Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu f'children's allowance, sena b'sena, tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li jsiru l-pagamenti meħtieġa mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Pensjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni li l-pensjoni tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qatt ma ġiet riveduta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Żurrieq — Reġistrar għax-xoghol

Question

Tista' il-Ministru tara x'passi ser jittieħdu sabiex il-konswetudini li l-apparat tar-reġistrar ikun out of order bil-konsegwenza li dawk li jmorru biex jirreġistraw fiż-Żurrieq jispiċċaw b'isimhom maqtugħ minn fuq ir-reġistru intortament, ma tibqax tirrepeti ruħha? Jista' il-Ministru jara li l-istess makkinarju jitneħħa mill-parti li jinsab fih u jitpoġġa f'post aktar aċċessibli għall-persuni li jsofru minn diżabilita' u dan minħabba t-taraġ li hemm?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li meta l-apparat għar-reġistrar, li hu propjeta' u li jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni għat-Taħriġ u x-Xogħol, jiġrilu ħsara, l-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jinfurmaw b'dan lill-Korporazzjoni. Ninsab infurmata wkoll li f'dawn il-każijiet, dawk dovuti li jirreġistraw jitqiesu daqs li kieku rreġistraw xorta waħda. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ilu li beda proċess biex, fejn hu possibbli, l-Uffiċċji Distrettwali jiġu modernizzati u fl-istess ħin isiru kumpletament aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'. L-Onor. Interpellant żgur jifhem li, partikolarment fejn il-propjeta ma tkunx tal-Gvern, dan mhux dejjem ikun possibbli.

Persuni li weġġgħu fuq ix-xogħol

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapportati li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol matul l-2003 u l-2004 separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta' talbiet lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għall-benefiċċju għall-korriment fuq xogħol fis-snin 2003 u 2004 kien 4,602 u 3,996 rispettivament.

Manutenzjoni ta' flats

Question

Tista' il-Ministru tara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa fil-flats - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - għaliex hemm bżonn li, fost affarijiet oħra, jitbajdu, jitranġa l-bieb tal-komun u jitwaħħlu l-bozoz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Parental leave

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid skond l-Att ta' l-2002 dwar l-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali, regolamenti ta' l-2003 dwar dritt ta' leave tal-ġenituri, kemm għandha parental leave omm li taħdem mas-settur privat u li tkun adottat tlett itfal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjieg.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-housing alternattiv li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' il-Ministru tintervjeni personalment peress li l-persuna involuta hija separata b'żewġt itfal u bħalissa qed ikollha toqgħod ma' ommha fejn diġa' hemm problemi soċjali oħra, fosthom abbuż fiżiku fuq uliedha minn membri oħrajn tal-familja, wara li r-raġuni ewlenija tas-separazzjoni tagħha kienet sabiex taħrab l-abbuż fiżiku ta' żewġha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Family welfare department

Question

Tista' il-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li d-dipartiment tal-family welfare hux se jiġi intergrat fi ħdan xi aġenzija akbar fid-dekasteru tagħha? Jekk dan huwa minnu, kif se jiġu riorganizzati d-diversi taqsimiet u l-ħaddiema rispettivi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma hemm ebda ħsieb li d-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja jiġi ntegrat f'xi aġenzija. Il-pjan, li diġa' beda jitwettaq, għal dan id-Dipartiment hu li jinbidel f'wieħed li jirregola s-servizzi li jingħataw fil-qasam tal-ħarsien soċjali. Fil-fatt ix-xogħol ta' għoti ta' servizzi li kienu jingħataw mid-Dipartiment, b'eċċezzjoni tas-servizz dwar l-adozzjoni, diġa għadda għand l-Aġenzija Appoġġ. Il-ħaddiema ser jibqgħu fid-Dipartiment u qed jiġu riorganizzati u ser jiġu mħarrġa biex jaqdu l-funzjonijiet ġodda li qed jassumi d-Dipartiment.

