Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija — Pulizija ta’ Riżerva – kundizzjonijiet ta’ xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kundizzjonijiet ta’ xogħol se jkollhom il-pulizija ta’ riżerva?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-kundizzjonijiet li għandhom il-Kuntistabbli ta Riżerva.

Korp tal-Pulizija – Pulizija ta’ riżerva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Kummissarju tal-Pulizija personalment qed iċempel u jibgħat għal uħud biex jidħlu pulizija ta’ riżerva? Fuq liema bażi qed isir tali kuntatt?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Din l-informazzjoni hi skoretta. It-telefonati, dejjem meta jkun hemm bżonn, isiru mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani sabiex tingħata informazzjoni fuq il-proċess u f’liema stadju waslet l-applikazzjoni.

Forzi Armati – transfer – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġiet ipprattikata l-meritokrazija fit-transfer li fl-aħħar jiem ta' Novembru 2013 ingħata l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fl-Armata fejn mis-Sezzjoni tal-Informatika intbagħat fid-Detention Services? Kif se jipprattika l-kwalifiki li għandu fl-informatika u li ġab minn Università Ingliża fid-detention services? Il-Ministru hu komdu u seren b'din il-vendikazzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li l-ebda transfer fl-Armata ma jsir b’vendikazzjoni, imma skont l-esigenzi tas-servizz, inkluz it-transfer tal-imsemmi Uffiċjal. Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-istess domanda kienet mwieġba minn diversi drabi f’mistoqsijiet supplimentari li staqsa hu stess.

Forzi Armati – transfer – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif ġiet ipprattikata l-meritokrazija fit-transfer mogħti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fl-aħħar jiem ta' Novembru 2013 fejn wara li mexxa l-operazzjoni tal-Armata barra l-kosta tas-Somalja u kien inkarigat u kkwalifikat f'land-based operations, intbagħat fis-Sezzjoni tal-Finanzi tal-Armata? Il-Ministru hu komdu u seren b'din il-vendikazzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda transfer fl-Armata ma jsir b’vendikazzjoni, imma skont l-esigenzi tas-servizz, inkluż it-transfer tal-imsemmi Uffiċjal.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika minn hi d-ditta li qed jirreferi għaliha f’din id-domanda parlamentari.

Vapur ta’ Għawdex — qbiż ta’ kju

Question

B'referenza għall-aħbar li kien hemm fil-ħarġa ta’ Il-Mument tal-1 ta’ Diċembru 2013 li l-Kummissarju tal-Pulizija intervjena biex is-Sindku ta' Ħal Qormi tqabbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux l-istandard ġdid u għoli li l-poplu għandu jistenna mit-tmexxija tal-Korp?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżied mat-tweġibiet li ġew mogħtija l-ġimgħa l-oħra, għal-mistoqsijiet parlamentari 6557 u 6558.

Vapur ta’ Għawdex — qbiż ta’ kju

Question

B'referenza għall-aħbar li kien hemm fil-ħarġa ta’ Il-Mument tal-1 ta’ Diċembru 2013 li l-Kummissarju tal-Pulizija intervjena biex is-Sindku ta' Ħal Qormi tqabbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi jew għal liema raġuni l-Kummissarju tal-Pulizija ndaħal fi kwistjoni li ma kenitx ta' ordni pubbliku?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn xi nżied mat-tweġibiet li ġew mogħtija l-ġimgħa l-oħra, għal-mistoqsijiet parlamentari 6557 u 6558.

Vapur ta’ Għawdex — qbiż ta’ kju

Question

B'referenza għall-aħbar li kien hemm fil-ħarġa ta’ Il-Mument tal-1 ta’ Diċembru 2013 li l-Kummissarju tal-Pulizija intervjena biex is-Sindku ta' Ħal Qormi tqabbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan it-trattament huwiex issa disponibbli għal kull ċittadin Malti u Għawdxi li jkollu bżonn jaqbad il-vapur ta' Għawdex?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn xi nżied mat-tweġibiet li ġew mogħtija l-ġimgħa l-oħra, għal-mistoqsijiet parlamentari 6557 u 6558.

Vapur ta’ Għawdex — qbiż ta’ kju

Question

B'referenza għall-aħbar li kien hemm fil-ħarġa ta’ Il-Mument tal-1 ta’ Diċembru 2013 li l-Kummissarju tal-Pulizija intervjena biex is-Sindku ta' Ħal Qormi tqabbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk tali aġir fil-fehma tiegħu, naqqasx jew żiedx l-awtorità morali tal-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn xi nżied mat-tweġibiet li ġew mogħtija l-ġimgħa l-oħra, għal-mistoqsijiet parlamentari 6557 u 6558.

Korp tal-Pulizija – xogħol ta’ waiters — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Pulizija li kienu mġiegħla jaħdmu extra ta’ waiters u ħadu sehem fl-ikla tat-28 ta’ Ġunju 2013 fil-Girgenti għadhom sal-lum ma tħallsux? Jaf li ilhom minn Awwissu jgħidulhom mill-Korp li ħa jitħallsu x-xahar li ġej, xahar wara xahar għal xejn sal-lum?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3373.

