Ministeru għall-Finanzi – nefqa fuq festini, ikliet u spejjez simili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq festini, ikliet u spejjez simili bejn l-2008 sal-lum, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet, awtoritajiet, aġenziji, korporazzjonijiet eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6587 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 357 nhar it-Tlieta 16 ta' Frar 2016)
Ministeru għall-Finanzi – nefqa fuq rapporti/studji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti/studji li saru għall-Ministeru u/jew id-dipartimenti u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru mill-2008 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Settur finanzjarju u settur tal-igaming – kumpaniji ġodda reġistrati
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' kemm ġew reġistrati kumpaniji ġodda fis-settur finanzjarju u tal-igaming minn Marzu 2008 sal-lum, sena b’sena b’mod separat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba rigward is-settur finanzjarju qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward il-figure tal-
igaming
nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati fis-Segretarjat tiegħu mill-2008 sal-lum? Kemm minn dawn kienu impjegati bħala nies f'position of trust?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Tnaqqis tat-taxxa tad-dħul – persuni li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw individwi mit-tnaqqis tat-taxxa tad-dħul, wara li din ġiet imniżżla minn 35% għal 25% fuq perjodu ta’ tliet snin? Kemm hu l-ammont li ffrankaw il-ħaddiema b’din il-miżura?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-individwi li matul l-2013 ibbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 35% għal 32% huma 44,857 li b’kollox iffrankaw €15,368,992 f’taxxa filwaqt li l-individwi li matul l-2014 ibbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 32% għal 29% huma 48,501 li b’kollox iffrankaw €18,724,065 f’taxxa. Id-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ individwi li bbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 29% għal 25% matul l-2015 u t-taxxa nvoluta għaliex din tkun disponibbli biss wara li jintbagħtu u jiġu pproċessati l-formoli tat-taxxa għas-sena bażi 2015 u dan iseħħ lejn l-aħħar parti tal-2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-koppji li bbenefikaw mill-miżura tal-eżenzjoni mill-boll għall-first-time buyers fl-2014 u fl-2015 u kemm kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ kuntratti li bbenefikaw mill-mizura tal-ezenzjoni mill-boll ghall-first-time buyers fl-2014 kien ta’ 2935, li minnhom kien hemm 1039 kuntratt li sar minn koppji; fil-waqt li fl-2015 in-numru ta’ kuntratti li bbenefikaw kien ta’ 2905 li minn dawn kien hemm ukoll 1869 individwi li xtraw wahedhom fl-2014, u 1866 individwi li xtraw wahedhom fl-2015.
L-ispiza fuq din il-mizura matul dawn is-sentejn kienet ta’ 23.2 miljun Ewro
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22971, fejn intqal li d-Dipartiment tal-Kuntratti approva tibdil fil-kwantitajiet tal-items tal-Bills of Quantities tal-istess kuntratti sabiex ikun hemm tnaqqis fil-valur totali tal-proġett, u billi l-valur li suppost tnaqqas hu wieħed sostanzjali ħafna, jista' jagħti tagħrif dwar liema kienu l-items li tnaqqsu, u b'liema ammonti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Dipartiment tad-Dwana – abbużi dwar kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul l-2014 irriżultawx xi abbużi għal dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tax-xogħol fid-Dipartiment tad-Dwana? Jekk iva, x'kienu dawn l-irregolaritajiet li rriżultaw? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt l-Awditur Ġenerali ġibidx l-attenzjoni dwar dan, fir-rapport tiegħu tal-2014?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2014 ma rriżulta l-ebda abbuż għal dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tax-xogħol fid-Dipartiment tad-Dwana.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mid-dħul li qed isir permezz tal-iskema tal-IIP qed imur fuq nefqa kapitali u kemm qed imur fuq in-nefqa rikorrenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi 30 fil-mija tad-dħul mill-IIP qiegħed imur fil-Fond Konsolidat filwaqt li 70 fil-mija tal-istess dħul qiegħed jitpoġġa f’kont ‘below the line’ mat-Teżor, biex għall-quddiem jiġi utilizzat min-National Development and Social Fund.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-garanziji li ngħataw mill-2008 sal-lum lill-entitatijiet pubbliċi? X’kienu l-ammonti? Għal-liema perjodu ngħataw?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
It-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Każijiet ta’ kontrabandu ta’ sigaretti, xorb u affarijiet oħra
Question
Jista’ l -Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti, xorb u affarijiet oħra, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jingħata l-valur tas-sisa u dazju mitluf ta’ kull qabda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għall-Finanzi – użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kinux jinkrew jew ġew mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu dawn il-karozzi? F’każ li l-karozzi kienu mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għat-tieni karozza li għamlu użu minnha s-Segretarji Parlamentari jew xi ħadd awtorizzat minnhom, fil-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, s-Segretarju Parlamentari li kien jaqa' taħt il-Ministeru għall-Finanzi ma kienx jagħmel użu mit-tieni karozza. Minflok kien għażel li jieħu allowance ta' €7,000 fis-sena.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika – stqarrija – żieda fl-impjiegi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21606, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda f’termini assoluti u f’termini ta’ persentaġġ tal-ħaddiema fis-settur pubbliku bħala parti miż-żieda ta’ 4,157 ħaddiem li tidher mit-tabelli kkwotati fil-mistoqsija oriġinali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kkwotata f'mistoqsija parlamentari 21606 toħroġ mill-istħarriġ dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (Labour Force Survey). Dan l-istħarriġ ma jipprovdix informazzjoni dwar is-settur ekonomiku li fih jaħdmu l-ħaddiema (jiġifieri jekk hux mal-privat jew mas-settur pubbliku), iżda jkopri biss l-attività ekonomika tal-ħaddiema (eż manifattura, qasam tas-saħħa, eċċ). Għaldaqstant, mhux possibbli li ż-żieda msemmija f'dan l-istħarriġ tinqasam bejn iż-żewġ setturi msemmija.
Jista’ l-Ministru jispjega x’wassal għal reviżjoni ta’ €165 miljun għall-2014, bejn l-istatistika kif ippubblikata fl-istqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tal-Prodott Domestiku Gross f’Q2/2015 u dik f’Q3/2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont informazzjoni li għaddewlna l-NSO, l-istimi bbażati fuq informazzjoni trimestrali użata biex jiġi mkejjel il-Prodott Gross Domestiku ġew aġġornati bl-istħarriġ annwali Strutturali tan-Negozju ta' l-2013 (Structural Business Survey). Dan l-istħarriġ jiġbor informazzjoni dettaljata dwar il-produzzjoni u l-ispiża tal-produzzjoni industrijali fost affarijiet oħra. Ir-reviżjonijiet 'il fuq min-naħa ta' produzzjoni kienu l-aktar prominenti fl-industriji tal-Magażżinaġġ u appoġġ għat-trasportazzjoni, Bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, Attivitajiet ta' kiri u ta' twillija, kostruzzjoni, u servizzi tal-ikel u tax-xorb. Wara l-intergrazzjoni tal-istħarriġ Strutturali tan-Negozji tal-2013, is-sena 2013 issa hija meqjusa bħala s-sena ta' riferenza u hija użata bħala bażi għall-istimi tal-2015 u l-2015.