Malta school library association — Reserved parking
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ir-reserved parking għall-Malta school library association li tinsab f'67, Triq Stefano Erardi, Iklin minħabba li din hija meħtieġa għall-ħidma li dawn qed iwettqu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Skond Sezzjoni 8.7 tal-Car Parking Policy ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, l-iżvilupp imsemmi fil-mistoqsija parlamentari ma jikkwalifikax għal Reserved Parking.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14908 u jgħid: b'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14687, jista' jgħid jekk qabel ma reġgħu nbnew l-istrutturi f'Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ, ġiex verifikat mill-MEPA jekk il-bini oriġinali kienx kopert bil-permess ta' l-iżvilupp jew kienx wieħed illegali? Qabel ma sar il-bini l-ġdid, saru applikazzjonijiet għall-permess għall-istess bini tal-MEPA?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li bejn Jannar 2004 u Settembru 2005 tħallsu Lm613 (sitt mija u tlettax il-lira) f'hospitaltiy f'ristoranti/lukandi. L-ebda minn dawn l-ikliet u riċevimenti ma kienu jaqbżu l-Lm150.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq l-Imtarfa bypass?
Kemm ġie jiswa x-xogħol s'issa?
Meta hu maħsub li se jitlesta dan ix-xogħol li ilu jkarkar sitt snin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-investituri prospettivi li qed jikkonsidra l-gvern għall-bini ta' lukanda qrib il-Casino tal-Birgu? Jekk hemm consortia involuti, min huma l-membri tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-operaturi tal-Casino di Venezia infurmaw lill-Ministeru tiegħi li qegħdin jitkellmu ma’ investituri prospettivi kemm fuq l-operat tal-Casino kif ukoll fuq l-iżvilupp tal-lukanda qrib il-Casino.
Infurmat li t-taħdidiet huma fi stadju avvanżat imma għadhom mhux konklużi. Minhabba f’hekk mhux opportun li jingħataw ismijiet ta’ investituri f’dan l-istadju.
Jista’ il-Ministru jghid jekk l-iskema bi sħab bejn l-Awtorita` dwar it-Trasport u l-Kunsilli Lokali li kienet tammonta għal Lm75,000 għadhiex fis-seħħ jew le? Jekk fin-negattiv, x’inhi r-raġuni li din l-iskema dwar l-irranġar ta’ toroq mill-Kunsilli Lokali twaqqfet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7492.
Fl-aħħar snin kienu tqabbdu katusi ġodda ta' l-ilma tax-xita mal-ġibjun li hemm fi Pjazza Santa Liena, Birkirkara wara li kienet ħarġet sejħa għal-offerti, biex jarmu l-ilma tax-xita li jinġabar mit-toroq tal-madwar għal ġewwa fih. Jista' il-Ministru jgħid f'liema sena kien beda dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol kien ħareġ b'offerta mill-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jirriżulta li dan ix-xogħol kien sar mill-Kunsill Lokali permezz tal-kuntrattur imqabbad mill-istess Kunsill.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu dwar it-talba tal-kunsill lokali ta' Pembroke li jkun hemm ħruġ ieħor tal-lokalita' minn Triq Pietru Darmenia?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 14889.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14654 u jgħid għaliex fi Triq Qormi, Luqa ma sarx parkeġġ biżżejjed skond il-bżonnijiet tar-residenti fl-inħawi (fis-service road) biex is-central strip saret kbira għalxejn?
Jista' jara li f'din il-parti tat-triq isiru traffic calmers, bħal road humps, minħabba l-periklu li qed jirriżulta fiha - kif muri fir-ritratti annessi - waqt li residenti jkunu qed joħorġu l-vetturi mill-garaxxijiet tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmnat li l-wisa’ tas-central strip ta’ bejn il-main road u s-service road f’Qormi Road, Luqa kienet determinata mill-linjament tat-triq, mis-servizzi li kellhom jgħaddu fil-wisa’ tagħha u minn xi street furniture li twaħħlu jew ser jitwaħħlu fuqha.
Fir-rigward tat-traffic calmers li għalihom irrifera l-Onorevoli Interpellant, qed tiġi evalwata l-possibilita’ li jiġu nkorporati dawn ir-road humps minn uffiċjali tal-Awtorita' tat-Trasport u f’każ li dawn jirriżultaw neċessarji, jiġu nstallati f’pożizzjonijiet u f’għamla hekk kif imniżżel fil-Guidelines tat-Traffic Management Directorate fi ħdan l-istess Awtorita’ dwar it-Trasport.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14801 u jgħid liema huma t-toroq li l-gvern ċentrali għandu skedati biex jiġu asfaltati ġewwa San Ġwann, San Ġiljan, l-Imsida, Ta' Xbiex, Għargħur, Tas-Sliema, Gżira, Pembroke, Swieqi, Madliena u l-Ibraġġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-toroq li l-gvern ċentrali għandu skedati biex jiġu asfaltati huma :-
Toroq
Lokalita
Triq Indri Grima / Triq is-Swatar
Msida
Triq Xmiexi
Msida
Triq Bordin
Msida
Triq il-Baltiku
San Ġwann
Triq p/o Mensija
San Ġiljan
Triq Emvin Cremona
San Ġwann
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw għal post ta' Manager Gozo ma' l-Awtorita' tat-Trasport? Jista' in oltre jgħid jekk sarux l-interviews u saritx l-għażla? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta se jsir dan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport irċeviet disa' applikazzjonijiet.
