Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel — Studenti li jbati minn aċċessjonijiet

Question

F'każ ta' persuna fi skola li jagħtuha l-aċċessjonijiet, jista' jiġi rranġat li tingħata l-injezzjoniet min-nurse?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa qatt ma kien hemm talba jew bżonn ta' xi injezzjoni fl-iskola minħabba l-kondizzjoni msemmija.

ETC — Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' nies li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru bħalissa u kif jikkompara ma' l-istess perijodu ta' l-aħħar għaxar snin?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel ta' l-Istat — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14751 u jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern kollha f'Malta u Għawdex fl-2005 u kemm sewa kull xogħol li sar?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt il-ġimgħa l-oħra.

Kors ta' l-occupational therapy

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti fil-kors ta' l-occupational therapy fl-aħħar ċerimonja tal-gradwazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li n-numru ta' studenti li ggradwaw is-sena l-oħra (2004-2005), fil-kors tal-B.Sc (Hons) Occupational Therapy kien ta' 15.

Koperattiva tat-Tjur — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm proċeduri kriminali in konnessjoni ma' ħaddiema jew ex ħaddiema ta' koperattiva tat-tjur limited li baqgħu ma tħallsux il-pagi, bonus, eċċ? Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema? Jista' jgħid kemm hu l-ammont li għandhom jieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li l-Bord tal-Koperattivi ma jidħolx fi kwistjonijet legali bejn il-membru/i u bejn il-koperattiva tagħhom. Mhux il-kompitu tal-Bord li jżomm din it-tip ta’ nformazzjoni.

Għawdex — Xogħol part-time

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema f'Għawdex li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' April u Settembru ta' din is-sena? F'liema oqsma kienu jaħdmu? Kemm minnhom kienu rġiel miżżewġa u kemm minnhom kienu nisa miżżewġa?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numru ta' ħaddiema f'Għawdex li kellhom xogħol part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' April u Settembru ta' din is-sena huwa dan: Direct Production Market Services Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total Dec'98 101 160 261 543 224 767 Dec'99 120 178 298 597 284 881 Dec'00 109 196 305 708 314 1022 Dec'01 104 211 315 760 349 1109 Dec'02 106 217 323 808 376 1184 Dec'03 102 226 328 875 433 1308 Dec'04 84 237 321 906 430 1336 April'05 70 237 307 940 446 1386

Skejjel ta' l-istat — Fund raising activities

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx sistema stabbilita jew regolamenti magħrufa mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni dwar fund raising activities li jsiru fl-iskejjel ta' l-istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel ta' l-Istat, bħal l-iskejjel tal-Knisja u Privati, jistgħu jorganizzaw attivitajiet ta' fund raising flimkien mal-Kunsilli Skolastiċi rispettivi.

Festi pubbliċi li jaqgħu fl-aħħar tal-ġimgħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena dawk il-ħaddiema li jaħdmu ġimgħa ta' ħamest ijiem imqassma mit-Tnejn sal-Ħadd u m'għandhom l-ebda kumpens għall-ħdud jew festi humiex se jitilfu l-erbat ijiem annual leave miżjuda minħabba l-erba' festi li din is-sena ser jaħbtu fl-aħħar tal-ġimgħa?

Response (GALEA, LOUIS)

L-emenda fl-Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubblici Oħra tagħmilha ċara li meta Festa Nazzjonali jew Btala Pubblika taħbat fil-ġurnata tas-Sibt jew tal-Ħadd dik il-Festa jew Btala ma għadhiex titqies bħala btala pubblika għall-iskop illi jingħata jedd lil xi persuna għal jum ieħor ta’ leave.

Universita' ta' Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-popolazzjoni ta' studenti barranin, maqsuma nazzjonalitajiet differenti u ta' studenti Għawdxin fl-universita' matul is-snin 2000-2005, kull sena separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti Għawdxin fl-Universita' f'dawn l-aħħar ħames snin kienu ta': Sena Numru ta' studenti 2000/01 508 2001/02 544 2002/03 650 2003/04 720 2004/05 562 L-informazzjoni dwar il-popolazzjoni ta' studenti barranin maqsuma f'nazzjonalitajiet differenti matul is-snin 2000 - 2005 ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Trasferiment ta' impjegata

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni, minbarra dik ta' l-esiġenzi tas-servizz, li l-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet trasferita mis-sezzjoni fejn kienet qabel għall-iskola Adelaide Cini? Jista' jgħid jekk dan it-trasferiment sarx fuq talba tal-persuna stess u jekk ġietx mibgħuta jew se jintbagħat xi ħaddieħor minflokha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'hemmx raġuni oħra ħlief l-esiġenzi tas-servizz.

