Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29966 Sitting 652 2001-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — Vjolenza

Question

29966Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-mistoqsija parlamentari nru. 29822?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29985 Sitting 648 2001-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet/Siti Pre-istoriċi — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul minn kull mużew u siti pre-istoriċi u storiċi xahar b'xahar minn Settembru sa Ottubru għas-snin 2000 u 2001? Fiex wasal il-proċess tat-ticketing machines għad-dħul f'dawn il-postijiet ta'interess storiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' x'kien id-dħul minn kull mużew u siti pre-istoriċi xahar b'xahar minn Settembru sa Ottubru għas-snin 2000 u 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li l-kuntratt tat-ticketing machines għad-dħul f'dawn il-postijiet ta' interess storiku ingħata u qed isir xogħol fuq il-pilot project.
Leg 9 PQ #29987 Sitting 648 2001-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Grounds

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 2545 u jagħti t-tagħrif aġġornat għas-snin skolastiċi 1998-1999, 1999-2000 u 2000-2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Rapport ta' kemm tneħħew siġar fis-snin mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29932 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ De La Salle

Question

Jista' l-Ministru jgħid wara li l-brothers tal-kulleġġ De La Salle kif wkoll il-ġenituri tat-tfal li jattendu dan il-kulleġġ ilmentaw mill-periklu għat-tfal li qed ikun hemm kull nhar ta' Tlieta filgħodu minħabba l-monti li qed jostakola d-daħla prinċipali tal-Kulleġġ u wara li l-Ministeru tiegħek wiegħed li se jidħol f'din il-kwistjoni, jista' jgħid x'sar u xi żviluppi kien hemm biex din il-kwistjoni tiġi solvuta? Billi kull nhar ta' Tlieta filgħodu qed ikun hemm periklu serji għat-tfal speċjalment dawk żgħar, jista' jinterveni qabel ma jkun hemm xi inċident? Billi din il-kwistjoni twalet aktar minn biżżejjed, jista' l-Ministru jara li din il-kwistjoni tiġi solvuta fl-aqsar żmien possibbli?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nhar ta' Tlieta ma għadhomx jidħlu coaches fil-bitħa ta' l-iskola li bl-immanuvrar tagħhom setgħu kienu ta' periklu. Il-coaches issa qed iniżżlu t-tfal barra d-dħul ta' wara u t-tfal jimxu fl-iskola għall-klassi rispettiva tagħhom. Din is-sitwazzjoni hija simili ħafna għal dik ta' l-iskejjel l-oħra f'Malta u Għawdex. Rigward il-kwestjoni tas-Suq, minkejja rappreżentazzjonijiet, informat li s-Segretarjat għas-Self Employed fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi s'issa ma setgħax isib alternattiva għas-Suq li ilu jarma f'din il-parti għal dawn l-aħħar snin. Filwaqt li nissimpatizza ma' dawk li qed isibu dan l-inkonvenjent darba fil-Ġimgħa (kull nhar ta' Tlieta filgħodu), jidher li hemm diffikolta` rejali minħabba li s-Suq qed jintrama skond il-liġi bil-permessi meħtieġa.
Leg 9 PQ #29936 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Building & Construction Institute

