Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1778 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Xemxija — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jinkludi fil-programm tax-xogħlijiet għas-sena d-dieħla, l-għoti ta' asfalt jew tarmac u x-xogħol fuq il-bankini ġodda ta' Triq l-Awwista u Triq il-Pwales, fix-Xemxija? Billi f'dawn l-aħħar sitt snin għamilt diversi talbiet għan-nom ta' dawn ir-residenti u qatt ma sar xejn, jista' l-Ministru jikkordina din it-talba sabiex ikun assigurat li s-sena d-dieħla x-xogħlijiet isiru verament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #1779 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Valette

Question

Jista' l-Ministru jinkludi fl-estimi tal-Budget ta' l-1999 ix-xogħlijiet ta' bankini ġodda u asfaltar jew tarmac ta' Triq Jean De La Valette u l-madwar tagħha f'San Pawl il-Baħar? Billi t-talba ta' dawn ir-residenti ilha pendenti s-snin, jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li fil-fatt ix-xogħlijiet jsiru vera s-sena d-dieħla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #1780 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar — Triq it-Torri - Xogħlijiet

Question

Billi r-residenti ta' Triq it-Torri San Pawl il-Baħar, ilhom jistennew is-snin biex tiġi rranġata t-triq residenzjali tagħhom, jista' l-Ministru jikkordina x-xogħlijiet mad-dipartimenti u l-kunsilli lokali konċernati? Jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet pendenti jsiru s-sena d-dieħla, jiġifieri l-1999? Jekk iva, meta u jekk le għaliex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Leg 9 PQ #1815 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Tarxien — Dar tal-Kejka

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dar magħrufa bħala d-Dar tal-Kejka fi Triq Xintill, Ħal-Tarxien, issa hijiex lesta? Kemm kienet l-ispiża biex issewwiet? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm watchman? X'beħsiebu jagħmel b'din id-dar meta tkun lesta għal kollox?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Skond l-informazzjoni li għandna, l-ispiża biex id-dar tal-Kejka kienet restawrata hija ta' Lm54,224. (li tinkludi Materjal u 'Labour Cost' u 'Professional Fees'.)
Leg 9 PQ #2532 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Annimali/tjur protetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' tajr u/jew annimal protett ieħor ġie maqbud mill-forzi tas-sigurta u/jew Dwana din is-sena? X'sar mit-tajr ħaj/mejjet u mill-annimali maqbuda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1758 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Manikata — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħol ta' manutenzjonijiet fil-Manikata sabiex jiġu rranġati t-toroq prinċipali tal-Manikata, bankijiet imkissra u ħitan tas-sejjiegħ imġarfa eċċ ikkawżati mill-maltemp li għamel fil-gżejjer tagħna f'dawn l-aħħar jiem ta' Novembru? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsill Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali interessat.
Leg 9 PQ #2453 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied Għomor

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1532, jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jikkonverti l-wied f'masġar jew park reġjonali bi tmexxija apposta għalih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li jaqbel fit-teorija li Wied Għomor jinbidel f'masġar jew park reġjonali, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent m'għandux pjani f'dan l-istadju biex isir dan. Ta' min ifakkar ukoll li partijiet sostanzjali ta' dan il-wied fil-preżent huma f'idejn il-privat u qed jiġu użati għal użu agrikolu.
Leg 9 PQ #1752 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mellieħa — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati l-ħofor li hemm fi Triq is-Salib fil-Mellieħa? Jista jikkonsidra li jikkordina mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex jiġu rranġati l-bankini ta' din it-triq u wkoll jingħata t-tarmak sabiex ir-residenti jkollhom aċċess aħjar? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali interessat.
Leg 9 PQ #1757 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Manikata — Toilets/ġnien

Question

Billi hija x-xewqa ta' ħafna mir-residenti tal-Manikata li jsiru toilets għall-pubbliku u anke ġnien fil-Manikata, jista' l-Ministru jikkonsidra li fil-budget jinkludi dawn iż-żewġ proġetti żgħar għal ministeru tiegħu iżda li jfissru ħafna għar-residenti tal-lokal? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali interessat.
Leg 9 PQ #2326 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għal Ambjent — Vettura bin-Nru BAK 483

