Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2675 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Ħinijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dwana x-shift ta' day in day out huwiex se jispiċċa u jinbidel ma' wieħed ta' 3 days in 1 day out? Jista' jgħid għaliex se jsir dan?

Response (DALLI, JOHN)

Qed isir studju biex id-Dipartiment tad-Dwana jara kif id-diversi sistemi ta` `shift` li jeżistu jistgħu jiġu integrati f`sistema waħda jew tnejn biex jintlaħqu aħjar il-bżonnijiet tad-Dipartiment. Meta jsir xi tibdil tingħata attenzjoni biex l-imjegati involuti ma jbatux.
Leg 9 PQ #2724 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tad-Dwana li isimhom qed jintbagħat separatament humiex se jingħataw transfer kif indikat?

Response (DALLI, JOHN)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 2673.
Leg 9 PQ #2330 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Xiri ta' proprjeta'minn barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm kienu l-barranin li xtraw proprjeta' f'Malta? X'nazzjonalita' kellhom u kemm minn dawn reġgħu biegħu l-istess proprjeta'? Kemm kien it-total tal-valur tal-proprjeta' akkwistata mill-barranin għal kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Rigward in-numru ta` barranin li xtraw proprjeta` f`Malta matul l-aħħar ħames snin, sena b`sena, qed tingħata l-informazzjoni meħtieġa fl-annessa Tabella mmarkata Dokument `A`. Għar-rigward ta` liema nazzjonalita` kienu qed tingħata l-informazzjoni meħtieġa fl-annessa Tabella mmarkata Dokument `B`. Ma tinżammx statistika speċifika għar-rigward ta` bejgħ ta` proprjeta` mill-barranin għax il-liġi tirregola l-akkwist ta` proprjeta immobbli mill-barranin u mhux il-bejgħ tal-istess propjeta immobbli mill-barranin. Nissuġġerixxi pero` li l-Onorevoli Membru jindirizza din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mir-Reġistru Pubbliku. Għar-rigward tal-total tal-valur tal-propjeta` immobbli akkwistata mill-barranin għal dawn l-aħħar ħames snin, qed tingħata l-informazzjoni meħtieġa fl-annessa Tabella mmarkata Dokument `C`.
Leg 9 PQ #2332 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul minn petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jikkalkola li se jkun il-qliegħ mill-bejgħ tal-petrol, kemm dak leaded kif ukoll unleaded, is-sena d-dieħla, jiġifieri fl-1999?

Response (DALLI, JOHN)

Hu kalkolat li ż-żieda fid-dħul tal-Gvern miż-żieda fid-dazju tas-sisa fuq il-petrol kemm dak leaded kif ukoll dak unleaded, hi ta` Lm3.2 miljuni fis-sena. Informazzjoni addizzjonali: KULL LITRU TIP TA` PETROL SISA QABEL SISA WARA DĦUL IL-BUDGET IL-BUDGET ADDIZZJONALI Unleaded (Lt 27.5m) 27c5 32c5 Lm1.4 m Leaded (Lt 73.5m) 30c5 32c5 Lm1.8 m
Leg 9 PQ #2651 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-5 ta` Settembru 1998 s`issa, intnefqu Lm530 fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rrangati.
Leg 9 PQ #2665 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Tax payers - Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta b'mod globali l-ammont ta' refunds li l-gvern għandu jagħti lit-tax payers? Kemm huwa n-numru ta' tax payers li qed jistennew refunds? Jista' l-Ministru jgħid kif ammontaw, sena b'sena u ammont b'ammont, ir-refunds?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant rigward refunds hija kif indikata hawn taħt: Sena Individwi Kumpanniji Total ta` Nru. Ammont Nru. Ammont Nru Ammont Stima 90 228 93,537 36 104,840 264 198,377 91 143 85,944 24 85,251 167 171,195 92 237 108,635 20 41,026 257 149,661 93 464 328,180 34 208,324 498 536,504 94 1,053 446,474 46 177,250 1,099 623,724 95 2,994 1,747,260 123 1,082,716 3,117 2,829,976 96 5,689 2,639,615 196 1,274,826 5,885 3,914,441 97 23,924 5,650,665 456 2,071,672 24,380 7,722,337 98 223 128,816 39 160,570 262 289,386 99 68 45,395 3 1,676 71 47,071 Total 35,023 11,274,521 977 5,208,151 36,000 16,482,672 Din it-tabella turi l-ammont globali sas-17 ta` Novembru 1998.
Leg 9 PQ #2673 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment tad-Dwana, fil-fergħa tad-Dwana u Sisa, fi żmien mhux 'il bogħod humiex se jsiru numru ta' transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta' trasferimenti hux se jaqbeż in-numru ta' 150? Jista' jgħid min se joħroġ dawn it-transfers u minn min tfasslu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll fuq liema kriterji se jsiru dawn it-trasferimenti? Xi ħtieġa hemm tagħhom? X'effett se jkollhom fuq l-effiċjenza tad-dipartiment?

