi ta' aġġudikazzjoni u tender oħra, Tender for the Construction, Technical Consultancy and Assistance for the Design of Mechanical, Electrical and Environmental Systems of the Gozo Natatorium, liema tender kienet tlestiet il-fażi preparatorju tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux bil-ħsieb li jkompli miexi biex isir il-proġett tal-pixxina fir-Rabat Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Gvern qiegħed fil-preżent jistudja u jikkonsidra l-possibiltajiet kollha li jeżistu għal bżonn ta’ pixxina f'Għawdex.
Leg 12 PQ #290 Sitting 185 2014-10-13 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Apprentisti – inċentivi għal tax credits

Question

Billi fid-diskors tal-Baġit għal din is-sena kien hemm referenza għal xi inċentivi biex dawk li jkollhom apprentisti magħhom, ikunu jistgħu jingħataw xi forma ta’ tax credits, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt din is-sistema hux qed titħaddem mill-Korporazzjoni għax-xogħol u Taħriġ jew le? Jekk iva, kemm hemm apprendisti li minn qed jagħtihom it-taħriġ fil-fatt qed jibbenefika minn din l-iskema? Jekk le, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għamlitx xi sottomissjonijiet dwar kif din l-iskema tista’ titħaddem?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-sistema ta’ tax credits għal min jieħu apprendisti miegħu ser titħaddem mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u mhux mill-ETC. Infurmat li l-ETC u d-Dipartiment tat-Taxxi Interni tkellmu dwar kif ser titħaddem din is-sistema u ġie deċiż li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ser jagħmel l-arranġamenti hu.
Leg 12 PQ #308 Sitting 185 2014-10-13 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kunsill Malti għall-Isport – għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-għaqdiet sportivi mis-7, d-9 u t-12-il distrett elettorali, raħal b’raħal, li huma rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi l-għaqdiet sportivi rreġistrati mal-KMS skont id-distretti indikati mill-Onor. Interpellant huma kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #309 Sitting 185 2014-10-13 Written · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Organizzazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ rikonoxxuti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm organizzazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ huma rikonoxxuti bħala tali mill-Ministeru? F'liema lokalitajiet huma rreġistrati dawn l-istess għaqdiet? Kemm ilhom hekk reġistrati dawn l-istess għaqdiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għaqdiet taż-żgħażagħ li huma rreġistrati mal-Aġenzija Żgħażagħ minn kemm ilha mwaqqfa fl-2011 huma kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom.

Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport — nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom.

Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport??

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom.