B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14386, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub lill-persuna nvoluta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nissuġġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jgħid lill-persuna konċernata biex tagħmel kuntatt dwar l-ilment li għandha mal-Customer Care Department ta` l-Isptar San Luqa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14110, jista' l-Ministru għallinqas jagħti t-tagħrif mitlub lill-persuna nnifisha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nissuġġerixxi l-Onorevoli Interpellant jgħid lill-persuna konċernata biex tagħmel kuntatt dwar l-ilment li għandha mal-Customer Care Department ta` l-Isptar San Luqa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ġodda ta' TB f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi mill-1990 sal-1999 ġew rappurtati 194 każ ta` Tuberkulożi.
Dawn jinqassmu kif ġej:
Sena Numru ta` -------------------------------
1990 19
1991 22
1992 30
1993 22
1994 24
1995 6
1996 22
1997 11
1998 16
1999 22
--------------------------------
Total 194
--------------------------------
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' salmonella, xahar b'xahar minn Jannar 1999 'l hawn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar 1999 sad-29 ta` Frar 2000 ġew rappurtati 360każ ta` Salmonella.
Dawn jinqassmu kif ġej:
Xahar Numru ta` Każi
-----------------------------------------
Jannar '99 8
Frar '99 -
Marzu '99 8
April '99 6
Mejju '99 17
Ġunju '99 5
Lulju '99 153
Awissu '99 9
Settembru '99 7
Ottubru '99 74
Novembru '99 19
Diċembru '99 12
Jannar '00 37
Frar '00 5
-----------------------------------------
Total 360
-----------------------------------------
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12310, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi l-Onorevoli Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni m'għandiex xi nżid mat-tweġiba li tajtu fis-seduta 222.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod ġewwa St Lukes Hospital, Boffa u Karen Grech illum (bil-massimu possibbli anke fil-korsiji u kuriduri)? Kemm huwa ppjanat illi se jkun hemm sodod ġewwa St Lukes, Boffa u Karen Grech u l-Isptar il-Ġdid f'Tal-Qroqq, meta jiftaħ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:
Sodod Normali Sodod Addizzjonali
Possibli f'każ
t'Emerġenza
------------------------------------- ----------------------------
Sptar San Luqa 927 414
(Inkluż Sptar Karen Grech)
Sptar Boffa 74 0
Sptar Tal-Qroqq 850 *
* Il-figura ta` sodod addizzjonali li jista` jkun hemm fl-Isptar il-Ġdid qiegħda tinħadem mill-Commissioning Team li qiegħed jevelwa l-pjan ta` kontinġenza f'każ ta` Emerġenza u kif dan għandu japplika għall-Isptar tal-Qroqq.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12296, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nerġa nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt fis-Seduta Nru. 220 għall-mistoqsija numru 12296.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji, sena b'sena mill-1989 sa l-1999, dwar kemm sar twelid b'caesarean section?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-istatistika mitluba mill-Onorevoli Intepellant tingħata fuq bażi volontarja lill-Ministru tas-Saħħa mill-isptarijiet kollha fejn iseħħu t-twelid. Din l-istatistika fuq bażi nazzjonali bdiet tinżamm mis-sena 1995.
Sena Numru ta` Ċesarji
1995 838
1996 867
1997 918
1998 960
1999(Jan-Ott.) 840
Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'xi health centres mhux jagħtu kotba ġodda li jiktbu fuqhom ir-riżultati tat-testijiet tad-demm, meta dawn jimtlew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nassumi li l-mistoqsija tirreferi għall-'card' li tintuża fid-Diabetes Clinic. 'Cards' ġodda għadhom jinħarġu fic-Ċentri tas-Saħħa kollha, iżda kien hemm xi perjodu meta dawn kienu temporanjament neqsin miċ-Ċentru tas-Saħħa ta` Raħal Ġdid.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-bini, mechanical u eletrical u l-pjanti ta' l-għamar eċċ li lestew s'issa l-konsorzju Skanska fuq l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba is-sigurta` u n-natura u l-volum tat-tweġiba (madwar 1000 pjanta) l-Onorevoli Interpellant qiegħed jiġi mistieden jara l-pjanti kollha fl-uffiċini tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk l-SHOs fil-qasam tas-surgical department li, minkejja li ġabu l-FRCS waqt li baqgħu jaqdu dmirhom St Lukes, s'issa għadhom jagħmlu xogħol ta' SHOs? Meta hemm min ilu SHO għal aktar minn sitt snin x'ċans hemm li dawn isiru registrars? X'vacancies hemm? Hemm registrars barranin li jistgħu jiġu sostitwiti b'registrars Maltin li għandhom l-FRCS, li huma kwalifikati u għandhom l-esperjenza?