Response (DALLI, JOHN)

Hija policy fid-dipartiment tad-dwana li l-impjegati jiddawwru minn post għall-ieħor fuq bażi regolari. Dan isir kemm għal skop ta` taħriġ u esperjenza kif ukoll għal skop ta` kontroll intern fid-dipartiment.
Leg 9 PQ #2674 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tad-Dwana huwiex jinvestiga xi impjegati tiegħu li nhar id-9 ta' Ottubru, 1998 allegatament skartaw minn fuq ix-xogħol biex attendew laqgħa politika tal-partit fil-gvern? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet, jekk saru?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartment tad-Dwana waslitlu informazzjoni li allegat li xi impjegati kienu ħallew il-post tax-xogħol tagħhom biex jattendu laqgħat politiċi taż-żewġ partiti politiċi. Qed isiru investigazzjonijiet dwar dan biex wara jsir dak li jkun indikat skond ma jirriżulta minnhom.
Leg 9 PQ #2538 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Exchange Bureaux

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn reġistrati f'Malta u f'Għawdex Exchange Bureaux? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti neċessarji biex tinfetaħ Exchange Bureaux? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom huma konformi fil-ħlas tal-liċenzji meħtieġa? Jekk jirriżulta li numru minnhom mhux konformi, x'inhu jagħmel il-gvern biex dawn jikkonformaw? Kemm hija l-miżata ta' liċenzja biex tinfetaħ Exchange Bureaux?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2608 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi tal-kiri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1897, jista' l-Ministru jirrispondi l-parti li tikkonċerna lid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ebda dipartiment ma kellu karozzi tal-kiri għall-użu tiegħu.
Leg 9 PQ #2635 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Sistema ta' tassazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm esperti ġew ingaġġati mal-Gvern biex jgħinuh ifassal u jdaħħal is-sistema ta' tassazzjoni tad-dazju u sisa fl-1997? Jista' jgħid kemm kien l-infiq għas-servizzi tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

L-esperti li ġew ingaġġati mal-Gvern biex jgħinuh ifassal u jdaħħal is-sistema ta` tassazzjoni tad-dazju u sisa fl-1997 kienu: Muscat Azzopardi, Spiteri & Associates Lm8,050 Prof. Edward Scicluna Lm4,128 Mr David Williams Lm4,706
Leg 9 PQ #2636 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Stocks — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-estimate rigward ir-refunds fuq l-istocks għas-snin 1995 u 1996?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-estimi tar-refunds fuq il-ħażniet eżistenti fl-aħħar ta` Diċembru 1994 li tħallsu fis-snin 1995 u 1996 kien ta` madwar Lm18-il miljun lira.
Leg 9 PQ #2637 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Stocks — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-Actual rigward ir-refunds fuq 45 stocks għas-snin 1995 u 1996?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Actual refunds fuq l-istocks għas-snin 1995 u 1996 huwa kifjidher hawn taħt: 1995 - Lm 5,340,975 1996 - Lm10,094,690
Leg 9 PQ #2638 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiiment tad-Dazju u Sisa — Reġistrazzjoni ta' kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni/kumpanniji ġew reġistrati, xahar b'xahar, mad-Dipartiment tad-Dazju u Sisa bejn l-1 ta' Lulju 1997 u t-30 ta' Novembru 1998?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2639 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT — Reġistrazzjoni ta' kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni/kumpanniji ġew reġistrati, xahar b'xahar, mad-Dipartiment tal-VAT bejn id-9 ta' Awissu, 1994 u t-30 ta' Ġunju, 1997?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2509 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Personal Injuries (Civilians) Scheme ta' l-1941