Djar — Manutenzjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li tingħata l-għajnuna neċessarja lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u dan wara li applikat għal skema ta' għajnuna ta' l-HA u wara din ġiet approvata u min ħadmilha x-xogħol ma applikax għall-permessi mal-MEPA għal bdil ta' saqaf? Peress li din il-persuna mhijiex f'pożizzjoni li tagħmel spejjeż, tista' il-Ministru tara li jitqabbdu periti ta' l-awtorita' sabiex isiru l-permessi neċessarji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant applikat ma' l-Awtorita' tad-Djar biex tingħata għajnuna finanzjarja għal diversi xogħlijiet fid-dar taħt Skema 5. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu alterazzjonijiet strutturali li jirrikjedu permess mill-MEPA. L-Awtorita' approvat l-applikazzjoni bil-kundizzjoni li l-applikanta tikseb dan il-permess. Peress li l-applikanta baqgħet ma ottenietx il-permess meħtieġ, l-Awtorita' ddeċediet li jitħallas il-kumpens dovut għax-xogħlijiet li ma kienux jirrikjedu dan il-permess. Dan il-kumpens fil-fatt tħallas f'Novembru 2004. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' m'hix f'pożizzjoni li testendi s-servizz mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija u l-applikanta tingħata l-kumplament tal-kumpens meta tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha, u dan skond il-kondizzjonijiet ta' l-iskema li applikat taħtha.

Tnaqqis mill-pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kellha tnaqqis ta' Lm74 miċ-cheque tal-pensjoni u Lm11 miċ-cheque tax-xahar ta' wara?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Tnaqqis mill-benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed ikollha tnaqqis mill-benefiċċji li tirċievi u dan wara li qed tkun ikkalkulata l-pensjoni ta' diżabilita' mill-Ingilterra li hi meqjusa bħala non-taxable?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Dipartiment tas-sigurta' soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ittra lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali tal-Belt Valletta, mibgħuta fid-9 ta' Diċembru, 2004 dwar il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, dwar allegazzjoni ta' abbuż ta' benefiċċju soċjali, għadha ma ngħatatx risposta għaliha issa li għaddew aktar minn ħames xhur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mill-investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant ma rriżultax li kien hemm abbuż fit-teħid tal-benefiċċju.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċju tal-amrd

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10739, tista' il-Ministru tinfurmani jekk iċ-ċifra ta' Lm1.7 miljun hijiex għas-sena 2004 u jekk fl-affermattiv, għaliex jirriżulta tnaqqis ta' Lm0.3 miljun f'benefiċċju ta' mard paragunat mas-sena 2003?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ċ-ċifra ta' Lm1,707,716.32, mogħtija fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10739, f'Seduta Numru 246 tirrappreżenta l-ammont imħallas f'Benefiċċju għall-Mard fis-sena 2004. Ninsab infurmata wkoll li t-tnaqqis fl-ispiża fuq dak tas-sena ta' qabel kien dovut għan-numru anqas kemm f'talbiet kif ukoll fin-numru ta' ġranet ta' mard.

Comparative return of expenditure report

Question

Nirriferi lill-Ministru għall-comparative return of expenditure report għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u t-28 ta' Frar 2005 kif ġie pubblikat fuq il-gazzetta tal-gvern. Tista' il-Ministru tagħti informazzjoni kif fl-2004 l-ispiża għal social security benefits għall-perjodu kienet Lm31,736,056 u din is-sena Lm40,558,450 għall-istess żmien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Unmarried mothers/single parents

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tqassmu postijiet għall-akkomodazzjoni mill-gvern is-sena l-oħra? Tista' tgħid kemm minn dawn ingħataw lil unmarried mothers u/jew single parents?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, s-sena l-oħra allokaw 143 u 156 post rispettivament. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10024 f'Seduta Numru 223.

Sigurta' Soċjali — Ċertifikati tal-mard

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inħarġu ċertifikati ta' mard is-sena l-oħra u mingħajr ma tagħti ismijiet ta' tobba tgħid jew tagħti breakdown ta' kemm ħarġu ċertifikati kull wieħed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul l-2004 id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali rċieva 230,223 ċertifikati rigward benefiċċju għal mard li jinkludu ċertifikati first, intermediate u final. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sigurta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tagħti spjegazzjoni lill-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - dwar x'inhi r-raġuni għaliex qed tintalab ħlas lura mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma direttament u bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kiri ta' karozzi

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10582, tista' il-Ministru tinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom? Tista' il-Ministru tagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2004 nxtraw 7 karozzi minn entitajiet jew dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. In-nefqa globali fuq dan ix-xiri kienet Lm40,936. Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta' vetturi li huma propjeta' ta' dawn l-entitajiet u dipartimenti hu 29.

Sta Lucija — Stallazzjoni ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tara li jsir lift fi flat Block 15, Begonia Street, Sta Lucija, peress illi hemm ħafna anzjani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni għall-istallar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.