Għaliex hemm diversi tobba li ilhom snin jagħmluha ta' acting SMOs jew acting senior registrars u għadhom ma ngħatawx il-post formalment?
Xi tfisser eżatt it-terminoloġija permanent SMOs?
Hemm ħsieb li fil-futur tiġi riattivata ir-registration level fil-qasam tal-kirurġija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-dewmien fil-mili ta` postijiet fil-gradi mediċi minn Registrars 'l fuq kien dovut għall-fatt li kien hemm diskussjonijiet għaddejjin bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-Medical Association of Malta (MAM) dwar il-kwalifiki rikjesti għall-mili tal-postijiet msemmija hawn fuq. Ninsab infurmat li issa li ntlaħaq ftehim li jonqsu r-ratifika tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa mistenni li fil-futur qarib joħorġu s-sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta` dawn il-postijiet.
In-numru ta` postijiet appruvati ta` Registrars/Senior House Officers fid-Dipartiment tal-Kirurġija huwa 20 filwaqt li fil-post hemm seba` Registrars u disa` Senior House Officers.
L-ispeċjalisti barranin huma fil-grad ta` Senior Registrar u mhux ta` registrar u għalhekk ma jistgħux jiġu sostitwiti b'Registrars Maltin. Wara li joħorġu s-sejħiet għall-mili ta` postijiet ta` Senior Registrars u jiġu maħtura Senior Registrars Maltin dan jista` jseħħ.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara l-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija.
Billi mhux l-ewwel darba li fil-Parlament f'din il-leġislatura tħabbar id-dħul ta' impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa, inkluż il-paga, allowances u overtime ta' individwi, jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar mill-1 ta'Ottubru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999, min huma l-impjegati, l-ID Card u l-grad tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa li f'xi xahar qalgħu aktar minn Lm100 overtime? F'kull każ kemm kien il-valur f'termini ta' flus ta' dan l-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn inqabdux ħaddiema li suppost jaħdmu day-in-day-out (tal-46 hours) jiġifieri li jaħdmu nofs ta' nhar il-Ħadd, imma fil-fatt in-nofs ta' nhar ta' Ħadd ma jidħlux?
Jista' jgħid kemm saru spezzjonijiet f'dan is-sens?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra ħaddiema li nqabdu jabbużaw f'dan is-sens?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Meta xi mpjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa nqabdu assenti minn fuq il-post tax-xogħol dejjem ittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom. Jekk l-Onor.Interpellant għandu xi każ partikolari jew xi informazzjoni konfidenzjali, huwa mitlub jgħaddihuli sabiex isir l-istħarriġ meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn inqabdu ħaddiema mhux fuq il-post tax-xogħol fl-Isptar Monte Carmeli?
Jista' jgħid kemm saru spezzjonijiet f'dan is-sens?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra ħaddiema li nqabdu jabbużaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-5 ta` Settembru 1998 'l hawn saru 29 spezzjoni fuq il-post tax-xogħol fl-isptar Monte Carmeli. Minn dawn irriżulta li kien hemm 2 ħaddiema li kienu telqu nofs siegħa kmieni minn fuq il-post tax-xogħol. Dawn ġew ammoniti kif ukoll ingħataw twissija bil-miktub li tpoġġiet fil-'file' personali tagħhom. Ħaddiem ieħor li ma nstabx fuq il-post tax-xogħol ġie mmultat ġurnata paga u tpoġġiet ukoll fil-'file' personali tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk riċentement irriżultax li mill-istores fl-Isptar Monte Carmeli naqsu madwar 125 kaxxa ta' xorb minerali?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid sarux investigazzjonijiet, u jekk saru, x'jirriżulta, u x'passi ttieħdu; u jekk ma sarux x'inhi r-raġuni?