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-benefiċċji ta' dawk li jaqgħu taħt il-Malta Personal Injuries (Civilians) Scheme ta' l-1941 ilhom ma jieħdu żieda mill-1991 sal-lum? Meta mistenni li jkun hemm żieda taħt din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

Nifhem li l-Onor Interpellant qed jirreferi għall-Personal Injuries (Emergency Provisions) Ord. Chap 111. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-benefiċċji taħt din l-iskema għal dawk li korrew fil-gwerra, jew kaġun tal-gwerra, se jkunu assimilati definitivament mad-Disablement Pension tas-Sigurta` Soċjali b`effett mill-1 ta` Jannar 1999.
Leg 9 PQ #2461 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

NGO — Fond konsolidat

Question

Jista' l-Ministru jelenka kif se jitqassam il-fond ta' Lm400,000 li se jitqassam mill-Fond Konsolidat lil bosta NGOs? Liema NGOs se jibbenefikaw? Għal-liema programm speċifiku? Kemm se jingħataw flus? Jista' l-Ministru jgħid jekk minn din is-somma hux se jibbenefikaw għaqdiet Għawdxin?

Response (DALLI, JOHN)

Kif spjegajt fir-risposta għall-Mistoqsija Numru 2055, Lm400,000 allokati taħt il-Vot Rikurrenti tal-Ministeru tal-Politika Soċjali għas-sena d-dieħla, jitqassmu lil diversi N.G.O.`s skond programmi speċifiċili huma jitwettqu matul is-sena.
Leg 9 PQ #1289 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Mobile Phones

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998, u għad-dekasteru li l-Ministru għalih huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 taż Settembru, 1998 'l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Dipartiment Mobile Mixtrija Użu Użati Phones Mikrija\Nefqa mill- Użati 5\9\98 (a) (b) (c) Finanzi 4 a. Mixtri minn a. Ministru* *3 Hong Kong, Lm312 b. Segretarju b,c,d. Ma nxtrawx minn Privat* dan il-Ministeru c. Segretarju Permanenti d. Direttur Ġenerali* Kuntratti 1 Mixtri mingħand Vodafone, Lm165. Direttur -- Ċentru għas- 2 a. Mixtrija minn a. Chairman -- Servizzi Hong Kong, Lm350. Finanzjarji b. Mixtri mill-U.K. b. Senior Lm114.07 Executive Il-Borża 2 Mixtri mingħand a. General -- ta` Malta Telecell Ltd. Manager a. Lm179.49 u użu ġenerali b. Lm225.00 b. Chairman Bank Ċentrali 2 a. Mixtri mingħand a. Gvernatur -- ta` Malta Vodafone, Lm256.00 b. Mixtri mingħand b. Użu Telecell, Lm159.00 Korporattiva
Leg 9 PQ #2441 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Konsulent

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna li isimha qed jintbgħat separatament inħatarx konsulent fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata?

Response (DALLI, JOHN)

Il-kuntratt ta` konsulenza mal-persuna msemmija għadu mhux finalizzat.
Leg 9 PQ #2445 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tad-Dwana — Reġistrazzjoni ta' televisions

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati televisions tal-kulur mad-Dipartiment tad-Dwana matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u l-qisien tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-reġistrazzjoni tat-television isir mill-PBS, għalhekk nissuġġerixxilu li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.