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1125, jista' l-Ministru il-karozza msemmija kemm qiegħda tintuża fil-ġimgħa (numru ta' ġranet) u fejn qed titpoġġa wara l-ħinijiet tax-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-karozza tal-kiri numru BAK 483 hija użata skond l-esiġenzi tas-servizz kif stipulat fil-kuntratt. Wara l-ħin tax-xogħol din il-karozza tinżamm viċin id-dar ta' l-uffiċjal li jużaha, kif hu l-każ tal-karozzi l-oħra kollha tal-kiri u li jintużaw minn uffiċjali oħra.
Leg 9 PQ #2381 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Ġiorni — Playing field

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1305, jaf il-Ministru li meta fl-1993, is-sena tat-twaqqif tal-kunsilli lokali, il-Gvern għadda l-playing field ta' Ta' Ġiorni lil Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, l-imsemmija playing field kienet diġa' tinsab fi stat diżastrus u dan wara sitt snin sħaħ ta' Gvern Nazzjonalista? Jaf il-Ministru li biex din il-playing field tiġi refurbished jenħtieġ somma konsiderevoli ta' flus, liema somma l-kunsill mhux faċli li jonfoq? Jista' l-Ministru, li kif għoġbu meta kien Ministru ta' gvern preċedenti Nazzjonalista, iwettaq diversi proġetti kapitali f'postijiet li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali bħal per eżempju l-Pjazza tal-Balluta, jikkonsidra bis-serjeta' u bl-aktar responsabbilta' li jwettaq immedjatament xogħol simili biex jitneħħa kull periklu u tingħata sura lil din il-playing field u dan għal ġid tal-komunita' ta' Ta' Ġiorni, speċjalment iż-żgħażagħ u t-tfal?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qed ikun ikkunsidrat.
Leg 9 PQ #2460 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Lucia — Wied ta' Garnaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf u jissewwa l-ġibjun li jinsab fil-Wied ta' Garnaw f'Santa Luċia, li bħalissa jinstab fi stat ta' abbandun għad-detriment tal-bdiewa tal-madwar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1291 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministru għall-Ambjent — Mobile Phones

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li l-Ministru għalih huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu użati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija din: a.) Numru ta' Mobile Phones użati - 22. b.) MIXTRIJA PREZZ ---------- ------- --------- 18 Mixtrija 4 qabel 5/9/98 ċ.) Użati minn: 10 uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 1 Direttur Ġenerali tax-Xogħlijiet 1 Chairman B.I.C.C. 10 uffiċjali tal-Ministeru. d.) In-numru ta' Mobile Phones illum huwa 22. Ebda wieħed minn dawn ma beda jkun użat mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn. Ta' min jinnota li fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien hemm dawn il-Mobile Phones: Ministeru 12 Diviżjoni tax-Xogħlijiet 3 W.S.C. 10 Enemalta 5 Awtorita' ta' l-Ippjanar 12 Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 10 ------ TOTAL 52 ------ Għalhekk, anki biex il-paraguni jkunu jreġu aħjar, naqta' barra l-entitajiet li llum ma jifformawx parti mill-Ministeru, ssib li qabel kien hemm 25 Mobile Phone qed jintużaw imqabbla ma' 22 illum u li 4 minnhom inxtraw privatament. Fil-fatt fi żmien l-amministrazzjoni preżenti, fil-Ministeru, ma nxtara ebda Mobile Telephone ġdid, u lanqas ma beda jintuża xi Mobile Telephone ġdid.
Leg 9 PQ #1716 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Tal-Katakombi - Ilma tax-xita

Question

Billi wara kull maltempata bix-xita l-ilma ta' l-inħawi taċ-Ċjaki, fir-Rabat qed jiżbokka fi Triq Kanonku G. Gatt Said b'riżultat li wara jispiċċaw mgħarqa r-residenti ta' l-inħawi f'Tal-Katakombi, fir-Rabat, jista' l-Ministru jinvestiga din il-problema u jirrimedja b'soluzzjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jinvestiga dan l-ilment.
Leg 9 PQ #2407 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Birżebbuga — Il-Bajja s-Sabiħa

