Art in Public Spaces Programme 2016-2018 – votazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26018, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet Heritage Malta sabiex assigurat li l-votanti kienu eleġibbli biex jivvotaw darba biss u allura li ma ntefax iktar minn vot wieħed għal kull votant?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26016, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni sabiex Heritage Malta tipparteċipa fil-proġett tal-Google Cultural Institute?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet mal-Google Cultural Institute waslu fi stat avvanzat u ghandhom jigu konkluzi fil-gimghat li gejjin.
Kunsill Lokali Belt Valletta – Financial Statements
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23878 u 24116 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mhuwiex f’pożizzjoni li jiffinalizza l-Financial Statements tiegħu u x’ser jagħmel il-Gvern biex isolvi din is-sitwazzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu finanzi pubbliċi fuq il-proġett tal-V18, sena b’sena, mill-2013 ’il hawn u għal kull sena jgħid kemm minn din l-ispiża kienet marbuta ma’ proġetti infrastrutturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l- informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Proġett tal-V18 – proġetti infrastrutturali fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ proġetti infrastrutturali li saru fil-Belt Valletta bħala parti mill-proġett tal-V18?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l- informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda jopera l-Asset Management Bureau u jagħti rendikont dettaljat tal-ħidma u l-operat tiegħu s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
'Il-corpus delicti' u l-qliegh minn attivitajiet kriminali jigu konfiskati in forza ta diversi ligijiet fosthom il- Kodici Kriminali, il-ligijiet dwar id-drogi, dwar il-money laundering u dwar id-dazji.
Dawn il-konfiski huma amministrati minn unit apposta fil-Qorti u mill-Pulizija.
Il-Gvern haseb biex jistabbilixxi Asset Management Bureau li twaqqaf b Avviz Legali biex jibda jiehu hsiebdanix-xoghol.
Dak il- Bureau prezentement qieghed fl-istadju tal-organizzazzjoni inizjali tieghu u tal- konstatazzjoni dwar kif jista jkun l-aktar effettiv u ekonomiku.
IIP Account – kontribuzzjonijiet lil għaqdiet filantropiċi/NGOs
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24119, jista’ l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2016 u jaqsam l-informazzjoni skont l-għaqdiet filantropiċi/NGOs li bbenefikaw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi minn meta beda l-Programm ta’ Cittadinanza b’Investiment sal-ahhar t’Ottubru 2016, kien hemm 169-il ghotja illi inghatat lil ghaqdiet filantropici/NGOs jew organizazzjonijet simili, b’total globali ta’ €1,438,100.00
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28474 u jgħid kemm-il darba, hu jew is-Segretarju Parlamentari ltaqgħu mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni f’din l-leġislatura? Jekk iltaqgħu, meta saru dawn il-laqgħat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ dawn il-laqgħat? Jista’ jgħid ukoll jekk saru xi laqgħat, kenux infurmati bihom il-ħames membri Maltin li jiffurmaw parti mid-delegazzjoni Maltija tal-Kumitat tar-Reġjuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taht dan is-Segretarjat isiru laqghat b’mod regolari mal-Awtoritajiet Lokali kollha li fil-maggior parti taghhom ikunu laqghat informali jew fuq xi materja specifika. Ninforma lil-Interpellant li laqghat formali mar-Regjuni kollha inkluzi il-Kumitati Amministrattivi li jinsabu fir-Regjuni rispettivi ser jibdew isiru u l-ewwel min dawn il-laqghat formali ser issir fil-bidu tax-xahar id-diehel.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28477 u jgħid b’liema kuntratti qed taħdem il-Local Enforcement System Agency (LESA) biex tkun tista’ tqabbad il-Gwardjani Lokali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat kull kuntratt, minn min, meta jiskadi u kemm jiswa’ kull kuntratt?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l- informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ċitazzjonijiet mogħtija mill-Gwardjani Lokali – tqassim ta’ flus
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28476 u jgħid x’inhi l-formula li biha qed jitqassmu l-flus li jinġabru miċ-ċitazzjonijiet mogħtija mill-Gwardjani Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Prezentament għaddejjin laqgħat mal-AKL dwar dan is-suggett.
Informazzjoni ulterjuri tiġi mħabbra aktar il-quddiem.