Kampanja Elettorali – ħlas tal-extra tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala u sa meta ħa jitħallsu l-extra tal-Pulizija li ħadmu fil-kampanja elettorali 2013, bħala xogħol f’mass meetings?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pulizija li għamlu xi xogħol “extra” relatat mal-Elezzjonijiet tal-2013 tħallsu kollha. Nistieden l-Onorevoli Interpellant biex jekk jaf b’xi każ partikolari li għadu pendenti jgħaddihuli b’mod kunfidenzjali biex inkun nista’ ninvestiga u nieħu l-passi neċessarji.

Vapur ta’ Għawdex — qbiż ta’ kju

Question

B'referenza għall-aħbar li kien hemm fil-ħarġa ta’ Il-Mument tal-1 ta’ Diċembru 2013 li l-Kummissarju tal-Pulizija intervjena biex is-Sindku ta' Ħal Qormi tqabbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jaċċettax dan it-tip ta' aġir mill-Kap tal-Pulizija f'Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm ġustifikazzjoni ta’ natura personali li waslet lil Kummissarju tal-Pulizija jieħu din id-deċiżjoni.

Vapur ta’ Għawdex – qbiż ta’ kju

Question

B'referenza għall-aħbar rappurtata fil-Mument fl-1 ta’ Diċembru 2013 li l-Kummissarju tal-Pulizija intervjena biex is-Sindku ta' Ħal Qormi tqabbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid għala la hu u lanqas il-Kummissarju tal-Pulizija ma ħarġu stqarrija pubblika sa 24 siegħa wara l-aħbar?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materja, partikolarment li kellha raġuni personali, ma kinitx materja ta’ stqarrija pubblika.

Tourism police

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iskema ta' tourism police li kienet issemmiet xi żmien ilu, fil-fatt hux ser tiġi mħaddma dan is-sajf? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar fejn ser titħaddem, u f'liema perjodu tas-sena hu mistenni li tkun imħaddma?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema se tiġi mħaddma is-sena d-dieħla. Fil-frattemp, kemm il-Korp tal-Pulizija u kemm l-Awtorità tat-Turizmu qed ikollhom lagħqat regolari dwar l-operat, l-għazla tal-uffiċjali kif ukoll il-kurrikulu li jrid jsegwu dawk li jiġu magħzula sabiex jagħmluha ta’ Pulizija f’dan il-qasam.

Korp tal-Pulizija – Transfer ta’ impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħata żewġ transfers fl-aħħar xahrejn?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma’ ġie mfisser drabi oħra, it-transferimenti fil-Korp tal-Pulizija, jingħataw skond l-esiġenzi tas-servizz

Aġenzija Identità Malta – Bejgħ taċ-Ċittadinanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset flus f’reklamar l-Aġenzija Identità Malta dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Fuq liema mezzi u kemm intnefqu flus fuq kull mezz ta’ media?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum l-Aġenzija Identità Malta ħallset s-somma totali ta’ € 399.31 għal reklami li dehru fuq gazetti lokali dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza.

Il-Furjana — persuni reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati li jgħixu il-Furjana, fil-kategoriji li ġejjin: 1. Bejn 14 sena u 18 sena 2. Bejn 19 sena u 25 sena 3. Bejn 26 sena u 35 sena 4. Bejn 36 sena u 45 sena 5. Bejn 46 sena u 59 sena 6. Bejn 60 sena u 65 sena, 7. Bejn 66 sena u 70 sena 8. Bejn 71 sena u 75 sena 9. Bejn 76 sena u 80 sena, u 10. L fuq minn 81 sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija li dettalji ngħataw separatament.

Għases tal-Pulizija fit-tnax-il distrett – rapporti ta’ inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' persuni li għamlu rapport fl-għases tal-Pulizija li jinsabu fit-tnax -il distrett elettorali, wara li kellhom inċident tat-traffiku li fihom ġarrbu ħsara fil-vettura tagħhom, matul l-ewwel xhur ta’ din is-sena? Jista' jgħid kemm minn dawn l-inċidenti ġew irrappurtaia f'kull waħda mill-għases imsemmija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numri ta' rapporti ta inċidenti tat-Traffiku li saru fl-għases tal-Pulizija li jinsabu fiż-żona msemmija mill-Interpellant, li saru min persuni u li fihom ġarrbu ħsara fil-vettura tagħhom, matul l-ewwel xhur ta’ din is-sena hu kif jidher fit-tabella memhmuza. Ta min isemmi illi Baħar iċ-Ċagħaq, Burmarrad u l-Manikata, huma zoni li huma rreġistrati man-Naxxar, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa rispettivament, fis sistema tal-Pulizija. Distrett tal-Pulizija Fejn sar ir-Rapport Numru ta’ Inċidenti 8PD Naxxar 35 9PD San Pawl il-Baħar 45 9PD Mellieħa 19