Jista' jgħid jekk b'riżultat ta' dan in-nuqqas ta' xorb minerali, finalment batewx xi pazjenti jiġifieri jekk l-istess pazjenti għamlux xi ġranet ma jingħatawx minerali u jekk fl-affermattiv, kemm jammontaw il-pazjenti u l-ġranet rispettivament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għar-risposta li tajt għad-domanda Nru. 14038.
Jista'l-Ministru jagħti dettalji dwar l-informazzjoni u programmi ta' edukazzjoni li jingħataw mill-gvern lil nisa fit-tqala, dwar it-tqala, twelid u kura tat-trabi fil-perijodu immedjatament wara t-twelid?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni u programmi ta` edukazzjoni li jingħataw mill-Gvern lil nisa` fit-tqala, dwar it-tqala, twelid u kura tat-trabi fil-perjodu immedjatament wara t-twelid, huma ipprovduti mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u mid-Dipartiment tal-Maternita` fl-Isptar Karin Grech.
Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa
--------------------------------------- -
Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa iqassam kwantita` konsiderevoli ta` il-maternita`. Dawn il-fuljetti jikkonċernaw
(1) It-Tqala u t-Tipjip
(2) L-Ikel waqt it-Tqala u xi xhur qabel
(3) Il-Ħalib ta` l-Omm.
Il-fuljetti jiġu mqassma waqt il-Parent Craft Classes u fil-Post Natal Ward, kif ukoll miċ-Ċentru Tagħrif Dwar Saħħtek, Triq il-Merkanti, il-Belt. Id-Dipartiment qiegħed fil-proċess li fix-xhur li ġejjin ilesti gwida fuq is-Saħħa tat-Tfal mill-eta` ta` 0-15 'il sena. Dan il-materjal edukattiv maħsub li jsegwi l-iżvilupp tat-tfal u jiġbor ħafna tagħrif utli għall-ġenituri fit-trobbija tat-tfal. Dan il-proġett qed jiġi maħdum flimkien mad-Dipartiment tal-Pedjatrija u t-Taqsima School Medical Service.
Dipartiment tal-Maternita` fl-Isptar Karin Grech
------------------------------------------- ------
Id-Dipartiment tal-Maternita` fl-Isptar Karin Grech jorganizza programmi ta` edukazzjoni għall-ommijiet matul it-tqala. Kull programm jikkonsisti fi 8 laqgħat ta` siegħa u nofs il-waħda. Fost oħrajn jiġu diskussi:
1. Kif l-omm għandha tieħu ħsieb saħħitha matul it-tqala.
2. Xi problemi li jistgħu jinqalu u x'għandha tagħmel biex
tevita jew ittaffi dawn il-problemi.
3. Benefiċċji soċjali.
4. Eżerċizzji.
5. Żvilupp tat-tarbija fil-ġuf.
6. Il-Ħlas.
7. Il-Breastfeeding.
8. Il-kura ta` l-omm u t-tarbija wara t-twelid.
9. Żvilupp tat-tarbija wara t-twelid, developmental milestones.
10. Kif tevita il-periklu (safety) fid-dar.
11. Ippjanar tal-familja.
Fl-aħħar tal-programm l-ommijiet jittieħdu jżuru s-swali tal-Maternita` li 'l quddiem ser ikunu fihom.
Jista' l-Ministru jara li ssir inspection fil-post magħluq f'112/1, Triq P.P. Caruana, Bormla, peress li l-ġirien qed jilmentaw minn intejjen kbar u ġrieden?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi fil-preżent il-fond 112/1, Triq P.P. Caruana Bormla m'hux okkupat, ma setgħatx issir spezzjoni interna fil-fond imsemmi. Madanakollu, l-ispetturi tas-Sanita` li marru fuq il-post ma nnotaw l-ebda ntejjen ħerġin mill-fond.
Fil-frattemp, qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji biex ikun hemm aċċess għall-istess post biex issir l-ispezzjoni neċessarja.
Rigward il-presenza tal-ġrieden, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċjali tar-'Rodent Control', f'dan ix-xahar għamlu t-trattament neċessarju għal kontra l-ġrieden f'dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li, id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ikollha l-appuntament possibbilment fi żmien qasir, peress li qed tbati minn uġiegħ kbir u ma tistax tistenna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onorevoli Membru biex isegwi l-proċedura kif imniżżla fir-risposta li tajt għad-domanda numru 13567.