L-interviews saru, imma ħadd ma nstab addattat għal posizzjoni msemmija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se tkun ir-rata ta' parkeġġ għall-ħaddiema li jaħdmu fil-Furjana bis-sistema ta' park and ride?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li r-rati ta’ ħlas għal min juża l-parkeġġ tal-park and ride se jkunu maqbula ma’ l-operatur ta’ din il-faċilità meta jintgħażel. Is-sejħa għall-offerti stabbiliet il-mira ta’ ħlas ta’ 60c li jkun ikopri parkeġġ mingħajr limiti għall-karozza matul ġurnata sħiħa u l-vjaġġ bir-ritorn għall-Belt Valletta għas-sewwieq u min ikollu riekeb miegħu jew magħha.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li s-sejħa għall-offerti tippermetti prezzijiet imraħħsa għal min jixtri biljetti f’daqqa bill-quddiem. Din l-iskema għandha tinteressa lil dawk li jaħdmu fil-Belt u l-Floriana u li jixtiequ li jmorru kuljum għax-xogħol bil-karozza tagħhom.
Malta standards authority — Ċertifikat ta' kalibrazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta nħareġ iċ-ċertifikat ta' kalibrazzjoni mill-Malta standards authority għall-ispeed cameras tal-mini ta' Triq Reġjonali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li ċ-ċertifikat ta’ kalibrazzjoni, maħruġ minn laboratorju rikonoxxut, wasal flimkien ma’ l-apparat minn barra f’Diċembru tas-sena l-oħra u ġie vverifikat mill-Malta Standards Authority.
B'riferenza għall-korrispondenza li qed tintbagħat separatament, jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju jinsab il-proċess sabiex Triq il-Familja Brancati tingħata d-dehra li tixirqilha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol li sar s’issa f’din it-triq sar mill-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura. Bħalissa qed isiru l-istejjem sabiex joħorġu tenders għax-xogħol ta’ tarmac mill-Awtorita' dwar it-Trasport.
Jistgħu jitwaħħlu sinjali tat-traffiku (p.eż. cat's eyes, eċċ) mar-roundabout faċċata tal-bar tal-Mekkek fit-triq bejn in-Naxxar u San Ġwann peress li l-inħawi huma fid-dlam u r-roundabout qed tkun ta' periklu għas-sewwieqa bil-lejl?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmt li t-Traffic Management Unit fi ħdan l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta kkunsidrat il-proposta ta’ l-Onorevoli Interpellant u ġew identifikati miżuri sabiex tittejjeb is-sigurta ta’ din iż-żona.
Għaldaqstant ser jiġu mplimentati xogħlijiet li jinkludu tqegħid ta’ cats eyes u glass markers mar-roundabout u fl-approaches ta’ mar-roundabout, fi zmien qasir.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-parti mħarbta ta' Triq il-Mensija f'San Ġiljan tingħata t-tarmak għax qed jgħaddu x-xhur u tifel b'diżabilita' li jgħix f'tarf it-triq qed ikompli jiffaċċja tbatija kbira biex jittieħed l-iskola u joħroġ mid-dar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tender għat-triq msemmija mill-Onorevoli Interpellant nħarġet ftit tal-gimgħat ilu u bħalissa qed tiġi aġġudikata.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li mistennija jsiru fis-sena 2006 fit-tieni u t-tielet distrett elettorali? Liema huma dawk it-toroq residenzjali li jinsabu fit-tieni u t-tielet distrett elettorali li ħarġet it-tender dwarhom? Liema huma dawk li ħarġet il-letter of acceptance u l-order to start works fuqhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-tenders li diġa’ nħarġu mill-Awtorita' dwar it-Trasport f’dawn id-distretti huma
- p/o Triq il-Kavallieri, M’Scala
- p/oTriq Patri Wistin Born , M’Scala
- Triq l-Isfar, M’Scala
- Triq il-Vjola, M’Scala
- Storm water culvert fi Triq is-Santwarju, Zabbar.
Fil-każ ta’ Triq il-Kavallieri u Triq Patri Wistin Born il-letter of acceptance diġa’ nħarġet. Filwaqt li l-Order to Start Works tax-xogħlijiet f’ Ħaż-Żabbar inħareġ. Triq il-Vjola u Triq l-Isfar qed isir il-proċess ta’ l-aġġudikazzjoni, filwaqt li Triq il-Granmastri qed tigi pproċessata biex jinħareġ it-tender.
L-Awtorita' dwar it-Trasport tista’ toħroġ aktar tenders f’dawn il-lokalitajiet skond il-prijoritajiet li joħorġu mill-program tax-xogħlijiet li qed jiġi ppreparat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-awtorita' tat-trasport pubbliku ddeċidiet mingħajr ebda konsultazzjoni mal-kunsill lokali biex tneħħi l-bus shelter li jinsab fi Triq il-Marżepp, f'Ħaż-Żabbar, fejn inħolqot inkonvenjenza kbira għar-residenti tal-madwar? L-istess awtorita' qed tikkonsidra li dan il-bus shelter jerġa' jitpoġġa fejn kien? Jekk le, fejn mistenni jitpoġġa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ dwar it-Trasport ħadet deċiżjoni illi jitneħħa l-imsemmi bus shelter fi Triq il-Marżepp, Żabbar fuq bażi umanitarja. Barra minn hekk qed jiġi ppjanat u diskuss fejn ser issir bus shelter oħra f’post alternattiv fil-qrib.