Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati protesti ġudizzjarji fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u/jew fil-Qorti tal-Maġistrati din is-sena u
s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba dwar kemm ġew ippreżentati protesti ġudizzjarji hu kif ġej:-
2004 2005
Qorti tal-Maġistrati (Malta) 6 7*
Prim Awla tal-Qorti Ċivili 354 247*
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) 51 38**
* sal-31 ta' Awissu.
** sat-30 ta' Settembru.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali bil-proċedura li daħlet fl-1 ta' Awissu 2005 għal krediti ta' taħt il-Lm5,000?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-1 ta' Novembru 2005, kien hemm 863 ittri uffiċjali ppreżentati fil-Qorti ta' Malta bil-proċedura li daħlet fl-1 ta' Awissu 2005, filwaqt li n-numru ta' dawk preżentati fl-istess perjodu fil-Qorti ta' Għawdex kien ta' 39.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir ħdejn il-bieb prinċipali tal-Qrati tal-Ġustizzja fil-Belt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol li qiegħed isir ħdejn il-bieb prinċipali fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-Belt huwa xogħol intiż li joħloq Security Zone fid-dħul tal-Qorti. Ser ikun hemm post wieħed minn fejn il-pubbliku u l-Avukati jkunu jistgħu jidħlu u kull oġġett li jkunu qegħdin iġorru irid jingħadda minn X-Ray Machine li nxtara apposta. Il-ħruġ isir minn naħa opposta tad-dħul fejn ser tkun installata 'turnstile', li tinfetaħ b'sensor.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi li marru deżerti fil-Prim'Awla din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fis-sena 2004 kien hemm 232 kawża li marret deżerta fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, filwaqt li minn Jannar sa Settembru ta' l-2005 kien hemm 91 kawża li marret deżerta fl-istess Qorti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Matul is-sena 2004 u l-2005 s'issa, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni minn pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea applikaw għall-visa biex jiġu jistudjaw l-Ingliż? Kemm persuni ngħataw visa biex jiġu?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli l-okkażżjoni nispjega fi Tweġibiet għall-Mistoqsijiet preċedenti dwar dan is-suġġett, it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant m'huwiex disponibbli taħt forma ta' statistika.
Billi llum f'The Times u f'gazzetti oħra ġie rappurtat li tifla ta' 14-il sena (u li wara li ġiet stuprata) kienet fis-sakra fil-Bamboo Bar ġewwa Paceville, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ittieħdux passi kontra sid il-bar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadu fl-istadju ta' l-Appell quddiem il-Qorti u għaldaqstant m'għandu jingħad xejn li jista' jippreġudika proċeduri fil-Qorti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu membri ġodda fil-korp tal-pulizija mill-1998 sal-31 ta' Ottubru 2005, sena sena? Kemm minnhom irriżenjaw wara l-ewwel ħames snin li ġew reklutati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1998 u l-31 ta’ Ottubru 2005, l-ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija kien kif ġej:-
SpetturiKuntistabbli
1998--
19997-
2000-76
20011088
2002-72
2003-100
20048-
2005-100
Minn dawn kien hemm wieħed li rriżenja wara l-ewwel ħames snin mill-ħatra tiegħu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn għases tal-pulizija f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid, riferibbilment għal kull għassa, waħda waħda u xahar xahar, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Ottubru 2005, kemm kien hemm uffiċjali f'kull shift b'indikazzjoni tal-grad tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi b'kollox hawn 74 Għassa tal-Pulizija f'Malta u f'Għawdex.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi sabiex jinġabar it-tagħrif ta' kważi 5 snin hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant jeħtieġ ammont kbir ta' ħin u riżorsi u nħoss li l-ħin u r-riżorsi tal-Korp għandhom jintużaw fuq xogħol aktar importanti u utili.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, riferibbilment għal kull għassa tal-pulizija f'Malta u Għawdex, f'liema ġranet u ħinijiet l-għases inżammu magħluqin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Għases prinċipali kollha jinżammu miftuħa l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jista' jkun li jingħalqu temporanjament meta il-preżenza tal-Pulizija li jkun xogħol f'dik l-Għassa tkun meħtieġa x'imkien ieħor barra mill-Għassa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm vetturi u muturi fil-korp tal-pulziija u kif inhuma imqassmin skond it-taqsimiet? Jista' jgħid kemm hemm vetturi magħluqin fil-garage tal-pulziija u għaliex huma magħluqin? Jista' jikkoferma li numru ta' vetturi ġodda għadhom jew kienu qegħdin jinżammu magħluqin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vetturi li l-Korp tal-Pulizija għandu fid-diversi Taqsimiet huwa kif jidher hawn taħt:
TaqsimaVetturiMuturiTaqsimaVetturiMuturi
C.I.D.17-Klieb6-
Droga12-M.T.*62-
V.E.C.9-S.A.G.22-
S.B.10-Mobile12-
Distretti (Malta)3225Għawdex157
I.T.2-M.I.A.1-
F.S.L.5-Akkademja1-
A.L.E.6-Canteen2-
Mounted2-Q.M.S.1-
Pros. Unit1-H.R./Int. Aff.1-
Police Band1-Secretariat11
Traffic-37
*inkluż il-heavy plant.