Question

Jaf il-Ministru li parti mix-xogħol li kellu jsir fuq il-proġett ta' Birżebbuga, partikolarment fil-parti tal-Bajja s-Sabiħa sabiex meta tagħmel ix-xita l-ilma ma jaqlibx għal fuq il-bajja, għadu ma sarx? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-ilqugħ u culverts humiex se jsiru? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru pjanti ġodda partikolarment li juru l-'invert levels' tal-culverts eżistenti biex tiġi addottata l-aħjar sistema sabiex l-ilma tax-xita ma jaqax fuq ir-ramel. Wara li joħorġu t-tenders neċessarji, jibda x-xogħol li mistenni jkun lest sa Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #2420 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

EIB — Ftehim mal-Gvern Malti

Question

Billi l-Gvern Malti f'Diċembru ta' l-1995 kien għamel ftehim mal-European Investment Bank biex jissellef ECU 15miljun, jista' l-Ministru jgħid kemm kien għamel użu minn dan is-self? Fiex wasal dan il-proġett li għalih sar il-ftehim?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li sa issa ma ġiet utilizzata l-ebda somma minn dan is-self u li għalhekk il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jerġa' jiġi nnegozjat dan il-ftehim. Il-proġett huwa fil-fażi ta' formulazzjoni ta' proposti fit-Tramuntana ta' Malta u f'Għawdex biex l-istess proposti jkunu sottomessi għal studju ta' impatt ambjentali liema studju diġa' tlesta l-ewwel fażi biex jiġi sottomess lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #2481 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura/Zabbar — Katusi tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ippjanat mid-dipartiment li jsir tibdil ta' katusi tad-drenaġġ ġewwa l-Fgura, Zabbar u Xgħajra tul is-sena 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hemm ħsieb li jinbidlu l-katusi fi Triq in-Nissieġ, Żabbar u ħdejn Cottoner Avenue, l-Fgura. Barra minn hekk, qed isir 'adjudication' ta' tender għall-master plan design fuq is-sistema tad-drenaġġ tas-South, fejn ix-xogħol ta' infrastruttura propja jibda fi żmien tlett snin.
Leg 9 PQ #2486 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Ordni tal-Kavillieri ta' San Gwann — Falkun

Question

B'riferenza għal falkun li l-Gvern Laburista kien qed jiftiehem dwaru ma' l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann bħala ħlas talli l-Gvern Malti kien se jagħtihom il-Forti Sant'Anġlu, billi l-falkun skond il-liġijiet ta' pajjiżna huwa meqjus bħala tajra protetta u allura la tista' tinqabad titrabba ħajja u wisq inqas tinqatel, jista' l-Ministru jgħid jekk jafx x'kien se jagħmel bil-falkun il-Gvern ta' qabel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-immaġinazzjoni tiegħi f'dan ir-rigward ma tlaħħaqx ma' dik li seta' kellu l-Gvern preċedenti li kien tant akkanit li, għal raġunijiet li żgur jaf aħjar minni, jingħata falkun kull sena.
Leg 9 PQ #1963 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Triq Birkirkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux il-ħsieb tal-Gvern li jwettaq il-proġett kontra l-għargħar ta' l-ilmijiet fi Triq Birkirkara, f'San Ġiljan? Jekk għadu l-ħsieb, jista' l-Ministru jara li titħaffef il-proċedura sabiex il-proġett ikun jista' jsir bla dewmien bla bżonn u dan għall-benefiċċju tar-residenti li joqogħdu fl-imsemmija triq biex ma jkomplux ibatu mill-inkonvenjenti li din il-problema ġġib magħha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 2206 (Seduta 27).
Leg 9 PQ #1278 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Hospitality

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi n-nefqa fuq 'hospitality' kienet hekk: Ministeru Lm 969.48 Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent Lm 196.31 Diviżjoni tax-Xogħlijiet Lm 278.64 B.I.C.C. Lm 64.00 ----------- Lm1508.43 ----------- Barra minn hekk intnefqet is-somma ta' Lm901. bħala kotba u rigali oħra li fil-fatt ma tqassmux kollha. Dawn jintużaw l-aktar għal żjarat barra minn Malta jew għal delegazzjonijiet uffiċjali.