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kotba għandhom bżonn l-istudenti li qed jattendu għal course ta' draftsman fil-MCAST Building & Construction Institute Naxxar first year? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li dawn l-istudenti għandhom bla kotba sal-ġurnata tal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li filwaqt li l-Kors ta' Draughtsmanship qiegħed isir għall-ewwel darba fl-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni, fl-MCAST in-Naxxar, qatt fil-passat ma ingħataw kotba bħala textbooks lill-istudenti għal dan il-Kors. L-Asst. Lecturers f'dan il-kors huma l-istess li kienu jgħallmu fil-passat u qegħdin jużaw ħafna mill-istess kotba li kienu jintużaw fil-passat. L-għalliema għandhom bank ta' kotba ta' riferenza li jużaw kontinwament ma' l-istudenti. Kemm il-darba huma jridu jgħaddu kopji ta' materjal importanti minn dawn il-kotba, dan isir permezz ta' kopji bis-servizzi mogħtija mill-istess Istitut. Dan jiffranka ħafna spejjeż lill-istudenti. Qiegħed isir eżerċizzju sabiex jitkabbar dan il-bank ta' kotba mill-għalliem lill-istudent issir biss fuq bażi tal-bżonnijiet tal-kurrikulu. It-tagħlim f'dan il-kors beda u miexi b'ritmu tajjeb. L-MCAST qed jikkonsidra wkoll titjib u aġġornament tal-korsijiet f'dan l-Istitut.
Leg 9 PQ #29945 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra għall-liema raġuni ttieħdet il-linja li ma jiġux ammessi studenti fuq bażi proviżorja fl-Universita' sakemm jġibu l-kwalifiki neċessarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'hemm ebda provvediment fir-Regolamenti għad-Dħul li jippermettu li jkunu ammessi studenti fuq bażi proviżorja fl-Universita` sakemm iġibu l-kwalifiki neċessarji u li din mhix xi linja ġdida iżda ilha l-prassi għal fuq minn tnax-il sena.
Leg 9 PQ #29962 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Każ ta' Frodi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi investigazzjoni għaddejja dwar frodi fit-taqsima ta' reklamar tal-PBS kif hemm fil-ħarġa tal-PBS kif hemm fil-ħarġa ta' l-ewwel faċċatta ta' The Malta Today tat-18.11.2001? Fejn waslu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-PBS waqqfet Bord ta' Inkjesta b'persuni kompetenti minbarra l-Kumpanija sabiex jiġu stabbiliti l-fatti dwar l-allegat każ ta' frodi fit-taqsima tar-reklami. L-investigazzjoni għadha għaddejja.
Leg 9 PQ #29979 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Amministrazzjoni — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li matul din l-aħħar sena ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal top jobs fl-amministrazzjoni mingħajr ma ntalbu kwalifiki akkademiċi meta l-pagi tagħhom huma relatati mal-postijiet akkademiċi?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru ġentilment mitlub jispeċifika aktar il-mistoqsija tiegħu biex tkun tista' tingħata tweġiba.
Leg 9 PQ #29853 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni li studenti li rċevew l-istipendji s-sena l-oħra qed jiġu wkoll intaxxati mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Kemm fil-fatt kien in-numru ta' studenti li ġew intaxxati għaliex irċevew l-istipendji?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru mitlub jirreferi din id-domanda lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Income Tax.
Leg 9 PQ #29315 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħlim tal-Ingliz lill-Barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-iskejjel kollha li fis-sajf li għadda ntużaw għat-tagħlim tal-Ingliż lill-barranin u f'kull każ jgħid ma' liema skola/organizzazzjoni sar il-ftehim għall-użu tal-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel li krew xi parti mill-iskola tagħhom għall-iskop imsemmi huma dawn: In Lingua School of Languages Lily of the Valley, Girls' Secondary School, Mosta Antonio Bosio, Boys' Secondary School, Gżira (15 classes) Primary School, St Julian's (classes and part of yard) Primary School, Msida Education English Centre Vincenzo Buġeja, Boys' Secondary School, Santa Venera European Community Language School Sir Luigi Preziosi, Girls' Secondary School, St Andrew's (Classes, yard ond offices) NSTS English Language Institute Primary School, Lija (classes and one office) Calypso Academy of English Language Sir MA Refalo Centre for Further Studies, Victoria, Gozo.
Leg 9 PQ #29473 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm hemm studenti reġistrati fl-Universita' ta' Malta minn Bormla, Birgu, Senglea, Fgura, Kalkara, Xgħajra u Żabbar u possibilment billi jiġu indikati s-sess tagħhom sena b'sena kif ukoll l-korsijiet rispettivi li qed jieħdu ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29774 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal temmu l-edukazzjoni primarja tagħhom f'Għawdex fis-sena skolastika 2000-2001? Fl-istess sena kemm adolexxenti Għawdxin temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom? Kemm żgħażagħ Għawdxin temmew l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom fis-sena skolastika 2000-2001? F'liema istituzzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li 172 tifel u 168 tifla temmew l-edukazzjoni Primarja tagħhom fis-sena skolastika 2000/2001. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27799.
Leg 9 PQ #29884 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

National R & D Audit

Question

Jista' l-Ministru jippublika il-konklużjonijiet u il-findings tal-workshop li ġie organizzat mil-Malta Council for Science and Technology dwar National R&D Audit and Foresight Exercise in Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija qiegħed jorganizza numru ta' workshops bħala preparazzjoni għal National R&D Audit u Technology Foresight Exercise. Fil-workshops qed jiġu diskussi l-metodoloġija u l-programm ta' ħidma li għandhom jiġu segwiti. L-eżerċizzju ta' Audit diġa` ingħata bidu u jibqa' għaddej matul is-sena 2002 filwaqt li l-eżerċizzju ta' Technology Foresight għandu jingħata bidu fi Frar 2002 u jibqa' għaddej sa' Diċembru 2003. Konklużjonijiet m'humiex mistennija qabel dawn id-dati.
Leg 9 PQ #29822 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — Vjolenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għalliema fl-iskejjel ta' l-istat li spiċċaw vittma ta' vjolenza mill-istudenti u/jew mill-ġenituri tagħhom matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena f' Malta u Għawdex separatament? X'passi dixxiplinarji ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar mill-iskejjel u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.