Management Efficiency Unit – rapport dwar il-piżijiet amministrattivi fuq kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28336 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsija parlamentari 24087 u 22154, jista’ l-Ministru jgħid jekk intemmitx id-diskussjoni interna dwar ir-rapport li kien ġie mħejji mill-Management Efficiency Unit (MEU) wara li dan kien mitlub jagħmel eżerċizzju sabiex jiġu identifikati l-piżijiet amministrattivi li qed ixekklu lill-kunsilli lokali milli jagħtu servizz effettiv u effiċjenti? Ma’ min qed jiddiskuti internament? Jista’ jgħid meta se jpoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra għax wieħed ma jarax għalfejn rapport m’għandux ikun f’idejn l-pubbliku biex kulħadd ikun jista’ jgħin fid-diskussjoni dwar il-kunsilli lokali f’pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat mis-Segretarjat Parlamentari li r-rapport li qed jagħmel riferenza għalih hu rapport intern. Dan ir-rapport ġie evalwat u mhux neċessarjament ser jiġu implimentati mi¿uri kif ġie suġġerit mill-MEU. Għaldaqstant mhux meqjus f’loku li tali rapport intern jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti
Dwar id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, qed isir ristrutturar li għandu jwassal biex id-dipartiment ikun jista’ jindirizza kemm il-funzjonijiet primarji ta’ monitoraġġ u appoġġ, kif ukoll il-funzjonijiet anċillari bħalma huma t-tifsil u l-implimentazzjoni ta’ proġetti, kif ukoll li jkun aġġornat u parteċipa fl-isfera kemm tal-UE u dawk internazzjonali fil-qasam tal-Gvern Lokali.
Aktar minn hekk, dwar il-pi¿ijiet amministrattivi li qed ixekklu lill-kunsilli lokali, twaqqaf Working Group li hu kompost minn rappre¿entanti tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji E¿ekuttivi, l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, liema Working Group hu presedut mid-Direttur Ġenerali fi ħdan il-ministeru, li għandu l-għan li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal Governanza Tajba fuq livell ta’ awtoritajiet lokali (Kumitati Reġjonali, Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi).
Jista’ l-Ministru jara li tiġi investigata r-raġuni għalfejn qiegħed ikun hemm riħa qawwija ta' ħruq ta' plastik fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad Dingli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali tar-Rabat u ta’ Ħad Dingli li ma għandhomx ilmenti ta’ riħa ta’ ħruq ta’ plastik. Intant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-inħawi ta’ bejn iż-żewġ lokalitajiet huma mifruxa mhux ħażin u allura nitolbu jkun aktar speċifiku u jindika liema nħawi qed jirreferi għalihom.
Kunsill Lokali – impenn sabiex isaħħaħ il-ġlieda konta l-faqar fost il-familji
Question
Ta’ kuljum, il-Kunsilli Lokali imissu mal-pjaga tal-faqar fost il-familji tagħna. Il-Gvern impenja ruħu sa mill-ewwel ġurnata tiegħu sabiex ikisser din il-pjaga. Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jimpenja ruħu fil-qasam tal-Kunsilli Lokali sabiex isaħħaħ il-ġlieda kontra l-faqar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Settembru 2016 tnediet skema li permezz tagħha l-Kumitati Reġjonali se jibbenfikaw minn €100,000 sabiex iħejju pjan dwar l-aspetti ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-lokalitajiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Din l-inizjattiva, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali, ser twassal biex ikollna viżjoni ħolistika dwar dawn l-aspetti, li jinkludu wkoll il-ġlieda kontra l-faqar. Minbarra dan, ittieħdet inizjattiva li fuq bażi nazzjonali qed isir taħriġ sabiex persuni adulti ikunu jistgħu jimmaniġjaw aħjar l-aspett finanzjarju tagħhom u kif jgħixu aħjar. Dan permezz ta’ proġett li jismu Għaqal id-Dar u li sa issa ħadu sehem fih għoxrin Kunsill Lokali. Il-Kunsilli Lokali huma fil-libertà li jieħdu l-inizjattiva huma rigward il-pjaga tal-faqar fost il-familji tagħna, fejn isibu is-sapport tal-Gvern Ċentrali.
Issa li l-Aġenzija LESA waslet biex tagħlaq l-ewwel sena fl-operat tagħha, jista’ l-Ministru jgħid x’avvanzi saru mis-sistema oriġinali u jekk waslitx sabiex finanzjarjament tkopri l-ispejjeż tal-operat tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Minn mindu l-Aġenzija LESA bdiet topera, l-infurzar lokali qiegħed gradwalment jieħu xejra oħra. Dan hu dovut għall-fatt illi l-Aġenzija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex tizdied l-effiċjenza u jiġi assigurat li kull taħrika li tiġi proċessata tkun inħarġet b’sens ta’ ġustizzja. Il-fattur u s-sens edukattiv ġie introdott b’rizultat li anke n-numru ta’ ċitazzjonijiet tnaqqsu drastikament, kif ukoll naqsu l-ilmenti .
L-Aġenzija ħadmet mill-qrib mal-Operatur tal-Gwardjani Lokali biex tirriforma id-
day to day running
tal-operat. Barraminhekk il-Gwardjani Lokali qed jingħataw taħriġ fuq l-Infurzar Lokali, kif ukoll fil-buon sens biex b’hekk iwettqu xogħolhom b’aktar diliġenza.
