Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet meqjusa eleġibbli taħt il-Fond għat-Turiżmu Sostenibbli u kemm ammontaw f’valur monetarju?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 116-il applikazzjoni eliġibbli taħt il-Fond għat-Turiżmu Sostenibbli. Il-valur totali tal-investiment kien ta’ €19,251,492.38, li minnhom €8,659, 965.58 kienu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropeja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ammontaw il-każijiet ta’ enforcement mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq entitajiet liċenzjati minnha bejn l-2008 u l-2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru totali ta’ każijiet ta’ enforcement mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq entitajiet liċenzjati minnha bejn l-2008 u l-2014 huwa ta’ 419. Dan huwa spjegat fit-tabella hawn annessa li tindika kemm kienu dawn il- każijiet ta’ enforcement sena b’sena, liema tabella qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-proġetti li saru minn Fondi Ewropej mill-Ministeru għat-Turiżmu, bejn l-2008 u l-2014, sena b'sena, u kemm ammontaw f'valur monetarju dawn il-proġetti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet għall-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Għawdex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjan tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut tal-Istudji Turitiċi hu li jespandu u jiddiversifikaw l-operat tal-istess Istitut kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Dwar l-Istitut tal-Istudji Turitiċi ta’ Għawdex il-pjan huwa li jingħataw korsijiet qosra speċjalizzati kif ukoll programmi oħra speċifiċi kemm għall-ħtiġijiet professjonali lokali u internazzjonali. L-għan ta’l-ITS huwa ta’ tattira l-akbar numru ta’ studenti Maltin u Għawdxin sabiex jattendu u jispecjalizzaw fil-programmi offruti sabiex is-settur turistiku ta’ pajjiżna jkun min ta’ quddiem u dan peress illi dan is-settur huwa wieħed mill-kontributuri ewlenin ta’ l-Ekonomija tagħna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-applikazzjonijiet pendenti għall-istabbilimenti turistiċi kemm f’Malta u kif ukoll f'Għawdex, kategorija b'kategorija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir investiment biex titjieb l-infrastruttura (bħal drenaġġ) minħabba l-influss u ż-żidiet qawwija fit-turiżmu f’dawn l-aħħar għoxrin xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat.
Produzzjonijiet barranin iffilmjati f’Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-overseas productions iffilmjati f’Malta u Għawdex fl-2013 u fl-2014 sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid liema kienu u x’kienet in-natura tagħhom? Jista’ jgħid kemm huwa kkalkolat li kien il-kontribut finanzjarju li ħallew dawn il-produzzjonijiet b’mod totali fl-ekonomija lokali sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm inħolqu impjiegi ri¿ultat ta’ dawn il-produzzjonijiet sena b’sena b’mod separat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra l-lista tal-film li nġibdu f’Malta u f’Għawdex f’2013 (liema lista hija awditjata).
Fil-każ tal-produzzjonijiet tas-sena 2014 l-informazzjoni għadha mhux aċċessibli.
Jista’ l-Ministru jelenka l-kumpaniji, waħda waħda li joperaw linji tal-ajru low cost, l-ammont ta’ sussidju mogħti, sena b’sena mill-2008 sal-2014 u jissegrega l-informazzjoni bejn Malta u Għawdex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant bis-segwenti;
1. Li l-linji tal-ajru
low cost
ma jagħmlu l-ebda in¿ul fil-gzira ta’ Għawdex għal raġunijiet evidenti u per konsegwenza l-ammont ta’ sussidju ma jistax jiġi segregat bejn Malta u Għawdex;
2. Illi ma jeżisti l-ebda ’sussidju’ hekk kif qed jindika l-abbli Onorevoli Interpellant fid-domanda tiegħu, iżda
‘route development’
jew ‘
strategic marketing support’
;
3. Illi ‘in ogni caso’ din hija informazzjoni ta’ natura kummerċjali sensittiva ferm għal pajji¿na bħala destinazzjoni turistika u kemm minħabba vinkoli ta’ kunfidenzjalita’ li l-Gvern jew l-MTA għandu mal-linji tal-ajru rispettivi;
4. Illi ninsab ferm sorpriż kif l-Onorevoli u abbli Interpellant qed jinterponi tali domanda, meta l-prassi dwar is-sensittivita’ tal-informazzjoni rikjesta ġejja mill-Amministrazzjoni preċedenti li llum l-Interpellant jifforma parti minnha bhala Deputat Parlamentari fl-Opposizzjoni u li baqgħet tiġi adottata mill-Gvern preżenti;
5. Illi wiehed iserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qed jaħdem biex iġib l-linji tal-ajru ġodda u kif ukoll biex il-linji tal-ajru gja’ stabbiliti iżidu t-titjiriet minn u lejn Malta ħalli l-Gvern jibqa’ jottjeni aktar
‘records’
hekk kif l-istess Gvern għamel fis-sena 2014.
Jista’ l-Ministru jelenka, sena b'sena, l-ammont ta’ passiġġieri li żaru Malta bi cruiseliners, mill-2008 sal-2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabelli ta’ hawn taħt jindikaw kif mitlub in-numru ta’ passiġieri li ġew Malta permezz tal-‘cruiseliners’ bejn is-sena 2008 u 2014. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika, cruiseliner bi cruiselineru sena b’sena, ta’ kemm-il waqfa kien hemm fil-Port il-Kbir mill-2008 sal-2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella tindika, kif mitlub, in-numru ta’ calls li saru minn ‘cruiseliners’ bejn is-sena 2008 u 2014 fil-Port il-Kbir.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Pero’ f’dak li jirrigwarda l-parti tal-mistoqsija parlamentari li tirreferi għall-istatistika tal-waqfiet fil-Port il-Kbir cruiseliner bi cruiseliner bejn is-snin 2008 u 2014, trid isir lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw persuni mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi mill-2008 sal-2014 u f'liema korsijiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali ta’ student li ggradwaw bejn is-sena 2008 u sena 2014 kien ta’ 578.
Kopja ta’ l-elenku ta’ kemm iggradwaw studenti sena b’sena u kors b’kors qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Fondi Ewropej għal Turiżmu Sostenibbli – fond attiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għadux attiv il-fond minn Fondi Ewropej għal Turiżmu Sostenibbli?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-fond Ewropew ghat-Turiżmu Sostenibbli li kienet lill-intrapriżi għalaq fl-aħħar tal-2014. Rigward il-fond li qed isir referenza għalih fil-mistoqsija indikata, attwalment qed isir xogħol relatat mal-ipproċessar ta’ pagamenti u xogħol amministrativ ieħor.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11310 li oriġinarjament saret fl-14 ta’ Ottubru 2014 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u kemm hu stmat li tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar din il-mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi kif kienet fl-aħħar tal-2012
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Organisational Structure tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi hekk kif mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar auditors letter to the management tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura sensittiva, għalhekk ma tistax tingħata hekk del resto kienet il-prassi taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kategoriji ta’ liċenzji li jinħarġu mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien ma’ spjegazzjoni qasira ta’ fiex tikkonsisti kull kategorija ta’ liċenzja?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità Maltija għat-Turizmu (MTA), skont is-setgħet mogħtija lilha permezz tat-Att dwar is-Servizzi tal-Ivjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta (Kap 409 tal-Liġijiet ta’ Malta) u Leġislazzzjonijiet Sussidjarji li jaqgħu taħt l-istess Att, toħroġ liċenzji fil-kategoriji fl-elenku anness. Dan l-elenku qed jitpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.