Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22472 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Applikazzjoni A 2815/00

Question

Jista' l-Ministru jara meta se tintlaqa' t-talba għal servizz ġdid ta' l-elettriku li saret f'Settembru li għadda bl-applikazzjoni numru A2815/00?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt is-servizz li qed issir riferenza għalih ingħata.
Leg 9 PQ #22474 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sta. Luċija — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li terġa' tibda tixgħel bozza li hemm f'Oleander Avenue ma' Tower Promenade, Sta. Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza msemmija diġa' saret.
Leg 9 PQ #22621 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għaxaq — Triq il-Fidloqqom - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Fidloqqom f'Ħal Għaxaq tiġi mdawwla aħjar?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #22467 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Karti bla watermark

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre b' cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000? Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre? Minn fejn inxtraw?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: COST CENTRE NUMRU TA' AMMONT MINN FEJN RIŻMI INXTRAW 001 72 Lm116.53 J.M. Trading Agency Ltd. 002 95 Lm128.50 Shanelty Ltd. 003 51 Lm 79.80 J.M. Trading Agency Ltd. 004 5 Lm 25.00 Image Systems Ltd. 55 Lm125.75 E. Maistre 25 Lm 40.25 Golden Gate
Leg 9 PQ #22597 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għaxaq — Triq Sebastian Saliba

Question

Jista' l-Ministru jara li r-residenti fi New Street off Sebastian Saliba Street, Għaxaq, jiġu provduti b'main ta' l-ilma peress li dawn għadhom jiddependu mill-bir?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #22598 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-WSC ser tiddeċiedi tgħaddi l-mains ta' l-ilma fl-area tal-Millieri f'Ħal Għaxaq? Veru li ma hemmx mains project għal tal-Millieri sa żmien ħames snin oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22616 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birzebbuga — Triq San Mikiel - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq San Mikiel f'Birzebbuga tiġi mogħtija aktar dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #22591 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għaxaq — Triq Tal-Millieri - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Tal-Millieri, Għaxaq, tingħata aktar dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #22592 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birzebbuga — Triq il-Merzuq - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex Triq il-Merzuq f'Birzebbuga tiġi mdawwla peress illi minħabba d-dlam din it-triq spiċċat post ta' l-ispaccar tad-droga, serq ta' karozzi u abbuż ta' karozzi in segwitu għal serq?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra. Dwar l-abbużi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Membru, nissuġġerilu li jinforma b'dan lill-awtoritajiet kompetenti.
Leg 9 PQ #22596 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birzebbuga — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm sabiex il-vultaġġ tad-dawl elettriku fi Triq tal-Ġebel f'Birzebbuga, jiżdied sabiex ir-residenti ma jibqgħux ibatu l-inkonvenjent li għaddejjin minnu preżentement?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent qiegħed isir xogħol ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' vultaġġ baxx fl-inħawi msemmija. Dan ix-xogħol mistenni li jitlesta fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #22639 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti li raħsu

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22389?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena ċert li l-Onorevoli Interpellant tapprezza li prattikament mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba dwar tibdil li kien hemm fil-prezzijiet tal-prodotti li kienu qed jinbiegħu fis-suq Malti matul dawn l-aħħar sentejn. Tajjeb jingħad li kien hemm numru sostanzjali ta' prodotti li l-prezz tagħhom raħas b'riżultat ta' l-introduzzjoni tal-VAT u t-tneħħija tal-levies.
Leg 9 PQ #22640 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22387?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u għaldaqstant din tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22657 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Commerce Division

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22345?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li kien hemm impjegata wieħed fil-grad ta' messaġġier li baqgħet Santa Venera. Postha f'Lascaris ħadu mpjegat fil-grad ta' "operative". Dan sar peress li dan l-aħħar impjegat, li jinsab fi skala ta' salarju 18, jagħmel ix-xogħol relatat għall-grad ta' messaġġier li jokkupa skala ta' salarju 17. Barra minn hekk l-impjegat fil-grad ta' "operative" jagħmel ukoll xogħol ta' sewqan li l-impjegata fil-grad ta' messaġġier ma tagħmilx. Kien hemm messaġġier fi skala ta' salarju 16 li xtaq jibdel il-post tax-xogħol tiegħu ma' "General Hand" fi skala ta' salarju 20. Peress li x-xogħol relatat għal dawn iż-żewġ skali ta' salarju mhux daqshekk kompatibbli, it-talba ma ġietx approvata.
Leg 9 PQ #22666 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Pazjenti fuq kura medika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta jikkonsidrax li pazjenti li jkunu sejrin l-Ingilterra fuq kura medika jingħatalhom skont għal-passaġġ ta' l-ajru meta juru prova li vera sejrin fuq kura medika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li hija "policy" stabbilita' ta' l-Air Malta li tgħin lil pazjenti u l-"escorts" tagħhom li jintbagħtu mill-Gvern għal kura medika fl-Ingilterra billi jinħarġulhom biljetti bl-orħos prezz possibbli u mingħajr ma jiġu applikati l-kundizzjonijiet restrittivi li normalment japplikaw fuq dawn il-biljetti, bħal, fost l-oħrajn, tul ta' safar, ħin u ġranet tat-titjira. Barra minn hekk il-Kumpanija qatt ma naqset li tikkunsidra talbiet oħra mertevoli għall-għajnuna f'każi oħra ġenwini ta' safar għal skopijiet ta' kura medika.
Leg 9 PQ #22269 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enerġija Solari