L-Aġenzija waqqfet uffiċċju ta’
Customer Care
sabiex jilqa’ ilmenti mill-pubbliku. L-Aġenzija izzomm kuntatt kontinwu mal-Kunsilli Lokali: fil-fatt ġew assenjati ħames
Regional Enforcement Officers
(wieħed għal kull Reġjun) sabiex jassiguraw li l-Infurzar qiegħed isir b’uniformita u kif suppost, f’Malta u Għawdex.
L-Aġenzija qegħda prezentament taħdem fuq programmi ta’ relazzjonijiet pubbliċi u edukazzjoni, li ser jiġi varat minn Ottubru li ġej fuq il-media, kif ukoll f’diversi skejjel u kulleġġi.
Għal dawk li huma spejjez finanzjarji tal-operat tal-aġenzija, jidher li l-għan tagħha ser tilħqu ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mid-Dipartiment f'din il-leġiżlatura għal skemi speċjali li nħarġu għall-Kunsilli Lokali bejn l-2008 u l-2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġislatura tħallsu €2,622,047.97 għall-iskema tal-PPP tat-toroq u €967,029.83 għall-iskemi l-oħrajn li nħarġu fil-perjodu ta’ żmien li qed jirreferi għalih, b’total ta’ €3,589,077.80. Aktar Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bord tal-Governanza – każijiet pendenti li jirrigwardjaw kunsilli lokali, sindki jew kunsilliera
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-każijiet pendenti li hemm quddiem il-Bord tal-Governanza lokali li jirrigwardjaw Kunsilli Lokali, Sindki jew kunsilliera u liema huma?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord ta’ Gvernanza Lokali m’ għandu l-ebda każ pendenti.
B’referenza għad-Diskors tal-Budget 2016 fejn f’paġna 54 intqal li matul l-2016 kien se jagħti prijorità lill-kamp tal-insolvenza u lill-kamp tal-infurzar tal-kuntratti, x’sar eżattament matul l-2016 fuq dawn iż-żewġ punti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirringrazzja lill-Onor Interpellant dwar id-domanda.
Biex inkun onest, ninsab ftit sorpriz b’din id-domanda ghaliex naf kemm l-Onor Interpellant huwa attent u jsegwi b’reqqa x-xoghol tal-Parlament. Jaf ghalhekk li diga’ sar l-ewwel qari ta’ Abbozz ta’ Ligi li jemenda l-Att dwar il-Kumpaniji mill-kollega tieghi l-Ministru tal-Finanzi Prof Edward Scicluna u l-abbozz innifsu gie ppubblikat fit-18 ta’ Ottubru, 2016 jigifieri kwazi xahar ilu.
L-ghan ta’ dan l-abbozz huwa li – nikkwota – “jittejbu l-processi ta’ rkuprar ghal kumpanniji registrati li jkunu f’diffikultajiet finanzjarji”. Dan hu abbozz li, kif spjegat pubblikament, sar xoghol dwaru konguntivament mill-Ministeru tieghi u l-Minsiteru tal-Finanzi u nirringrazzja l-esperti kollha li hadu sehem f’din il-hidma teknika u important hafna.
Irrid nispjega wkoll li fil-kamp tal-infurzar tal-kuntratti, apparti mid-diversi emendi li saru fl-ahhar snin biex niffacilitaw il-processi ghal inforzar iktar effettiv tal-kuntratti u titli ezekuttivi li perswaz li l-Onor Interpellant jaf dwarhom, qed tigi evalwata l-proposta li sentenzi tal-Qorti jigu registrati awtomatikament entro terminu ta’ zmien b’ipoteka generali mid-Direttur Generali Qrati Civili u Tribunali.
Reġistru tal-Artijiet – applikazzjonijiet għall-trasferimenti/titli ta' proprjetà u għall-charges/ipoteki/privileġġi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-trasferimenti/titli ta' proprjetà u għall-charges/ipoteki/privileġġi fir-Reġistru tal-Artijiet li kienu għadhom pendenti sal-aħħar ta' Settembru 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma li Onor. Interpellant li hemm diversi raġunijiet għal dan inkluż:
· Żieda sostanzjali fix-xogħol minħabba attivita ikbar fis-settur tal-proprjetà
· Numru sinjifikanti minn dawn il-
files
qed jistennew azzjoni mill-applikanti u/jew terzi persuni (eż. periti, nutara, werrieta)
· Din l-amministrazzjoni wirtet sitwazzjoni tal-biki b’sistemi ta’ IT skaduti u
backlog
ħafna ikbar milli hemm illum
Hemm pjan biex issir ri-organizazzjoni fid-Dipartiment bil-għan li l-backlog ikompli jonqos u jsaħħaħ l-operat ta’ dan id-dipartiment