Ma’ dawn hemm ukoll 27 vettura oħra ġodda sabiex ikunu użati skond in-neċessitajiet in ġenerali tal-Korp tal-Pulizija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirtira t-talba tad-dipartiment ta' l-artijiet sabiex raba' (mezza saqwi) produttiv f'Ta' Qali ma jinqeridx biex jiġi żviluppat ċentru tal-klieb kif qed jitlob il-gvern?
Billi r-raba' in kwestjoni jipproduċi provvista ta' l-ikel għall-bdiewa, tjur u bhejjem, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jinstab sit aħjar biex ma jinqeridx ir-raba' in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet ma għamel l-ebda talba biex jiġi żviluppat ċentru tal-klieb. Talba ta' Soċjeta' mhux governattiva biex jiġi żviluppat ċentru għall-annimali, saret għall-art f'Ta'Qali li qegħda tiġi okkupata mingħajr titolu. Fil-pjan ta' żvilupp ta' Ta'Qali, din l-art hija markata għall-faċilitajiet simili għat-talba ta' din is-soċjeta' u mhix intiża għall-skopijiet agrikoli.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili din is-sena u s-sena l-oħra, ġudikant b'ġudikant?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, illi din l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fuq is-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab taħt is-sub titolu Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. F'dan is-sit hemm kemm ġew deċiżi kawżi fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili sa mill-2000 u hija aġġornata sa Settembru 2005 ġudikant b'ġudikant.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi fit-Tribunal tat-Talbiet Żgħar din is-sena u s-sena l-oħra, ġudikant b'ġudikant?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, illi din l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fuq is-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab taħt is-sub titolu Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. F'dan is-sit hemm kemm ġew deċiżi kawżi taħt it-Tribunal għat-Talbiet Żgħar sa mill-2000 u hija aġġornata sa Settembru 2005 ġudikant b'ġudikant.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) din is-sena u s-sena l-oħra, ġudikant b'ġudikant?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab taħt is-sub titolu Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. F'dan is-sit hemm kemm ġew deċiżi kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) sa mill-2000 u hija aġġornata sa Awissu 2005 ġudikant b'ġudikant.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) din is-sena u s-sena l-oħra, ġudikant b'ġudikant?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, illi din l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab taħt is-sub titolu Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. L-istatistika tinkludi n-numru ta' kawżi maqtugħa ġudikant b'ġudikant.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ċeduti kawżi fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' kawżi li ġew ċeduti fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ta' Malta matul is-sena 2004 kien ta' 404 filwaqt li fl-2005, sat-30 ta' Settembru, ġew ċeduti 217.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk bħalissa hux miftuħ ir-reklutaġġ għall-korp tal-pulizija? Jekk le, meta se jiftaħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija jsir meta l-eżiġenzi tas-servizz ikunu hekk jirrikjedu wara li tkun ippublikat sejħa għall-applikazzjonijiet. F'Settembru li għadda daħlu 100 rekluta ġdid.