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex l-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru jistax isir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet? Jekk le, jista' jikkonsidra li s-sena d-dieħla jsir dan l-istudju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perjodu msemmi ma sar ebda studju dwar il-possibilta' li tintuża l-enerġija solari fil-bini li jaqa' taħt ir-responsabbilta' diretta tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Is-suġġeriment magħmul mill-Onorevoli Interpellant ser jiġi kkunsidrat anke jekk fil-preżent l-applikazzjoni normali ta' l-enerġija solari hija ristretta prinċipalment għal impjanti li jsaħħnu l-ilma, liema impjanti għandhom użu limitat fil-kuntest ta' uffiċini.
Leg 9 PQ #22520 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ċittadin iħallas il-kont tat-telefon, dawl u ilma jew xi ħlas tal-Melita Cable fl-uffiċċju tal-posta, xi ħlas jew perċentaġġ tieħu l-Maltapost f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-kumpanija li tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #22435 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti — Levy

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-prodotti li mill-1 ta' Jannar, 20001 tneħħitilhom il-levy?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma kien hemm ebda prodott importat li b'seħħ mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena tneħħielu l-levy.
Leg 9 PQ #22560 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rascala of Malta Ltd — Grant Payments

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nagħtaw l-grant payments il-kumpanija Rascala of Malta Ltd u dan kif indikata fir-risposta fil-mistoqsija parlamentari nru. 22182 fuq fondi ta' taħriġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-grant payments ingħataw lill-kumpanija li qed issir riferenza għaliha fis-26 ta' Lulju, 1999.
Leg 9 PQ #22563 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati karozzi u ingenji bil-mutur is-sena li għaddiet? Kemm minnhom kienu ġodda? Kemm minnhom kienu second-hand? Kemm kien il-valur f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-istatistika għal Diċembru li għadda għadha qed titlesta, l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn Jannar u Novembru tas-sena 2000 hija kif ġej: Karozzi Privati Ġodda Kwantita' 11,918 Valur Lm38,306,354 Użati Kwantita' 1,360 Valur Lm 2,540,079 Inġenji bil-mutur għall-użu kummerċjali (inklużi vannijiet, trakkijiet, buses u mini-buses) Ġodda Kwantita' 689 Valur Lm 2,534,657 Użati Kwantita' 738 Valur Lm 1,590,292 Inġenji bil-mutur għall-użu speċjali li jistgħu jinkludu krejnijiet u inġenji tat-tifi tan-nar. F'dan il-każ mhemmx statistika li tiddistingwi bejn ġdid u użat. Kwantita' 84 Valur Lm 540,969 Din l-istatistika hija proviżorja.
Leg 9 PQ #22564 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIMCOL — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entrapriżi pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-MIMCOL? Kemm hemm impjegati fuq lis-staff tal-Mimcol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Malta Government Investments Limited għandha shareholding dirett f'għoxrin kumpanija li huma: Casma Limited, Fort Chambray Limited, Gozo Channel Company Limited, Gozo Ferries Company Limited, Interprint Limited, Kalaxlokk Company Limited, Kordin Grain Terminal Limited, LIMSUK, Malpro Limited, Malta Shipbuilding Company Limited, Medigrain Limited, National Orchestra Limited, Sea Malta Company Limited, Tug Malta Limited, Malta Export Credit Insurance Company Limited, Maltese Falcon Productions Limited, Malta National Laboratory Company, Malta Film Promotion and Development Company Limited, Malta Countertrade Company Limited and Malta Gantry Manufacturing Limited. Barra minn hekk, il-Malta Government Investments Limited, b'mod indirett permezz tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, għandha shareholding f'dawn l-azjendi: Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, Korporazzjoni Enemalta, maltacom, Tarzna ta' Malta, Korporazzjoni tal-Port Ħieles, Air Malta, Maltapost, Libyan Arab Maltese Holdings Company Limited, Malta International Airport plc u Malta Film Commission. Fil-preżent il-MIMCOL għandha 17-il impjegat.