Għawdex — Għalliema fl-iskejjel

Question

Jista' il-Ministru jgħid: 1) kemm hemm għalliema f'kull skola primarja u sekondarja u post-sekondarja f'Għawdex; 2) kemm għandu tfal fil-klassi kull għalliem fl-iskejjel primarji f'Għawdex; 3) kemm għandu sigħat kull għalliem u jiġi ndikat is-suġġett fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub fl-ewwel parti u t-tieni parti tal-Mistoqsija ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhix il-prattika li jingħata t-tagħrif fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Universita' — full-time courses

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-Universita` li bħalissa qed isegwu full-time course? Kemm huma l-istudenti li bdew full-time course minn din is-sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-istudenti Għawdxin, inkluż dawk li se jibdew din is-sena, li bħalissa qed isegwu kors full-time fl-Universita` ta' Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu l-istudenti li kull sena bejn is-sena 2000 u din is-sena li applikaw biex jibdew isegwu kors ta' - -Bachelor of Science (Business & Computing) ; -Bachelor of Science (Hons) Information Technology; -Bachelor of Science (Hons) - Biology, Chemistry, Mathematics, Physics, Statistics & Operations Research, Computer Science; -Informatics Bachelor of Engineering (Hons); -Bachelor of Education/ PGCE - Biology, Chemistry, Physics, Mathematics, Computer; Jista’ jgħid minn meta beda jkun applikat it-test tal-mezzi u kemm kienu sena b'sena l-istudenti li bbenefikaw minnu? Fiex jikkonsisti dan it-test tal-mezzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Studji terzjarji

Question

Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-projections u kif inħadmu ta’ kemm huwa maħsub li jkun hemm studenti li jkomplu l-istudji terzjarji tagħhom sena b’sena, għas-snin li ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Universita' — Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-Universita` fl-ewwel sena akkademika li bdiet f’dawn il-jiem u dan separatament skond il-kors magħżul minnhom? Jista’ jgħid kemm huma l-istudenti Għawdxin ta’ l-ewwel sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kulleġġi — Ko-ordinaturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-erba' ko-odinaturi li se jmexxu l-erba' kulleġġi li twaqqfu bi prova?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-koordinaturi huma l-assistenti Diretturi li ġejjin :- Ms Marylin Sciortino - Kuleġġ San Benedittu Ms Salvina Muscat - Kuleġġ Kottonera Mr Frank Gatt - Kuleġġ Għawdex Mr George Borg - Kuleġġ Speċjali u Edukazzjoni Inklussiva.

Ħal Kirkop — Kulleġġ San Benedittu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa s'issa l-bini ta' l-iskola f'Tal-Karwija? Kemm kien ippjanat li se tkun tqum din l-iskola? X'xogħlijiet fadal isiru u kemm se jiswew f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola l-ġdida sekondarja subien fil-kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop hi stmata li tqum Lm 3 miljuni. Ix-xogħolijiet li fadal huma l-kostruzzjoni u tlestija tas-sala u xi kmamar oħra. Tagħrif dwar l-ispiża s'issa ikun jista' jingħata meta x-xogħol imwettaq ikun ċertifikat, verifikat u l-kontijiet ikunu magħluqa.

Skejjel primarji — studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-livell primarju skond is-sena li jinsabu fiha, jiġifieri mill-ewwel klassi sas-sitt klassi separatament? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament kemm għall-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u dawk privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti fil-livell primarju, skond is-sena li jinsabu fiha fi skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk privati huma hekk:

Skejjel sekondarji — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-livell sekondarju skond is-sena li jinsabu fiha, jiġifieri mill-ewwel klassi sal-ħames klassi separatament? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament kemm għall-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u dawk privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti fil-livell sekondarju skond is-sena li jinsabu fiha fi skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk privati huma hekk:

Ħal Kirkop — Kulleġġ San Benedittu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm staff amministrattiv fl-iskola magħrufa bħala Tal-Karwija? Jista' jgħid ukoll kemm hemm għalliema u ta' liema suġġetti? Fil-każ ta' l-istaff amministrattiv, jista' jgħid jekk kienux qed jaħdmu jew jirreġistraw u fejn joqogħdu (belt jew raħal)?

Response (GALEA, LOUIS)

Napprezza jekk kulħadd jibda jirreferi għal din l-iskola bħala l-iskola sekondarja subien Kulleġġ San Benedittu Kirkop u mhux bħala "l-iskola l-ġdida tal-Karwija. Informat li l-istaff amministrattiv ta' din l-iskola huwa magħmul minn segretarja u uffiċjal eżekuttiv. Iż-żewġ persuni kienu diġa impjegati tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Informazzjoni oħra dwar l-għalliema, l-Kap u l-Assistent Kapijiet ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li l-istaff amministrattiv huwa magħmul minn segretarja u uffiċjal eżekuttiv li joqgħodu ż-Żurrieq u Ħal-Safi rispettivament. Iż-żewġ persuni kienu diġa jaħdmu fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Informazzjoni oħra dwar l-għalliema, l-Head u l-ass. Heads ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.